EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998A0624(01)

Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Moldova

ĠU L 181, 24.6.1998, p. 3–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2016; Imħassar b' 22014A0830(01)

Related Council decision

21998A0624(01)



Official Journal L 181 , 24/06/1998 P. 0003 - 0048


Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni

bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Moldova [1]

FTEHIM TA' SĦUBIJA U KOPERAZZJONI

li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL- GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Il-Partijiet Kontraenti mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

minn issa 'l quddiem riferuti bħala "l-Istati Membri", u

IL-KOMUNITÀ' EWROPEA, IL-KOMUNITÀ' EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR U L-KOMUNITÀ' EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem riferuti bħala "il-Komunità",

min-naħa l-waħda,

u r-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

min-naħa l-oħra,

FILWAQT ILLI JIKKUNSIDRAW il-konnessjonijiet bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova u l-valuri komuni li jaqsmu bejniethom,

FILWAQT ILLI JIRRIKONOXXU li l-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova jixtiequ jsaħħu dawn il-konnessjonijiet u jistabbilixxu sħubija u koperazzjoni li ssaħħaħ u tkabbar ir-relazzjonijiet stabbiliti fil-passat partikolarment bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi fuq il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989,

FILWAQT ILLI JIKKUNSIDRAW ir-rabta tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tal-Moldova li jsaħħu l-ħelsien politiku u ekonomiku li jikkostitwixxi l-veru bażi tas-sħubija,

FILWAQT ILLI JIKKUNSIDRAW ir-rabta tal-Partijiet li jippromwovu l-paċi u s-sigurta' internazzjonali kif ukoll s-soluzzjoni paċifika tat-tilwim u li jikkoperaw għal dan l-għan fil-kwadru tal-Ġnus Magħquda u l-Konferenza dwar is-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa,

FILWAQT ILLI JIKKUNSIDRAW ir-rabta soda tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tal-Moldova li jimplimentaw kompletament il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet kollha li hemm fl-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), id-dokumenti ta' konklużjoni tal-laqgħat li saru wara f'Madrid u Vjenna, id-dokument tal-Konferenza tas-CSCE ta' Bonn dwar il-koperazzjoni ekonomika, il-Liġi ta' Pariġi għal Ewropa ġdida u d-dokument tas-CSCE ta' Ħelsinki 1992 "L-isfidi tal-bidla",

FILWAQT ILLI JIRRIKONOXXU f'dak il-kuntest li l-appoġġ għall-indipendenza, għas-sovranità u għall-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova għandu jikkontribwixxi biex jinżammu l-paċi u l-istabilità fir-reġjun ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant u fil-kontinent sħiħ Ewropew,

FILWAQT ILLI JIKKONFERMAW li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova jingħaqdu mal-Ftehim Ewropew ta' l-Enerġija u mad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Lucerne f'April 1993,

KONVINTI mill-importanza kbira tar-regola tal-liġi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk tal-minoranzi, it-twaqqif ta' sistema b'ħafna partiti b'elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u liberalizzazzjoni ekonomika mmirata biex tistabbilixxi suq ta' ekonomija,

FILWAQT ILLI JIRRIKONOXXU l-isforzi tar-Repubblika tal-Moldova li toħloq sistemi politiċi u ekonomiċi, li jirrispettaw ir-regola tal-liġi u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jkunu fil-minoranzi u li r-Repubblika tal-Moldova topera sistema ta' ħafna partiti b'elezzjonijiet ħielsa u ekonomiċi, u tipprovdi għal liberalizzazzjoni ekonomika,

FILWAQT ILLI JEMMNU li implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim ta' Soċjeta u Koperazzjoni għandu jiddependi fuq kif ukoll jikkontribwixxi għat-tkomplija u l-kisba ta' riformi politiċi, ekonomiċi u legali fir-Repubblika tal-Moldova, kif ukoll l-introduzzjoni tal-fatturi meħtieġa għall-koperazzjoni, l-aktar minħabba l-konklużjonijiet tal-Konferenza tas-CSCE ta' Bonn,

BIX-XEWQA li jinkoraġixxu l-proċess ta' koperazzjoni reġjonali fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim mal-pajjiżi ġirien sabiex jippromwovu l-prosperità u l-istabilità tar-reġjun,

BIX-XEWQA li jistabbilixxu u jiżviluppaw djalogu politiku regolari fuq punti bilaterali u internazzjonali ta' interess għal xulxin,

FILWAQT LI JIKKONSIDRAW ix-xewqa tal-Komunità li tipprovdi koperazzjoni ekonomika u għajnuna teknika meta jkun hemm bżonn,

IŻOMMU F'MOĦĦHOM l-użu tal-Ftehim li jiffavorixxi relazzjoni gradwali ta' ħbiberija bejn ir-Repubblika tal-Moldova u settur akbar ta' koperazzjoni fl-Ewropa u r-reġjuni ġirien u ta' l-integrazzjoni progressiva tar-Repubblika tal-Moldova f'sistema miftuħa ta' kummerċ internazzjonali,

FILWAQT ILLI JIKKUNSIDRAW ir-rabta tal-Partijiet li jilliberalizzaw il-kummerċ, ibbażat fuq il-prinċipji li jinsabu fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT),

JAĊĊETTAW U JIRRIKONOXXU l-importanza ta' l-isforzi tar-Repubblika tal-Moldova, immirati lejn transizzjoni ta' l-ekonomija tagħha l-bogħod minn pajjiż b'kummerċ ta' l-istat b'ekonomija ppjanata ċentralment f'suq ekonomiku,

KONXJI mill-bżonn li jtejbu l-kondizzjonijiet li jaffettwaw il-kummerċ u l-investiment, u l-kondizzjonijiet f'setturi bħal intrapriżi, xogħol, provvediment ta' servizzi u movimenti ta' kapital,

KONVINTI li dan il-Ftehim se joħloq klima ġdida għal relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet u partikolarment għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment, li huma essenzali għal ristruttura ekonomika u l-immodernizzar teknoloġiku,

BIX-XEWQA li jistabbilixxu koperazzjoni mill-viċin fil-qasam tal-ħarsien ta' l-ambjent wara li jikkunsidraw id-dipendenza lejn xulxin li teżisti bejn il-Partijiet f'dan il-qasam,

BIX-XEWQA li jiżviluppaw il-koperazzjoni kulturali u jtejbu kif timxi l-informazzjoni,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Sħubija hija minn issa stabbilita bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra. L-għanijiet ta' din is-Sħubija huma:

- li jipprovdu kwadru xieraq għal djalogu politiku bejn il-Partijiet li jippermetti l-iżvilupp ta' relazzjonijiet politiċi,

- li jippromwovu l-kummerċ u l-investiment u relazzjonijiet ekonomiċi armonizzati bejn il-Partijiet u b'hekk iżommu l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom,

- li jipprovdu bażi għal koperazzjoni leġiżlattiva, ekonomika, soċjali, finanzjarja, u kulturali,

- li jappoġġaw l-isforzi tar-Repubblika tal-Moldova li tikkonsolida d-demokrazija tagħha u tiżviluppa l-ekonomija tagħha u tlesti t-transizzjoni għal suq ekonomiku.

