This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22004A0210(01)
Agreement on scientific and technical cooperation between the European Community and the Kingdom of Morocco
Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk
Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk
ĠU L 37, 10.2.2004, p. 9–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/126/oj
Official Journal L 037 , 10/02/2004 P. 0009 - 0015
Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk IL-KOMUNITÀ EWROPEA, (minn issa ‘l quddiem imsejħa bħala l-Komunità), mill-banda waħda, u R-RENJU TAL-MAROKK (minn issa ‘l quddiem imsejħa bħala l-Marokk), mill-banda ‘l oħra, minn issa ‘l quddiem imsejħa bħala il-Partijiet, WARA LI KUNSIDRAW it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 170 tiegħu, f'għaqda ma' l-ewwel sentenza ta' Artikolu 300(2) u l-ewwel sottoparagrafu ta' Artikolu 300(3) tiegħu, WARA LI KUNSIDRAW id-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 rigward is-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet demostrattivi, li jikkontribbwixxu għall-ħolqien taz-Zona Ewropea ta' Riċerka u għal innovazzjoni (2002 sa 2006) [1], HUMA U JIKKUNSIDRAW l-importanza ta' xjenza u teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom u r-riferenza għal dan f'Artikolu 47 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-banda waħda, u r-Renju tal-Marokk, mill-banda l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2002 [2], HUMA U JQISU li l-Komunità u l-Marokk qed isegwu riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet dimostrattivi f'numru ta' oqsma ta' interess komuni, u li parteċipazzjoni fir-riċerka u l-attivitajiet ta' żvilupp ta' xulxin fuq bażi ta' reċiproċita se tipprovdi benefiċċji ghal xulxin, HUMA U JIXTIEQU li jistabbilixxu qafas formali ta' koperazzjoni għal riċerka xjentifika u teknoloġika bil-ħsieb li jestendu u jintesifikaw il-kondotta ta' attivitajiet koperattivi f'oqsma ta' interess komuni u biex jinkoraġġixxu l-applikazzjoni tar-riżultati ta' din il-koperazzjoni għall-benefiċċju ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet, HUMA U JQISU x-xewqa li jiftħu z-Zona Ewropea ta' Riċerka lill-pajjiżi terzi, u partikolarment lill-pajjiżi sieħba tal-Mediterran, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Għan u prinċipji 1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw attivitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi bejn il-Komunità u l-Marokk f'oqsma ta' interess komuni fejn ikunu qed isegwu attivitajiet ta' riċerka xjentifika u ta' żvilupp teknoloġiku. 2. L-attivitajiet koperattivi għandhom jiġu kondotti fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin: (a) promozzjoni ta' soċjeta bażata fuq it-tagħrif għall-benefiċċju ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet; (b) benefiċċju reciproku bażat fuq bilanċ ġenerali ta' vantaġġi; (ċ) aċċess reċiproku għal attivitajiet skond programmi u proġetti ta' riċerka xjentifika u żvilupp teknoloġiku (minn issa ‘l quddiem imsejħa riċerka) li tidħol għalihom kull Parti fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim; (d) skambju ta' tagħrif f'waqtu li jista' jaffettwa attivitajiet koperattivi; (e) protezzjoni xierqa ta' drittijiet intelletwali ta' proprjeta. Artikolu 2 Termini ta' koperazzjoni 1. Entitajiet legali Marokkini, kemm pubbliċi kif ukoll privati, għandhom jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti skond il-Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet dimostrattivi li jikkontribwixxu lejn il-ħolqien taz-Zona Ewropea ta' Riċerka, (minn issa issa ‘l quddiem imsejħa l-Programm Qafas), fuq l-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal entitajiet legali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, bla ħsara għal termini u kondizzjonijiet stabbiliti jew riferiti fl-Annessi I u II. 2. Entitajiet legali tal-Komunità għandhom jipparteċipaw fi