EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0026

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2004 tad-19 ta' marzu 2004 li temenda l-Anness II (regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-ftehim taż-ŻEE

ĠU L 127, 29.4.2004, p. 132–133 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/26(3)/oj

22004D0026



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0132 - 0133


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 26/2004

tad-19 ta' marzu 2004

li temenda l-Anness II (regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-FEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/639/KE ta' l-4 ta' Settembru 2003 dwar il-proċedura sabiex tkun pruvata l-konformità ta' prodotti ta' kostruzzjoni skond l-Artikolu 20 [2] tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE għal dak li għandu x'jaqsam mal-pinnijiet għal tgħaqqid strutturali(2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/640/KE ta' l-4 ta' Settembru 2003 dwar il-proċedura sabiex tkun pruvata l-konformità ta' prodotti ta' kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE għal dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir għall-kisi ta' ħitan ta' barra [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-dħul 'il ġewwa li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE) tal-Kapitolu XXI ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"- 32003 D 0639: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/639/KE ta' l-4 ta' Settembru 2003 (ĠU L 226, ta' l-10.9.2003, p. 18),

- 32003 D 0640: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/640/KE ta' l-4 ta' Settembru 2003 (ĠU L 226, ta' l-10.9.2003, p. 21)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2003/639/KE u 2003/640/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, basta n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun pubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

Għall-Kumitat Konġunt tal-FEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 39.

[2] ĠU L 226, ta' l-10.9.2003, p. 18.

[3] ĠU L 226, ta' l-10.9.2003, p. 21.

[4] Ma huma indikati l-ebda rikjesti kostituzzjonali.

--------------------------------------------------

Top