TITOLU I

IL-PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 2

Ir-rispett lejn id-demokrazija, il-prinċipji tal-liġi internazzjonali, u d-drittijiet tal-bniedem kif definiti partikolarment fl-Att Finali ta' Helsinki u l-Ftehim ta' Pariġi għal Ewropa ġdida, kif ukoll il-prinċipji ta' suq ekonomiku, inklużi dawk proklamati fid-dokumenti tal-Konferenza tas-CSCE ta' Bonn, isaħħu l-politika interna u esterna tal-Partijiet u jikkostitwixxu element essenzali ta' sħubija u ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Partijiet jikkunsidraw li hija essenzali għall-prosperità u l-istabilità futura tar-reġjun ta' dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika li l-istati li saru ndipendenti u li ħarġu wara d-dissoluzzjoni ta' l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi, (minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istati Ndipendenti"), għandhom iżommu u jiżviluppaw il-koperazzjoni bejniethom skond il-prinċipji ta' l-Att Finali ta' Helsinki u mal-liġi internazzjonali u fl-ispirtu ta' relazzjonijiet tajbin bejniethom, u jagħmlu kull sforz biex jinkoraġixxu dan il-proċess.

Artikolu 4

Il-Partijiet jintrabtu li jikkunsidraw, partikolarment meta r-Repubblika tal-Moldova tkun aktar avvanzat il-proċess ta' riforma ekonomika, l-iżviluppi tat-Titoli rilevanti ta' dan il-Ftehim, partikolarment it-Titolu III u l-Artikolu 48, bil-ħsieb li jistabbilixxu settur ta' kummerċ liberu bejniethom. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni riferut fl-Artikolu 82 jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq dawn l-iżviluppi lill-Partijiet. Dawn l-iżviluppi jidħlu fis-seħħ biss bis-saħħa ta' ftehim bejn il-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fis-sena 1998 jekk iċ-ċirkostanzi, u partikolarment l-avvanzi tar-Repubblika tal-Moldova fir-riformi ekonomiċi orjentati lejn is-suq u l-kondizzjonijiet ekonomiċi li jkun hemm dak iż-żmien, jippermettu l-bidu ta' negozjati għat-twaqqif ta' settur ta' kummerċ liberu.

Artikolu 5

Il-Partijiet jintrabtu li jeżaminaw flimkien, bil-kunsens ta' xulxin, emendi li jista' jkun hemm bżonn għal kull parti tal-Ftehim minħabba tibdiliet fiċ-ċirkostanzi, u partikolarment minħabba s-sitwazzjoni li tinħoloq meta r-Repubblika tal-Moldova tissieħeb fil-GATT. L-ewwel eżami għandu jsir tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim jew meta r-Repubblika tal-Moldova ssir Parti Kontraenti tal-GATT, skond liema jiġi l-ewwel.

TITOLU II

DJALOGU POLITIKU

Artikolu 6

Djalogu politiku regolari għandu jkun stabbilit bejn il-Partijiet li għandhom il-ħsieb li jiżviluppaw u jintesifikaw. Għandu jakkumpanja u jikkonsolida r-relazzjoni ta' ħbiberija bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova, jappoġġa t-tibdiliet politiċi u ekonomiċi li bdew f'dak il-pajjiż u jikkontribwixxi għat-twaqqif ta' forom ġodda ta' koperazzjoni. Id-djalogu politiku:

- għandu jsaħħaħ il-konnessjonijiet tar-Repubblika tal-Moldova mal-Komunità, u għalhekk mal-Komunità tan-nazzjonijiet demokratiċi. Il-konverġenza ekonomika li tinkiseb b'dan il-Ftehim għandha twassal għal relazzjonijiet politiċi aktar intensi,

- għandu jġib konverġenza dejjem tikber ta' pożizzjonijiet fuq punti internazzjonali ta' tħassib għal xulxin, u b'hekk tiżdied is-sigurtà u l-istabilità,

- għandu jara minn qabel li l-Partijiet ifittxu li jikkoperaw fuq l-affarijiet ta' tisħiħ ta' stabilità u sigurtà fl-Ewropa, il-ħarsien tal-prinċipji tad-demokrazija, ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk tal-minoranzi u jżommu l-konsultazzjonijiet, jekk ikun hemm bżonn, fuq affarijiet rilevanti.

Artikolu 7

F'livell ministerjali, id-djalogu politiku għandu jsir fil-Kunsill ta' Koperazzjoni u f'okkażjonijiet oħra bil-qbil ta' xulxin.

Artikolu 8

Proċeduri u mekkaniżmi oħra għal djalogu politiku għandhom ikunu stabbiliti mill-Partijiet, u partikolarment fil-forom li ġejjin:

- laqgħat regolari f'livell ta' uffiċjali għolja bejn ir-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Moldova, u rappreżentanti tal-Komunità,

- li jieħdu vantaġġ sħiħ mill-mezzi diplomatiċi bejn il-partijiet inklużi kuntatti xierqa fil-qasam bilaterali kif ukoll multilaterali, bħal Ġnus Magħquda, laqgħat tas-CSCE u oħrajn,

- skambju ta' informazzjoni dwar affarijiet ta' interess reċiproku li tikkonċerna l-koperazzjoni politika fl-Ewropa,

- kull mezz ieħor, li jikkontribwixxi biex jikkonsolida u jiżviluppa dan id-djalogu politiku.

Artikolu 9

Id-djalogu politiku fuq livell parlamentari għandu jsir fil-kwadru tal-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari stabbilit taħt l-Artikolu 87.

TITOLU III

KUMMERĊ F'MERKANZIJA

Artikolu 10

1. Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin trattament bħala l-aktar nazzjon favorit fl-oqsma kollha rigward:

- dazji u ħlasijiet doganali applikati fuq merkanzija impurtata u esportata, inkluż il-metodu kif jinġabru dawn id-dazji u ħlasijiet,

- dispożizzjonijiet rigward ir-rilaxx mid-dwana, it-transitu, il-ħażniet u t-trasport bil-vapur,

- taxxi u ħlasijiet oħra interni ta' kull xorta applikati direttament jew indirettament fuq l-merkanzija importata,

- il-metodi ta' pagament u t-trasferiment ta' dawn il-pagamenti,

- ir-regoli rigward il-bejgħ, ix-xiri, it-trasport, it-tqassim, u l-użu ta' merkanzija fis-suq domestiku.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma japplikawx għal:

(a) vantaġġi mogħtija bil-għan li tinħoloq unjoni doganali jew settur għall-kummerċ liberu jew wara li tinħoloq din l-unjoni jew settur;

(b) vantaġġi mogħtija lil pajjiżi partikolari skond il-GATT u skond arranġamenti internazzjonali oħra favur pajjiżi li qed jiżviluppaw;

(ċ) vantaġġi mogħtija lil pajjiżi ġirien sabiex it-traffiku fuq il-fruntiera jkun faċilitat.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u ta' l-Artikolu 11(3) ma japplikawx, matul il-perjodu ta' transizzjoni li jiskadi fid-data meta r-Repubblika tal-Moldova tidħol fil-GATT jew fil-31 ta' Diċembru 1998, skond liema jiġi l-ewwel, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I mogħtija mir-Repubblika tal-Moldova lil Stati ndipendenti sa minn ġurnata qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Artikolu 11

1. Il-Partijiet jaqblu li l-prinċipju ta' transitu liberu ta' merkanzija hija kondizzjoni essenzali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

2. Minħabba dan kull Parti għandha tipprovdi għal transitu bla restrizzjoni minn u ġot-territorju tagħha ta' merkanzija li joriġinaw fit-territorju doganali jew destinati għat-territorju doganali tal-Parti l-oħra.