proġetti ta' riċerka tal-Marokk f'oqsma ekwivakenti għal dawk tal-Programm Qafas fuq l-istess kondizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal entitajiet legali Marokkini, bla ħsara għal termini u kondizzjonijiet stabbiliti jew riferiti fl-Annessi I u II. 3. Il-koperazzjoni tista' tieħu waħda mill-forom u mezzi li ġejjin: (a) laqgħat konġunti; (b) diskussjonijiet regolari dwar il-linji ta' gwida u l-prijoritajiet għal politika ta' riċerka u pjanar fil-Marokk u fil-Komunità; (b) bdil ta' veduti u konsultazzjoni dwar prospetti ta' koperazzjoni u żvilupp; (d) provvediment f'waqtu ta' tagħrif rigward l-implimentazzjoni u r-riżultati ta' programmi u proġetti ta' riċerka konġunta tal-Marokk u tal-Komunità li jkunu ndaħlu għalihom fil-qafas ta' dan il-Ftehim; (e) żjarat u skambji ta' riċerkaturi, inġiniera u tekniċi, inkluż għal skopijiet ta' taħriġ ta' riċerka; (f) skambju u qsim ta' tagħmir u materjali xjentifiċi; (g) kuntatti regolari bejn persuni nkarigati mill-progett jew programm ta' riċerka mill-Marokk u tal-Komunità; (h) parteċipazzjoni ta' esperti taż-żewġ Partijiet f'laqgħet ta' seminar, symposiums u workshops; (i) bdil ta' tagħrif dwar prattika, liġijiet, regolamenti u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' koperazzjoni skond dan il-Ftehim; (j) aċċess reċiproku għal tagħrif xjentifiku u tekniku li għandhom x'jaqsmu ma' din il-koperazzjoni; (k) kull arranġament ieħor adottat mill-Kumitat Konġunt ta' Koperazzjoni Xjentifika u Teknika tal-KE-Marokk riferit ghalih f'Artikolu 4, u b'mod konformi mal-politika u l-proċeduri applikabbli fiż-żewġ Partijiet. Artikolu 3 Titjib ta' koperazzjoni 1. Il-Partijiet jindaħlu biex jagħmlu kull sforz, fil-qafas tal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom li hija fis-seħħ, biex jiffaċilitaw il-moviment ħieles u l-istabbilizzazzjoni ta' riċerkaturi li jipparteċipaw fl-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim u biex jiffaċilitaw id-dħul u l-ħruġ mit-territorji tagħhom ta' materjali, data jew tagħmir maħsuba għall-użu f'dawn l-attivitajiet. 2. Fejn, bi qbil mar-regoli tagħha stess, il-Komunità Ewropea tagħti fondi ta' kuntratt għajr fil-forma ta' self li jithallas lura lil entita legali stabbilita fil-Marokk biex tipparteċipa f'azzjoni indiretta tal-Komunità, l-Gvern tal-Marokk jista' jiżgura, fil-qafas tal-leġislazzjoni tiegħu stess li jkunu fis-seħħ, li l-ebda ħlas fiskali jew taxxa (levy) ma tiġi imposta fuq l-operati li jibbenefikaw minn dawn il-fondi. Artikolu 4 Tmexxija tal-Ftehim 1. Il-kordinazzjoni u l-promozzjoni ta' l-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim se jitwettqu f'isem il-Marokk mill-awtorita tal-gvern responsabbli għal riċerka xjentifika u f'isem il-Komunità mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Programm Qafas li qed jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi għall-Partijiet (minn issa ‘l quddiem imsejħa bħala l-aġenti eżekuttivi). 2. L-aġenti eżekuttivi għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta' Koperazzjoni Xjentifika u Teknika tal-KE-Marokk b'responsabbilta: (a) għall-moniteragg ta' l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' dan il-Ftehim, u biex jipproponi kull reviżjoni li ssir li tista' tinħtieġ, bla ħsara għat-twettieq minn kull Parti tal-proċeduri tagħha stess għal dan l-iskop; (b) biex jipproponi kwalunkwe miżuri xierqa immirati lejn it-titjib u l-iżvilupp ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika skond dan il-Ftehim; (ċ) biex jeżamina regolarment il-linji ta' gwida u l-prijoritajiet ta' politika ta' riċerka tal-Marokk u tal-Komunità u l-ippjanar u l-prospetti għal koperazzjoni fil-futur skond dan il-Ftehim. 3. Il-Kumitat Konġunt ta' Koperazzjoni Xjentifika u Teknika tal-KE-Marokk għandu jiġi kompost minn numru ugwali ta' rappreżentattivi ta' l-aġenti eżekuttivi ta' kull Parti. Għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. 