Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0024

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 24/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 li temenda l-Anness II (regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-ftehim taż-żee

    ĠU L 127, 29.4.2004, p. 130–130 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/24/oj

    22004D0024



    Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0130 - 0130


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru. 24/2004

    tad-19 ta' Marzu 2004

    li temenda l-Anness II (regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-ftehim taż-żee

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirrenġa l-Ftehim dwar il-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2004 tas-6 ta' Frar 2004 [1].

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/213/KE tal-25 ta' Marzu 2003 fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq it-tagħmir tar-radju maħsub biex jintuża fuq bastimenti non-SOLAS u li huma maħsuba li jipparteċipaw fis-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS) [2] għandu jiżdied fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jidħol wara punt 4zzk (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/148/KE) tal-Kapitolu XVIII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

    "4zzl. 32003 D 0213: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/213/KE tal-25 ta' Marzu 2003 fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq it-tagħmir tar-radju maħsub li jintuża fuq bastimenti non-SOLAS u li huma maħsuba li jintużaw fis-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS) (ĠU L 81, tat-28.3.2003, p. 46)."

    Artikolu 2

    It-Testi tad-Deċiżjoni 2003/213/KE fil-lingwa ta' l-Islanda u l-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, previst li n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġie magħmul lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 116, tat-22.4.2004, p. 60.

    [2] ĠU L 81, tat-28.3.2003, p. 46.

    [3] L-ebda liġi kostituzzjonali meħtieġa indikata.

    --------------------------------------------------

    Top