This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22004D0025
Decision of the EEA Joint Committee No 25/2004 of 19 March 2004 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 25/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 25/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 127, 29.4.2004, p. 131–131
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XXI punt 1 inċiż | 20/03/2004 |
Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0131 - 0131
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 25/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirrenġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 150/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni 2003/424/KE tas-6 ta' Ġunju 2003 li temendi d-Deċiżjoni Nru. 96/603/KE li tistabbilixxi l-lista tal-prodotti li jappartjenu lil Klassi A "M'hemmx kontribuzzjoni man-nar" prevista fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE: fuq prodotti ta' kostruzzjoni [2] għandha tiġi miżjuda fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE) tal-Kapitolu XXI ta' l-Anness II mal-Ftehim: "- 32003 D 0424: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/424/KE tas-6 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 144, tat-12.6.2003, p. 9)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 2003/424/KE fil-lingwa ta' l-Islanda u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, previst li n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supplimet taż-ŻEE, mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 39. [2] ĠU L 144, tat-12.6.2003, p. 9. [3] L-ebda liġi kostituzzjonali meħtieġa indikata. --------------------------------------------------