4. Il-Kumitat Konġunt ta' Koperazzjoni Xjentifika u Teknika tal-KE-Marokk għandu jiltaqa' mill-inqas darba f'sena fil-Komunità u fil-Marokk alternattivament. Laqgħet straordinarji jistgħu jinżammu fuq it-talba ta' kull Parti. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ta' Koperazzjoni Xjentifika u Teknika tal-KE-MArokk għandhom jintbagħtu, għal tagħrif, lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterran bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk. Artikolu 5 Termini u kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni Parteċipazzjoni reċiproka fl-attivitajiet ta' riċerka koperti minn dan il-Ftehim għandha sseħħ bi qbil mal-kondizzjonijiet dikjarati fl-Anness I u għandha tkun suġġetta għall-leġislazzjoni, r-regolamenti, l-politika u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-programmi fis-seħħ fit-territorju ta' kull Parti. Artikolu 6 Disseminazzjoni u utilizzazzjoni ta' riżultati u tagħrif Id-disseminazzjoni u l-utilizzazzjoni tar-riżultati ta' tagħrif akkwistat u/jew skambjat, u t-tmexxija, l-allokazzjoni u l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' proprjeta intellettwali li jinħolqu mill-attivitajiet ta' riċerka mwettqa skond dan il-Ftehim għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet dikjarati fl-Anness II ma' dan il-Ftehim. Artikolu 7 Dispożizzjonijiet finali 1. L-Annessi I u II għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Il-mistoqsijiet jew kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu miftiehma permezz ta' ftehim reciproku bejn il-Partijiet. 2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin bil-miktub li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Kull erba' snin il-Partijiet se jevalwaw l-impatt tal-Ftehim dwar l-intensita tal-koperazzjoni xjentifika u teknika tagħhom. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat jew l-iskop tiegħu mkabbar bi ftehim bejn il-Partijiet. Emendi jew estensjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin bil-miktub li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Dan il-Ftehim jista' jiġi mitmum f'kull waqt minn kwalunkwe Parti fi żmien sitt xhur ta' avviż bil-miktub. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu qegħdin isiru fil-ħin ta' kwalunkwe konkluzjoni ta' dan il-Ftehim se jibqgħu ghaddejjin sakemm jitlestew fuq il-kondizzjonijiet preskritti f'dan il-Ftehim, minbarra jekk iż-żewġ Partijiet jiddeċiedu mod ieħor. 3. Jekk waħda mill-Partijiet tiddeċiedi li timmodifika l-programmi jew proġetti ta' riċerka riferiti fil-paragrafu 1 ta' Artikolu 1, l-aġent eżekuttiv ta' dik il-Parti għandu jgħarraf lill-aġent eżekuttiv tal-Parti l-oħra bil-kontenut preċiż ta' l-emendi msemmija. F'dak il-każ, u bħala deroga mis-sottoparagrafu 2 ta' paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim jista' jiġi mitmum fuq kondizzjonijiet miftiehma bejn xulxin jekk xi waħda mill-Partijiet tgħarraf lill-oħra fi żmien xahar bl-intenzjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim wara l-adozzjoni ta' l-emendi riferiti fl-ewwel sottoparagrafu. 4. Dan il-Ftehim għandu jgħodd, mill-banda waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġi applikat u fuq il-kondizzjonijiet preskritti f'dak it-Trattat u, mill-banda l-oħra, għat-territorju tar-Renju tal-Marokk. Dan m'għandux jeskludi t-twettiq ta' attivitajiet koperattivi fuq il-baħar apert, fl-ispazju, jew fit-territorju ta' pajjiżi terzi bi qbil ma' liġi internazzjonali. 5. Dan il-Ftehim jiġi mfassal doppjament bid-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Portugiż, l-Ispanjol, l-Isvediż u bl-Għarbi, b' kull test ikun ugwalment awtentiku. +++++ TIFF +++++ Hecho en Salónica el veintiséis de junio de dos mil tres.Udfærdiget i Thessaloniki, den seksogtyvende juni to tusind og tre.Geschehen zu Thessaloniki am sechsundzwanzigsten Juni zweitausenddrei.