EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0921(05)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 237, 21.9.2000, p. 65–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/52(2)/oj

22000D0921(05)



Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0065 - 0065


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 52/2000

tat-28 ta' Ġunju 2000

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2000 tal-31 ta' Marzu 2000 [1].

(2) d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/75/KE tat-22 ta' Lulju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purità dwar kuluri għall-użu f'affarijiet ta' l-ikel [2], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 46b (Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 399 L 0075: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/75/KE tat-22 ta' Lulju 1999 (ĠU L 206, tal-5.8.1999, p. 19)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/75/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Ġunju 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 141 tat-15.6.2000, p. 46.

[2] ĠU L 206 tat-5.8.1999, p. 19.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top