3. Ir-regoli spjegati fl-Artikolu V, il-paragrafi 2, 3, 4 u 5 tal-GATT huma applikabbli bejn iż-żewġ Partijiet.

4. Ir-regoli li jinsabu f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal xi regoli speċjali rigward setturi speċifiċi, partikolarment bħal trasport, jew prodotti miftehma bejn il-Partijiet.

Artikolu 12

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet internazzjonali fuq l-ammissjoni temporanja ta' merkanzija li jorbtu ż-żewġ Partijiet, kull Parti, iktar minn hekk, għandha tagħti lill-Parti l-oħra eżenzjoni minn ħlasijiet u dazji fuq merkanzija ammessi temporanjament, fil-każijiet u skond il-proċeduri stipulati minn kull konvenzjoni internazzjonali oħra fuq din l-affari li torbotha, skond il-liġijiet tagħha. Għandhom jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet taħt liema l-obbligi li joħorġu minn din il-konvenzjoni ġew aċċettati mill-Parti in kwestjoni.

Artikolu 13

L-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova u l-Komunità rispettivament għandhom ikunu impurtati fil-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova rispettivament mingħajr restrizzjonijiet ta' kwantita mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17, 20, 21, għad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II ta' dan il-Ftehim, u għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 77, 81, 244, 249 u 280 ta' l-Att tad-Dħul ta' Spanja u l-Portugal fil-Komunità Ewropea.

Artikolu 14

1. Il-prodotti tat-territorju ta' Parti waħda mpurtati fit-territorju tal-Parti l-oħra mhux għandhom ikunu soġġetti, direttament jew indirettament, għal taxxi interni jew ħlasijiet interni oħra ta' kull xorta iżjed minn dawk applikati, direttament jew indirettament, għal prodotti domestiċi simili.

2. Barra minn hekk, dawn il-prodotti jingħataw trattament xejn inqas favorevoli minn dak mogħti lil prodotti simili ta' oriġini nazzjonali skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-ħtiġijiet kollha li jaffettwaw il-bejgħ intern, l-offerta għall-bejgħ, ix-xiri, it-trasport, it-tqassim jew l-użu tagħhom. Id-dispożizzjoni ta' dan il-paragrafu ma jipprojbixxix l-applikazzjoni ta' ħlasijiet interni ta' trasport differenti li huma bbażati esklussivament fuq l-operat ekonomiku tal-mezzi tat-trasport u mhux fuq in-nazzjonalità tal-prodott.

Artikolu 15

L-Artikoli tal-GATT li ġejjin għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis bejn iż-żewġ Partijiet:

(i) l-Artikolu VII, il-paragrafi 1, 2, 3, 4a, 4b, 4d, 5;

(ii) l-Artikolu VIII;

(iii) l-Artikolu IX;

(iv) l-Artikolu X.

Artikolu 16

Il-kummerċ fil-merkanzija għandu jsir bejn il-Partijiet bi prezzijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawk tas-suq.

Artikolu 17

1. Fejn xi prodott qed jiġi mportat fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet fi kwantitajiet dejjem jikbru u taħt it-tali kondizzjonijiet li jagħmlu ħsara jew jheddu sostanzjalment il-produtturi domestiċi ta' prodotti simili jew direttament kompetittivi, il-Komunità jew ir-Repubblika tal-Moldova, skond min ikun konċernat, tista' tieħu l-miżuri li hemm bżonn skond il-proċeduri jew il-kondizzjonijiet li ġejjin.

2. Qabel ma jittieħdu xi miżuri, jew f'każi li għalihom japplika mill-ewwel il-paragrafu 4, il-Komunità jew ir-Repubblika tal-Moldova, skond il-każ, għandhom jipprovdu lill-Kumitat ta' Koperazzjoni l-informazzjoni kollha rilevanti bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet.

3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 ġurnata minn meta jirreferu għall-Kumitat ta' Koperazzjoni, fuq azzjonijiet biex jevitaw din is-sitwazzjoni, il-Parti li talbet il-konsultazzjonijiet tkun libera li tirrestrinġi l-importazzjoni tal-prodotti konċernati sal-punt u saż-żmien li hemm bżonn biex tipprevjeni jew tikkoreġi l-infrazzjoni, jew biex tadotta l-miżuri l-oħra li hemm bżonn.

4. F'ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien joħloq ħsara li diffiċli tirranġa, il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni li l-konsultazzjonijiet jibdew minnufih wara li tittieħed din l-azzjoni.

5. Biex jagħżlu l-miżuri skond dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu prijorità lil dawk li l-anqas ifixklu biex l-għanijiet ta' dan il-Ftehim jintlaħqu.

Artikolu 18

Xejn f'dan it-Titolu, u fl-Artikolu 17 partikolarment ma għandux jippreġudika jew jaffettwa b'xi mod, li wieħed mill-Partijiet, jieħu miżuri ta' kontra l-iskart jew miżuri li jopponu skond l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim fuq l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-GATT jew il-liġijiet interni li għandhom x'jaqsmu magħhom.

Rigward investigazzjonijiet kontra r-rimi ta' l-iskart jew fuq is-sussidji, kull Parti taqbel li teżamina s-sottomissjonijiet tal-Parti l-oħra u li tinforma l-partijiet interessati konċernati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzali fuq bażi ta' liema deċiżjoni finali għandha ssir. Qabel id-drittijiet għal kontra r-rimi ta' l-iskart u biex jopponu jiġu mposti, il-Partijiet għandhom jagħmlu l-aħjar tagħhom biex jaslu għal soluzzjoni kostruttiva tal-problema.

Artikolu 19

Il-Ftehim ma għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew merkanzija in transitu ġustifikati fuq il-bażi ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, ta' l-annimali jew tal-pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni tal-wirt nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni ta' proprjetà industrijali jew kummerċjali jew regoli dwar id-deheb u l-fidda. Dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet, madankollu, ma għandux jikkostitwixxu mod ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet.

Artikolu 20

Dan it-Titolu ma għandux japplika għall-kummerċ ta' prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Konġunta. Il-kummerċ ta' dawn il-prodotti għandu jkun regolat minn ftehim separat, li beda fl-14 ta' Mejju 1993 u d-dispożizzjonijiet bdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 1993.

Artikolu 21

1. Il-kummerċ fil-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 13.

2. Grupp ta' kuntatt fuq l-affarijiet tal-faħam u l-azzar għandu jkun stabbilit, magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità min-naħa waħda, u rappreżentanti tar-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra.

Il-grupp ta' kuntatt għandu jagħmel skambju, fuq bażi regolari, ta' informazzjoni fuq l-affarijiet kollha tal-faħam u l-azzar ta' interess għall-Partijiet.

Artikolu 22

Il-kummerċ f'merkanzija nukleari għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Jekk ikun hemm bżonn, kummerċ f'materjali nukleari jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' ftehim speċifiku li jridu jikkonkludu l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Moldova.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW IL-KUMMERĊ U L-INVESTIMENT

KAPITOLU I

IL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 23

1. Bla ħsara għall-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli f'kull Stat Membru, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jfittxu li jiżguraw li t-trattament mogħti liċ-ċittadini tal-Moldova legalment impjegati fit-territorju ta' Stat Membru għandu jkun liberu minn kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol, remunerazzjoni jew tkeċċija, meta mqabbla ma' dawk taċ-ċittadini tagħha stess.

