Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0021

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2004 tad-19 ta' Marżu 2004 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 127, 29.4.2004, p. 126–126 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/21(2)/oj

    22004D0021



    Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0126 - 0126


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 21/2004

    tad-19 ta' Marżu 2004

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2003 tal-5 ta' Diċembru 2003 [1].

    (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/95/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li temenda d-Direttiva 96/77/KE li tniżżel kriterji speċifiċi tal-purità ta' addittivi ta' l-ikel barra mill-kuluri u l-ħlewwiet [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zf (Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

    "- 32003 L 0095: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/95/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 (ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 71)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2003/95/KE fil-lingwa islandiża u dik norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marżu 2004, bil-kondizzjoni li jkunu saru n-notifiki lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3] skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Marżu 2004.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 88, tas-25.3.2003, p. 43.

    [2] ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 71.

    [3] L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.

    --------------------------------------------------

    Top