Έγινε στη Θεσσαλονίκη, στις είκοσι έξι Ιουνίου δύο χιλιάδες τρία.Done at Thessaloniki, twenty-sixth day of June, in the year two thousand and three.Fait à Thessalonique, le vingt-six juin deux mille trois.Fatto a Salonicco, addì ventisei giugno duemilatre.Gedaan te Thessaloniki, de zesentwintigste juni tweeduizenddrie.Feito em Salónica, em vinte e seis de Junho de dois mil e três.Tehty Thessalonikissa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakolme.Som skedde i Thessaloniki den tjugosjätte juni tjugohundratre. Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ [1] ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1 [2] ĠU L 70, tat-18.3.2000, p. 2 -------------------------------------------------- ANNESS I TERMINI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TA' ENTITAJIET LEGALI TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEW U TAR-RENJU TAL-MAROKK Għall-għan ta' dan il-Ftehim, "entita legali" tfisser kull persuna naturali, jew xi persuna legali maħluqa skond il-liġi nazzjonali tal-post ta' l-istabbiliment tiegħu jew skond il-liġi tal-Komunità, li għandha personalita legali u li hija intitolata għal drittijiet u obbligazzjonijiet ta' kull tip f'isimha stess. I. Termini u kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Marokk f'azzjonijiet indiretti skond il-Programm Qafas ta' Riċerka tal-KE 1. Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Marokk f'azzjonijiet indiretti skond il-Programm Qafas għandha tkun bi qbil mar-regoli ta' parteċipazzjoni preskritti skond Artiolu 167 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas [1]. B'żieda ma' dan, entitajiet legali stabbiliti fil-Marokk jistgħu jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti mwettqa skond Artikolu 164 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. 2. Il-Komunità tista' tagħti fondi lil entitajiet legali stabbiliti fil-Marokk li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet indiretti riferiti fil-paragrafu 1 bi qbil mat-termini u kondizzjonijiet preskritti fir-regoli ta' parteċipazzjoni riferiti fil-paragrafu 1 adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skond Artikolu 167 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, r-regolamenti finanzjarji tal-Komunità Ewropea u kull leġislazzjoni Komunitarja applikabbli oħra. 3. Kuntratt konkluż mill-Komunità ma' kull entita legali stabbilita fil-Marokk li qed tipparteċipa f'xi azzjoni indiretta jrid jipprovdi għal reviżjonijiet u verifiki li jridu jitwettqu minn, jew taħt l-awtorita, tal-Kummissjoni jew il-Qorti ta' Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej. Fi spritu ta' koperazzjoni u interess reciproku, l-awtoritajiet rilevanti tal-Marokk se jipprovdu għajnuna raġonevoli u possibbli kif jista' jkun meħtieġ jew ta' għajnuna biex jitwettqu dawn ir-reviżjonijiet u verifiki. II. Termini u kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fil-programmi u proġetti ta' riċerka tal-Marokk 1. Kull entita legali stabbilita fil-Komunità Ewropea maħluqa skond il-liġi nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jew skond il-liġi Komunitarja Ewropea tista' tipparteċipa fir-riċerka u proġetti jew programmi ta' żvilupp tal-Marokk f'koperazzjoni ma' entitajiet legali stabbiliti fil-Marokk. 2. Bla ħsara għal paragrafu 1 u għall-Anness II, id-drittijiet u l-obbligi ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Komunità li qed jipparteċipaw fir-riċerka u l-proġetti jew programmi ta' żvilupp tal-Marokk, it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti u l-għoti u l-konklużjoni ta' kuntratti għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern li jirregolaw l-operat ta' programmi ta' riċerka u ta' żvilupp tal-Marokk fuq il-kondizzjonijiet applikabbli għal entitajiet legali stabbiliti fil-Marokk, hija u titqies in-natura tal-koperazzjoni bejn il-Marokk u l-Komunità Ewropea f'dan il-qasam. Fondi ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Komunità li qed jipparteċipaw fil-proġetti u l-programmi ta' riċerka u żvilupp tal-Marokk għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern li jirregolaw l-operat ta' programmi ta' riċerka u ta' żvilupp tal-Marokk fuq il-kondizzjonijiet applikabbli għal entitajiet legali ta' pajjiżi terzi li qed jipparteċipaw fil-proġetti u l-programmi ta' riċerka u żvilupp tal-Marokk. 