2. Bla ħsara għall-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli fir-Repubblika tal-Moldova, ir-Repubblika tal-Moldova għandha tfittex li tiżgura li t-trattament mogħti liċ- ċittadini ta' Stat Membru legalment impjegati fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova jkun liberu minn kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol, remunerazzjoni jew tkeċċija, meta mqabbla ma' dawk taċ-ċittadini tagħha stess.

Artikolu 24

Ko-ordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

Il-Partijiet għandhom jikkonkludu ftehim sabiex:

(i) jadottaw, soġġetti għall-kondizzjonijiet u l-modi applikabbli f'kull Stat Membru, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-ko-ordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema tan-nazzjonalità tal-Moldova, impjegati legalment fit-territorju ta' xi Stat Membru. Dawn id-dispożizzjonijiet partikolarment jiżguraw li:

- il-perjodi kollha ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza kompluti minn dawn il-ħaddiema fl-Istati Membri differenti jiżdiedu ma' xulxin għall-iskop tal-pensjonijiet rigward ix-xjuħija, invalidità, u mewt u għall-iskop ta' kura medika għal dawn il-ħaddiema,

- kull pensjoni għal xjuħija, mewt, disgrazzji fuq ix-xogħol jew mard mill-okkupazzjoni, jew għall-invalidità li tirriżulta minn dan, bl-eċċezzjoni tal-benefiċċji speċjali mhux kontributorji, ikunu transferiti mingħajr restrizzjoni bir-rata applikata bis-saħħa tal-liġi ta' l-Istat jew Stati Membru/i debitur/i;

(ii) jadottaw, soġġetti għall-kondizzjonijiet u l-modi applikabbli fir-Repubblika tal-Moldova, id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jagħtu lill-ħaddiema li huma ċittadini ta' xi Stat Membru u mpjegati legalment fir-Repubblika tal-Moldova, trattament simili għal dak speċifikat fit-tieni indent tal-paragrafu (i).

Artikolu 25

Il-miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu ma jaffettwaw l-ebda dritt jew obbligu li joħorġu mill-ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Istati Membri fejn dawk il-ftehim jipprovdu għal trattament aktar favorevoli liċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova jew ta' l-Istati Membri.

Artikolu 26

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema sforzi konġunti jistgħu jsiru biex jikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali, wara li jikkunsidraw il-prinċipju u l-prattika ta' ri-ammissjoni.

Artikolu 27

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema titjib jista' jsir fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tan-nies tal-kummerċ b'konsistenza mar-rabtiet internazzjonali tal-Partijiet, inklużi dawk mniżżla fid-dokument tal-Konferenza tas-CSCE ta' Bonn.

Artikolu 28

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 23, 26 u 27.

KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW IT-TWAQQIF U L-OPERAZZJONI TAL-KUMPANNIJI

Artikolu 29

1. (a) Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu għat-twaqqif ta' kumpanniji tar-Repubblika tal-Moldova fit-territorji tagħhom trattament xejn inqas favorevoli minn dak mogħti lil kumpanniji ta' kull pajjiż terz, u dan skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.

(b) Mingħajr preġudizzju għar-riservazzjonijiet imniżżla fl-Anness IV, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu lis-sussidjarji tal-kumpanniji tal-Moldova stabbilita fit-territorji tagħhom trattament xejn inqas favorevoli minn dak mogħti lil kull kumpannija tal-Komunità, rigward l-operat tagħhom, u dan skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.

(ċ) Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jagħtu lil fergħat tal-kumpanniji tar-Repubblika tal-Moldova stabbilita fit-territorji tagħhom trattament xejn inqas favorevoli minn dak mogħti lil fergħat tal-kumpanniji ta' kull pajjiż terz, rigward l-operat tagħhom, u dan skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.

2. (a) Mingħajr preġudizzju għar-riservazzjonijiet imniżżla fl-Anness V, ir-Repubblika tal-Moldova għandha tagħti għat-twaqqif ta' kumpanniji tal-Komunità fit-territorju tagħha, trattament xejn inqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji tagħha jew lil kumpanniji ta' kull pajjiż terz skond liema hu l-aħjar, u dan skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.

(b) Ir-Repubblika tal-Moldova għandha tagħti lis-sussidjarji u l-fergħat tal-kumpanniji tal-Komunità stabbiliti fit-territorju tagħha, trattament xejn inqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji tagħha jew lill-fergħat rispettivi jew lil kumpanniji jew fergħat ta' kull pajjiż terz rispettivament, skond liema hu l-aħjar, rigward l-operat tagħhom, u dan skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma jistgħux jintużaw biex iduru mal-liġijiet u r-regolamenti ta' Parti applikabbli għall-aċċess għal setturi jew attivitajiet speċifiċi minn sussidjarji ta' kumpanniji tal-Parti l-oħra stabbiliti fit-territorju ta' din l-ewwel Parti.

It-trattament riferut fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jgawdu minnu kumpanniji stabbiliti fil-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova rispettivament fid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u l-kumpanniji stabbiliti wara din id-data meta jitwaqqfu.

Artikolu 30

1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 29 ma japplikawx għal trasport bl-ajru, trasport minn passaġġi ta' l-ilma u trasport marittimu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 101.

2. Iżda, rigward l-attivitajiet magħmula minn aġenziji tal-bastimenti għall-provvediment ta' servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali, inklużi attivitajiet intermodali li jinvolvu vjaġġ bil-baħar, kull Parti tippermetti lill-kumpanniji tal-Parti l-oħra l-preżenza kummerċjali tagħhom fit-territorju tagħha fil-forma ta' sussidjarji jew fergħat, skond il-kondizzjonijiet tat-twaqqif u l-operat xejn anqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji tagħha stess jew lis-sussidjarji jew il-fergħat ta' kumpanniji ta' kull pajjiż terz, skond liema huwa l-aħjar.

Dawn l-attivitajiet jinkludu, imma mhumiex limitati għal:

(a) promozzjoni u bejgħ ta' trasport marittimu u servizzi relatati b'kuntatt dirett mill-klijenti, mill-istima sal-fattura, kemm jekk dawn is-servizzi huma operati u offruti minn dak li qed jipprovdi s-servizz stess jew minn dawk li qed joffru s-servizz ma' liema bejjiegħ tas-servizz waqqaf arranġamenti stabbiliti ta' kummerċ;

(b) xiri u użu, min-naħa tagħhom jew f'isem il-klijenti tagħhom (u l-bejgħ lura lill-klijenti tagħhom) ta' kull servizz ta' trasport jew servizz relatat, inklużi servizzi ta' trasport ġewwieni b'kull mezz, partikolarment passaġġi ta' l-ilma, toroq jew linji ta' ferroviji, li hemm bżonn għall-provvista ta' servizz integrat;

(ċ) tħejjija ta' dokumentazzjoni rigward id-dokumenti tat-trasport, id-dokumenti doganali, jew dokumenti oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-oriġini u l-karattru ta' l-merkanzija trasportati;

(d) provvediment ta' informazzjoni kummerċjali b'kull mezz, inklużi sistemi komputerizzati ta' informazzjoni u skambju elettroniku ta' tagħrif magħruf (soġġetti għal kull restrizzjoni mhux diskriminatorja li tikkonċerna t-telekomunikazzjonijiet);

(e) twaqqif ta' kull arranġament kummerċjali, inklużi l-parteċipazzjoni fl-istokk tal-kumpannija u l-impjieg ta' mpjegati ngaġġati lokalment (jew, fil-każ ta' impjegati barranin, soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti għal dan il-Ftehim), ma' kull aġenzija tal-bastimenti stabbilita lokalment;

(f) aġir f'isem il-kumpanniji, jorganizzaw is-sejħa tal-vapur jew jieħdu ħsieb it-tagħbija meta hemm bżonn.

Artikolu 31

Għal finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) "kumpannija tal-Komunità" jew "kumpannija tal-Moldova" rispettivament għandha tfisser kumpannija stabbilita skond il-liġijiet ta' xi Stat Membru jew tar-Repubblika tal-Moldova rispettivament u għandha l-uffiċċju ta' reġistrazzjoni jew l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni ta' kummerċ fit-territorju tal-Komunità jew fir-Repubblika tal-Moldova rispettivament. Iżda, jekk il-kumpannija, stabbilita skond il-liġijiet ta' xi Stat Membru jew tar-Repubblika tal-Moldova rispettivament, għandha biss l-uffiċċju reġistrat fit-territorju tal-Komunità jew fir-Repubblika tal-Moldova rispettivament, il-kumpannija tkun ikkunsidrata kumpannija tal-Komunità jew tal-Moldova rispettivament jekk l-operat tagħha jkollu konnessjoni vera u kontinwa ma' l-ekonomija ta' wiehed mill-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Moldova rispettivament;

(b) "sussidjarja" ta' kumpannija tfisser kumpannija li hija effettivament ikkontrollata mill-ewwel kumpannija;

(ċ) "fergħa" ta' kumpannija tfisser post ta' kummerċ mingħajr personalità legali li għandu apparenza ta' permanenza, bħall-estensjoni ta' korp ewlieni, għandu t-tmexxija u huwa armat bil-materjal biex jinnegozja kummerċ ma' terzi partijiet biex dawn ta' l-aħħar, għalkemm jafu li jkun hemm jekk hemm bżonn konnessjoni legali mal-korp ewlieni, li l-uffiċċju ewlieni tiegħu jkun qiegħed barra, m'għandhomx għalfejn jittrattaw direttament ma' dan il-korp ewlieni imma jistgħu jinnegozjaw fil-post tal-kummerċ li jikkostitwixxi l-estensjoni;

(d) "twaqqif" tfisser id-dritt tal-Komunità jew tal-kumpanniji tal-Moldova kif riferut fil-punt (a) li jibdew attivitajiet ekonomiċi permezz tat-twaqqif ta' sussidjarji jew fergħat fir-Repubblika tal-Moldova jew fil-Komunità rispettivament;

(e) "operat" tfisser l-insegwiment ta' attivitajiet ekonomiċi;

(f) "attivitajiet ekonomiċi" tfisser attivitajiet ta' karattru industrijali, kummerċjali u professjonali.

Rigward it-trasport marittimu internazzjonali, inklużi operazzjonijiet intermodali li jinvolvu vjaġġi bil-baħar, ċittadini ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Moldova stabbiliti barra l-Komunità jew barra r-Repubblika tal-Moldova rispettivament, u kumpanniji tal-bastimenti stabbiliti barra l-Komunità jew barra r-Repubblika tal-Moldova u kkontrollata minn ċittadini ta' Stat Membru jew persuni ta' nazzjonalità tal-Moldova rispettivament ikunu wkoll dawk li jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu III, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f'dak l-Istat Membru jew fir-Repubblika tal-Moldova rispettivament skond il-liġijiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 32

1. Minkejja kull dispożizzjoni oħra tal-Ftehim, Parti ma tkunx projbita milli tieħu l-miżuri għal raġunijiet ta' prudenza, inkluża l-protezzjoni ta' l-investituri, id-depożituri, dawk li għandhom polza jew persuni li lejhom hemm obbligu ta' fiduċja minn wieħed li jipprovdi servizzi finanzjarji, jew biex tiżgura l-integrità u l-istabilità tas-sistema finanzjarja. Fejn dawn il-miżuri mhumiex skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, ma għandux jintużaw bħala mezz biex jevitaw l-obbligi ta' Parti skond il-Ftehim.

2. Xejn minn dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li Parti għandha tiżvela informazzjoni rigward l-affari u l-kontijiet ta' klijenti ndividwali jew xi informazzjoni kunfidenzali jew proprjetarja fil-pussess ta' l-entitajiet pubbliċi.

Artikolu 33

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandux jippreġudikaw l-applikazzjoni minn kull Parti ta' xi miżura li hemm bżonn biex tipprojbixxi t-tagħwwiġ mal-miżuri tiegħu li għandhom x'jaqsmu mad-dħul ta' xi pajjiż terz fis-suq tagħha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 34

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I, kumpannija tal-Komunità jew kumpannija tal-Moldova stabbilita fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova jew fil-Komunità rispettivament huma ntitolati li jimpjegaw, jew li jkunu mpjegaw minn waħda mis-sussidjarji jew fergħat tagħha, skond il-liġijiet fis-seħħ fil-pajjiż li qed jilqa' t-twaqqif, fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova jew il-Komunità rispettivament, impjegati li huma ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Moldova rispettivament, sakemm dawn l-impjegati huma mpjegati importanti kif definiti fil-paragrafu 2, u li huma esklussivament impjegati mill-kumpanniji, sussidjarji u fergħat. Ir-residenza u l-permessi tax-xogħol ta' dawn l-impjegati għandhom ikopru biss il-perjodu ta' dan l-impjieg.

2. Impjegati mportanti tal-kumpanniji hawn fuq imsemmija msejħa "organizzazzjonijiet" huma "impjegati trasferiti bejn il-kumpanniji" kif definiti f'(ċ) fil-kategoriji li ġejjin, sakemm l-organizzazzjoni hija persuna legali u li l-persuni konċernati kienu mpjegati minnha jew kienu soċi fiha (ħlief għal azzjonisti maġġuri), ta' l-anqas sa sena eżatt qabel dan il-moviment:

(a) persuni li jaħdmu f'pożizzjoni għolja f'organizzazzjoni li primarjament jidderieġu t-tmexxija ta' l-istabbiliment, li jirċievu superviżjoni u direzzjoni ġenerali prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew l-azzjonisti tad-ditta jew l-ekwivalenti tagħhom, inkluż:

- dawk li jidderieġu l-istabbiliment jew dipartiment jew subdiviżjoni ta' l-istabbiliment,

- dawk li jissorveljaw u jikkontrollaw ix-xogħol ta' mpjegati oħra superviżuri, professjonali jew maniġerjali,

- dawk li personalment ikollhom l-awtorità li jingaġġaw u jkeċċu jew jirrakkomandaw azzjonijiet ta' ingaġġ, tkeċċija jew azzjonijiet oħra dwar l-impjegati;