3. Il-Marokk se jgħarraf regolarment lill-Komunità Ewropea u lill-entitajiet legali tiegħu stess b'opportunitajiet għal entitajiet legali stabbiliti fil-Komunità Ewropea biex jipparteċipaw fil-proġetti u programmi tieghu ghal ricerka u żvilupp. [1] Ara s-Sitt Progamm Qafas (-2006 sa 2006) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2321/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 (ĠU L 355, tat-30.12.2000, p. 23). -------------------------------------------------- ANNESS II PRINĊIPJI LI JIRREGOLAW L-ALLOKAZZJONI TA' DRITTIJIET INTELLETWALI TA' PROPRJETA I. Applikazzjoni Għall-għan ta' dan il-Ftehim, "proprjeta intelletwali" għandha jkollha t-tifsira mogħtija f‘Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija ta' Proprjeta Intellettwali, magħmul fi Stockholm fl-14 ta' Lulju 1967. Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, "għerf" għandu jfisser ir-riżultati, inkluż it-tagħrif, sewwa jekk jistgħu jiġu protetti u sewwa jekk le, kif ukoll copyrights jew drittijiet li jappartjenu għal dawn ir-riżultati li jsegwu applikazzjonijiet għal, jew il-ħruġ ta', patenti, disinji, varjetajiet ta' pjanti, ċertifikati supplimentari ta' protezzjoni jew forom simili ta' protezzjoni. II. Drittijiet ta' proprjeta intelletwali ta' entitajiet legali tal-Partijiet 1. Kull Parti għandha tiżgura li d-drittijiet ta' proprjeta intellettwali ta' entitajiet legali tal-Parti l-oħra li qed tipparteċipa f'attivitajiet imwettqa skond dan il-Ftehim u d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet relatati li jinħolqu minn din il-parteċipazzjoni, għandhom ikunu konsistenti mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti li huma applikabbli għall-Partijiet, inkluż il-Ftehim RKIP (Ftehim dwar aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tad-Drittijiet dwar il-Proprjeta Intellettwali amministrata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa) kif ukoll il-Konvenzjoni ta' Berna (Att ta' Pariġi ta' l-1971) u l-Konvenzjoni ta' Pariġi (Att ta' Stockholm ta' l-1967). 2. Entitajiet legali stabbiliti fit-Marokk li qed jipparteċipaw f'azzjoni indiretta skond il-Programm Qafas għandhom ikollhom l-istess drittijiet u obbligi rigward proprjeta intellettwali bħal entitajiet legali stabbiliti fil-Komunità li qed jipparteċipaw fl-azzjoni indiretta. Dawn id-drittijiet u obbligi rigward proprjeta intellettwali huma preskritti fir-regoli għad-disseminazzjoni ta' riżultati ta' riċerka adottati skond Artikolu 167 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea [1] u l-kuntratt konkluż mal-Komunità għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta, b'dawn id-drittijiet u l-obbligi f'konformita ma' paragrafu 1. 3. Entitajiet legali stabbiliti fil-Komunità li qed jipparteċipaw fil-programmi jew proġetti ta' riċerka tal-Marokk għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi rigward proprjeta intellettwali bħal dawk ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Marokk li qed jipparteċipaw f'dawn il-programmi jew proġetti ta' riċerka, b'dawn id-drittijiet u obbligi jkunu f'konformita ma' paragrafu 1. 