(b) persuni li jaħdmu f'organizzazzjoni li għandhom għerf mhux komuni li huwa essenzali għas-servizz, it-tagħmir ta' riċerka, il-modi ta' teknika u t-tmexxija ta' l-istabbiliment. L-istima ta' dan l-għerf tista' tirrifletti, barra l-għerf speċifiku għall-istabbiliment, livell għoli ta' kwalifika li jirriferi għal tip ta' xogħol jew kummerċ li għandu bżonn għerf tekniku speċifiku, inkluż sħubija fi professjoni akkreditata;

(ċ) "impjegat trasferit bejn il-kumpanniji" huwa definit bħala persuna naturali li taħdem f'organizzazzjoni fit-territorju ta' Parti, u tkun trasferita temporanjament fil-kuntest ta' tfittix ta' attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra; l-organizzazzjoni konċernata jrid ikollha l-post prinċipali ta' kummerċ tagħha fit-territorju ta' Parti u t-trasferiment ikun għal stabbiliment (fergħa, sussidjarja) ta' dik l-organizzazzjoni, effettivament issegwi attivitajiet ekonomiċi simili fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Artikolu 35

1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-aħjar tagħhom biex jevitaw xi miżuri jew azzjonijiet li jrendu l-kondizzjonijiet għat-twaqqif u l-operazzjoni tal-kumpanniji ta' xulxin aktar ristretti mis-sitwazzjoni li teżisti fil-ġurnata ta' qabel id-data tal-firma tal-Ftehim.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal dawk ta' l-Artikolu 43: is-sitwazzjonijiet koperti minn dan l-Artikolu 43 għandhom ikunu biss regolati mid-dispożizzjonijiet tiegħu bl-esklużjoni ta' kull wieħed ieħor.

3. Jaġixxu fl-ispirtu ta' sħubija u koperazzjoni u wara d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 50, il-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova jinforma l-Komunità bl-intenzjonijiet tiegħu li jissottometti liġijiet ġodda jew jadotta regolamenti ġodda li jistgħu jrendu t-twaqqif jew l-operazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova tas-sussidjarji jew il-fergħat tal-kumpanniji tal-Komunità aktar ristrettivi mis-sitwazzjoni li teżisti fil-ġurnata ta' qabel id-data tal-firma tal-Ftehim. Il-Komunità tista' titlob lir-Repubblika tal-Moldova li tikkomunika l-abbozz ta' din il-liġi jew regolamenti u li tidħol f'konsultazzjonijiet fuq dak l-abbozz.

4. Fejn liġijiet jew regolamenti ġodda ntrodotti fir-Repubblika tal-Moldova jirriżultaw li se jrendu l-kondizzjonijiet tat-twaqqif tal-kumpanniji tal-Komunità fit-territorju tagħha u għall-operazzjoni tas-sussidjarji u l-fergħat tal-kumpanniji tal-Komunità stabbiliti fir-Repubblika tal-Moldova aktar ristretti mis-sitwazzjoni li teżisti fil-ġurnata ta' qabel id-data tal-firma tal-Ftehim, dawn il-liġijiet jew regolamenti rispettivi ma għandux japplikaw matul it-tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' l-att relevanti għal dawk is-sussidjarji u l-fergħat diġa' stabbiliti fir-Repubblika tal-Moldova fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta' l-att relevanti.

KAPITOLU III

PROVVISTA TA' SERVIZZI BEJN IL-FRUNTIERA BEJN IL-KOMUNITÀ' U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

Artikolu 36

1. Il-Partijiet jintrabtu skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu li jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu progressivament il-provvista tas-servizzi bejn il-fruntiera mill-Komunità jew il-kumpanniji tal-Moldova li huma stabbiliti f'Parti barra dak tal-persuna għal min is-servizz huwa ntenzjonat, wara li jikkunsidraw l-iżvilupp tas-setturi tas-servizzi fil-Partijiet.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 37

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jiżviluppaw is-settur tas-servizzi orjentat lejn is-suq fir-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 38

1. Il-Partijiet jintrabtu li japplikaw effettivament il-prinċipju ta' dħul mingħajr restrizzjoni fis-suq u t-traffiku internazzjonali marittimu fuq bażi kummerċjali.

(a) Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar kodiċi ta' kondotta għal konferenzi fuq vapur, kif appikabbli għal Parti waħda jew oħra li qed Tikkuntratta fuq dan il-Ftehim. Linji mhux ta' konferenzi jkun jistgħu joperaw f'kompetizzjoni ma' konferenza sakemm jimxu fuq il-prinċipju ta' kompetizzjoni mparzjali fuq bażi kummerċjali.

(b) Il-Partijiet jikkonfermaw l-obbligu tagħhom lejn ambjent ta' kompetizzjoni sħiħa bħala karatteristika tal-kummerċ tat-tgħabija niexfa u likwida.

2. Biex japplikaw l-prinċipji tal-paragrafu 1, il-Partijiet:

(a) ma għandux japplikaw, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, xi dispożizzjonijiet ta' taqsim ta' tagħbija ta' ftehim bilaterali bejn kull Stat Membru tal-Komunità u dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika;

(b) ma għandux jintroduċu klawżoli ta' taqsim ta' tagħbija fil-ftehim bilaterali futuri ma' xi pajjiż terz, ħlief għal dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-kumpanniji tal-bastimenti minn Parti waħda jew oħra għall-Ftehim preżenti inkella ma kienx ikollhom opportunità effettiva biex jibqgħu jikkumerċjaw lejn u mil-pajjiż terz konċernat;

(ċ) għandhom jipprojbixxu l-arranġamenti għal taqsim ta' tagħbija fi ftehim bilaterali futuri li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tat-tagħbija niexfa u likwida;

(d) għandhom jneħħu, kif jidħol fis-seħħ il-Ftehim, il-miżuri unilaterali kollha, l-ostakoli amministrattivi, tekniċi u oħrajn li jista' jkollhom effetti restrittivi jew diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa tas-servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali.

Kull Parti għandha tagħti, inter alia, trattament xejn inqas favorevoli lil vapuri operati minn persuni ta' nazzjonalita' jew kumpanniji tal-Parti l-oħra, minn dak mogħti lill-vapuri tal-Parti tagħha stess rigward aċċess għall-portijiet miftuħa għal kummerċ internazzjonali, l-użu ta' infrastruttura u servizzi marittimi awżiljari tal-portijiet, kif ukoll rigward miżati u ħlasijiet, faċilitajiet doganali u assenjament ta' rmiġġ u faċilitajiet biex jgħabbu u jħottu.

3. Persuni ta' nazzjonalità u kumpanniji tal-Komunità li jipprovdu s-servizzi internazzjonali tat-trasport marittimu għandhom ikunu ħielsa li jipprovdu servizzi internazzjonali ġo baħar-xmara fil-passaġġi ta' l-ilma tal-ġewwieni tar-Repubblika tal-Moldova u viċe versa.

Artikolu 39

Bil-ħsieb li jiżguraw żvilupp ko-ordinat ta' trasport bejn il-Partijiet, adattat għall-bżonnijiet kummerċjali tagħhom, il-kondizzjonijiet ta' aċċess għas-suq ta' xulxin u l-provvediment tas-servizzi fit-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi tal-ilma u, jekk applikabbli, fit-trasport bl-ajru jistgħu jieħdu ħsiebhom b'arranġamenti speċifiċi fejn hemm bżonn negozjati bejn il-Partijiet kif definit fl-Artikolu 96 wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 40

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom ikunu applikati soġġetti għal limitazzjonijiet ġustifikati fuq bażi ta' politika pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika.

2. Ma għandux japplikaw għal attivitajiet li fit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet għandhom x'jaqsmu, anki xi drabi, ma' l-eserċizzju ta' awtorità uffiċċjali.

Artikolu 41

Għal fini ta' dan it-Titolu, xejn f'dan il-Ftehim ma jipprojbixxi lill-Partijiet milli japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom rigward dħul u qgħad, xogħol, kondizzjonijiet tax-xogħol u twaqqif ta' persuni naturali u provvista ta' servizzi, sakemm - jekk jagħmlu hekk - ma japplikawhomx b'manjiera li jħassru jew ifixklu l-benefiċċji li għandha tieħu kull Parti skond it-termini ta' dispożizzjoni speċifika tal-Ftehim. Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 40.

Artikolu 42

Kumpanniji li huma kkontrollati jew huma esklussivament ta' kumpanniji tal-Moldova u kumpanniji tal-Komunità flimkien għandhom ikunu wkoll benefiċċjari tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II, III u IV.

Artikolu 43

Trattament mogħti minn waħda mill-Partijiet lill-oħra hawn taħt, sa minn xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-obbligi relevanti tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), rigward setturi u miżuri koperti mill-GATS, ma jkunu fl-ebda każ iktar favorevoli minn dak mogħti lil dan l-ewwel Parti skond id-dispożizzjonijiet tal-GATS u dan rigward kull settur tas-servizz, subsettur jew moda ta' provvista.

Artikolu 44

Għall-finijiet tal-Kapitoli II, III u IV, l-ebda kont m'għandu jittieħed għal trattament mogħti mill-Komunità, l-Istati Membri tagħha jew ir-Repubblika tal-Moldova skond l-obbligi li daħlu għalihom fil-ftehim ta' integrazzjoni ekonomika skond il-prinċipji ta' l-Artikolu V tal-GATS.

Artikolu 45

1. It-trattament ta' l-iktar-nazzjon-favorit mogħti skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma għandux japplika għal vantaġġi ta' taxxa li l-Partijiet qed jipprovdu jew se jipprovdu fil-futur fuq bażi ta' ftehim bex jevitaw taxxa doppja, jew arranġamenti oħra ta' taxxa.

2. Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jinftiehem li qed jipprojbixxi l-adozzjoni jew l-infurzar mill-Partijiet ta' xi miżura mmirata biex tipprevjeni t-twarrib jew l-evażjoni tat-taxxa skond id-dispożizzjonijiet tat-taxxa tal-ftehim biex jevitaw taxxi doppji u arranġamenti oħra ta' taxxa, jew il-liġi fiskali domestika.

3. Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jinftiehem li qed jipprevjeni Stati Membri jew ir-Repubblika tal-Moldova milli jiddistingwu, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi fiskali tagħhom, bejn min iħallas it-taxxi li mhumiex f'sitwazzjonijiet identiċi, partikolarment rigward il-post tagħhom ta' residenza.

Artikolu 46

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34, l-ebda dispożizzjoni tal-Kapitoli II, III u IV minn dawn ma għandha tkun interpretata li tagħti d-dritt li:

- persuni ta' nazzjonalità tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Moldova rispettivament li jidħlu, jew joqgħodu fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova jew tal-Komunità rispettivament f'kull kapaċita' li tkun, u partikolarment bħala azzjonist jew soċju f'kumpannija jew manager jew impjegat tagħha jew wieħed li jipprovdu jew jirċievi servizzi,

- sussidjarji tal-Komunità jew fergħat tal-kumpanniji tal-Moldova li jimpjegaw jew impjegaw fit-territorju tal-Komunità persuni ta' nazzjonalità tar-Repubblika tal-Moldova,

- sussidjarji tal-Moldova jew fergħat tal-kumpanniji tal-Komunità li jimpjegaw jew impjegaw fit-territorju tal-Moldova persuni ta' nazzjonalità ta' l-Istati Membri,

- kumpanniji tal-Moldova jew sussidjarji tal-Komunità jew fergħat ta' kumpanniji tal-Moldova li jipprovdu persuni mil-Moldova biex jaġixxu għal u taħt il-kontroll ta' persuni oħra b'kuntratti temporanji ta' mpjieg,

- kumpanniji tal-Komunità jew sussidjarji tal-Moldova jew fergħat tal-kumpanniji li jipprovdu ħaddiema li huma persuni ta' nazzjonalità ta' l-Istati Membri b'kuntratti temporanji ta' mpjieg.

TITOLU V

PAGAMENTI KURRENTI U KAPITAL

Artikolu 47

1. Il-Partijiet jintrabtu li jawtorizzaw f'munita li tista tissarraf faċilment, kull pagament dwar il-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti bejn residenti tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Moldova konness mal-moviment ta' merkanzija, servizzi jew persuni skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2. Rigward transazzjonijiet fuq il-kont kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-moviment liberu tal-kapital relatat ma' l-investiment dirett magħmul f'kumpanniji ffurmati skond il-liġijiet tal-pajjiż fejn qed jinżammu u l-investiment magħmula skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu IV, u x-xoljiment jew irkuprar ta' dawn l-investiment u ta' kull qligħ li jaqilgħu minnhom, ikun żgurat.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 u għall-paragrafu 5, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-ebda restrizzjoni ġdida ta' skambju fuq il-moviment tal-kapital u pagamenti kurrenti konnessi magħhom bejn ir-residenti tal-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova ma tkun introdotta u l-arranġamenti eżistenti ma jsirux iktar ristretti.

4. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jiffaċilitaw il-moviment tal-forma tal-kapital barra dawk riferuti fil-Paragrafu 2 bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova, sabiex jippromwovu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

5. B'riferenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, sakemm tkun introdotta sistema kif tiġi konvertita kompletament il-munita tal-Moldova skond it-tifsira ta' l-Artikolu VIII ta' l-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), ir-Repubblika tal-Moldova tista' f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni tapplika restrizzjonijiet ta' kambju konnessi ma' li tagħti u tieħu kreditu finanzjarju għal żmien qasir jew medju sal-punt li dawn ir-restrizzjonijiet jiġu mposti mir-Repubblika tal-Moldova sabiex tagħti dawn il-krediti u jiġu permessi skond l-istatut tar-Repubblika tal-Moldova fl-IMF. Ir-Repubblika tal-Moldova għandha tapplika dawn ir-restrizzjonijiet f'manjiera mhux diskriminatorja. Ikunu applikati b'tali mod biex jikkawżaw l-inqas tfixkil possibbli ta' dan il-Ftehim. Ir-Repubblika tal-Moldova tinforma lill-Kunsill ta' Koperazzjoni minnufih bl-introduzzjoni ta' dawn il-miżuri u ta' xi tibdil fihom.

6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, fejn, f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, movimenti ta' kapital bejn il-Komunità u l-Moldova joħolqu, jew jheddu li joħolqu, diffikultajiet serji fl-operat tal-politika tar-rata tal-kambju jew politika monetarja fil-Komunità jew ir-Repubblika tal-Moldova, il-Komunità jew ir-Repubblika tal-Moldova, rispettivament, jistgħu jieħdu miżuri ta' sigurtà rigward il-movimenti ta' kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur jekk dawn il-miżuri jsiru strettament meħtieġa.