4. Kull Parti għandha tiżgura li l-entitajiet legali li jirrappreżentawha jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiddefinixxu u jipproteġu d-drittijiet ta' proprjeta intellettwali tagħhom. III. Drittijiet ta' proprjeta intellettwali tal-Partijiet 1. Minbarra jekk ikun miftiehem speċifikament mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għat-tagħrif ġenerat mill-Partijiet fil-kors ta' attivitajiet imwettqa skond Artikolu 2(3) ta' dan il-Ftehim. (a) il-Parti li qed tiġġenera dan it-tagħrif għandha tkun is-sid ta' dak it-tagħrif. Fejn it-tagħrif ikun ġie ġenerat b'mod konġunt u s-sehem rispettiv tax-xogħol taż-żewġ Partijiet ma jistax jiġi aċċertat, għandu jkollhom pussess konġunt ta' dan it-tagħrif; (b) il-Parti li tippossjedi t-tagħrif għandha tagħti drittijiet ta' aċċess għalih lill-Parti l-oħra għat-twettiq ta' attivitajiet riferiti f‘Artikolu 2(3) ta' dan il-Ftehim. Dawn id-drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw fuq bażi ta' royalty-free. 2. Minbarra jekk ikun miftiehem speċifikament mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għax-xogħlijiet xjentifiċi letterarji tal-Partijiet: (a) fejn Parti tippubblika data xjentifika u teknika, tagħrif u riżultati permezz ta' ġurnali, artikoli, rapporti, kotba inkluż videos u software, li jinħolqu jew għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet imwettqa skond dan il-Ftehim, liċenza għad-dinja kollha, mhix esklussiva, irrevokabbli u royalty-free għandha tingħata lill-Parti l-oħra biex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrasmetti u tqassam pubblikament dawn ix-xogħlijiet; (b) il-kopji kollha ta' data u tagħrif protetti minn copyright imħejjija f'dan il-kuntest għal tqassim pubbliku għandhom jindikaw l-ismijiet ta' l-awtur(i) tax-xogħol minbarra jekk awtur jirrifjuta espliċitament li jiġi msemmi. Għandhom iġorru wkoll għarfien viżibbli ċar ta' l-appoġġ koperattiv tal-Partijiet. 3. Minbarra jekk ikun miftiehem speċifikament mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal tagħrif mhux żvelat tal-Partijiet: (a) hija u tikkomunika lill-Parti l-oħra tagħrif meħtieġ għall-attivitajiet imwettqa skond dan il-Ftehim, kull Parti għandha tidentifika dan it-tagħrif li hija tixtieq li jibqa' mhux żvelat; (b) il-Parti li qed tirċevi t-tagħrif tista', fuq ir-responsabbilta tagħha stess, tikkomunika tagħrif mhux żvelat lil entitajiet jew persuni fuq l-awtorita tagħha għall-iskopijiet speċifiċi ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim; (ċ) bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti li qed tipprovdi tagħrif mhux żvelat, il-Parti l-oħra tista xxerred dan it-tagħrif mhux żvelat aktar fil-wisa' milli permess mod ieħor fil-paragrafu 3(b). Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-iżvilupp ta' proċeduri għat-talba ta' u l-kisba minn qabel ta' kunsens bil-miktub għal disseminazzjoni aktar wiesgħa, u kull Parti se tipprovdi din l-approvazzjoni sal punt permess mill-politika, regolamenti u liġijiet domestiċi tagħha; (d) tagħrif mhux dokumentat, mhux żvelat jew tagħrif ieħor kunfidenzali provdut f'laqgħet ta' seminars u laqgħet oħra bejn rappreżentanti tal-Partijiet irranġati skond dan il-Ftehim, jew tagħrif li jinħoloq mill-impjieg ta' staff, l-użu ta' faċilitajiet jew it-twettiq ta' azzjonijiet indiretti, għandu jibqa' kunfidenzali fejn ir-reċipjent ta' dan it-tagħrif mhux żvelat u tagħrif ieħor kunfidenzali jew privileġġjat ikun sar konxju tan-natura kunfidenzali tat-tagħrif komunikat filwaqt li din il-komunikazzjoni tkun saret skond paragrafu 3(a); (e) kull Parti għandha tagħmel mill-aħjar biex tiżgura li tagħrif mhux żvelat irċevut minnha skond paragrafu 3(a) u 3(d) huwa kontrollat kif provdut hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet issir konxja li mhix se tkun tista', jew tista' tiġi mistennija raġonevolment li m‘hiex se tkun tista', tilħaq id-dispożizzjonijiet ta' nuqqas ta' tixrid preskritti fil-paragrafu 3(a) u 3(d), għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom wara dan jikkonsultaw biex jiddefinixxu kors xieraq ta' azzjoni. [1] Ara s-Sitt Progamm Qafas (-2006 sa 2006) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2321/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 355, tat-30.12.2000, p. 23). --------------------------------------------------