TITOLU VI

KOMPETIZZJONI, PROPRJETÀ NTELLETTWALI, INDUSTRIJALI JEW KUMMERĊJALI PROTEZZJONI U KOPERAZZJONI FIL-LIĠI

Artikolu 48

1. Il-Partijiet jaqblu li jaħdmu biex jirranġaw jew ineħħu bl-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom jew affarijiet oħra, restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni minn intrapriżi jew ikkawżati minn indħil ta' l-Istat peress li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ ta' bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova.

2. Biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

2.1. Il-Partijiet jiżguraw li għandhom u li jinfurzaw il-liġijiet li jindirizzaw ir-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni minn intrapriżi fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

2.2. Il-Partijiet ma jibqgħux jagħtu għajnuna ta' l-Istat li tiffavorixxi ċerti ntrapriżi jew il-produzzjoni ta' merkanzija barra minn prodotti primarji kif definiti mill-GATT, jew il-provvediment ta' servizzi, li jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni sakemm dawn jaffettwaw il-kummerċ ta' bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova.

2.3. Mat-talba ta' waħda mill-Partijiet, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-iskemi tagħha ta' għajnuna jew dwar każijiet individwali partikolari ta' għajnuna ta' l-Istat. L-ebda informazzjoni hemm bżonn tiġi provduta jekk inhi koperta mill-ħtiġijiet tal-liġi tal-Partijiet dwar sigrieti professjonali jew kummerċjali.

2.4. Fil-każ ta' monopolji ta' l-Istat ta' karattru kummerċjali, il-Partijiet jiddikjaraw li huma lesti, sa mir-raba' sena mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim tagħhom, li jiżguraw li m'hemmx diskriminazzjoni bejn il-persuni ta' nazzjonalità tal-Partijiet rigward il-kondizzjonijiet taħt liema nġiebu jew ġew promozzjonati l-merkanzija.

2.5. Fil-każ ta' mpriżi pubbliċi jew impriżi li lilhom l-Istati Membri jew ir-Repubblika tal-Moldova jagħtuhom drittijiet esklussivi, il-Partijiet jiddikjaraw li huma lesti, sa mir-raba' sena mid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, li la tinħoloq u lanqas tinżamm xi miżura li tfixkel il-kummerċ bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova sal-punt li jmur kontra l-interessi rispettivi tal-Partijiet. Din id-dispożizzjoni ma tfixkilx il-qadi, bil-liġi jew fatt, tax-xogħlijiet partikolari assenjati lil dawn l-impriżi.

2.6. Il-perjodu definit fil-paragrafi 2.4 u 2.5 jista' jkun estiż bil-qbil tal-Partijiet.

3. Konsultazzjonijiet jistgħu jsiru fil-Kumitat ta' Koperazzjoni fuq talba tal-Komunità jew tar-Repubblika tal-Moldova fuq ir-restrizzjonijiet jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni riferuti fil-paragrafi 1 u 2 u fuq l-infurzar tar-regoli tagħhom tal-kompetizzjoni, soġġetti għal-limitazzjonijiet imposti mil-liġijiet rigward żvelar ta' informazzjoni, kunfidenzalità jew sigriet kummerċjali. Il-konsultazzjonijiet jistgħu wkoll ikun fihom mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

4. Il-Partijiet bl-esperjenza fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom jagħtu kunsiderazzjoni sħiħa biex jipprovdu lill-Partijiet oħra, meta mitluba u bir-riżorsi disponibbli, assistenza teknika għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

5. Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq bl-ebda mod ma jaffettwaw id-drittijiet tal-Partijiet biex japplikaw miżuri sewwa, l-aktar dawk riferuti fl-Artikolu 18, sabiex jindirizzaw distorsjonijiet fil-kummerċ ta' merkanzija u servizzi.

Artikolu 49

1. Skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness III, ir-Repubblika tal-Moldova għandha tkompli ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà ntellettwali, industrijali u kummerċjali sabiex tipprovdi, għandhom l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għal livell ta' protezzjoni simili għal dak li jeżisti fil-Komunità, inklużi metodi effettivi biex jinfurzaw dawn id-drittijiet.

2. Għandhom l-aħħar tal-ħames sena minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim, ir-Repubblika tal-Moldova għandha taċċedi għall-konvenzjonijiet multilaterali dwar id-drittijiet tal-proprjetà ntellettwali, industrijali u kummerċjali riferuti fil-paragrafu 1 ta' l-Anness III li għalih l-Istati Membri tal-Komunità huma partijiet jew huma de facto applikati mill-Istati Membri skond id- dispożizzjonijiet relevanti li jinsabu f'dawn il-konvenzjonijiet.

Artikolu 50

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li kondizzjoni mportanti biex jissaħħu l-konnessjonijiet ekonomiċi bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Komunità hija li jqarrbu l-liġijiet eżistenti u futuri tar-Repubblika tal-Moldova ma' dawk tal-Komunità. Ir-Repubblika tal-Moldova għandha tfittex li tiżgura li l-liġijiet tagħha gradwalment isiru kompatibbli ma' dawk tal-Komunità.

2. It-tqarrib tal-liġijiet għandu jiġi estiż partikolarment f'dawn l-oqsma li ġejjin: liġi doganali, liġi tal-kumpannija, liġi tal-banek, kontijiet u taxxi tal-kumpannija, proprjetà ntellettwali, protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, servizzi finanzjarji, regoli fuq il-kompetizzjoni, qbid pubbliku, protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, animali u pjanti, l-ambjent, protezzjoni tal-konsumatur, taxxi ndiretti, regoli u livelli tekniċi, liġijiet u regolament nukleari, trasport.

3. Il-Komunità għandha tipprovdi lir-Repubblika tal-Moldova b'assistenza teknika kif hemm bżonn għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, li jistgħu jinkludu, inter alia:

- l-iskambju ta' esperti,

- il-provvediment ta' informazzjoni bikrija speċjalment dwar il-liġijiet rilevanti,

- organizzazzjoni ta' seminarji,

- attivitajiet ta' taħriġ,

- għajnuna għat-traduzzjoni tal-liġijiet tal-Komunità fis-setturi rilevanti.

TITOLU VII

KOPERAZZJONI EKONOMIKA

Artikolu 51

1. Il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova għandhom jistabbilixxu koperazzjoni ekonomika mmirata biex tikkontribwixxi għall-proċess ta' riforma u titjib ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli tar-Repubblika tal-Moldova. Din il-koperazzjoni għandha ssaħħaħ il-konnessjonijiet ekonomiċi eżistenti, għall-benefiċċju taż-żewġ partijiet.

2. Politika u miżuri oħra għandhom ikunu disinjati biex iġibu riformi ekonomiċi u soċjali u ristruttura tas-sistema ekonomika fir-Repubblika tal-Moldova u jitmexxew bil-ħtiġijiet ta' sostenju u żvilupp soċjali armonizzat; huma wkoll jinkorporaw fis-sħiħ konsiderazzjonijiet ambjentali.

3. Għal dan il-għan il-koperazzjoni tikkonċentra fuq il-koperazzjoni industrijali, promozzjoni u protezzjoni ta' investiment, qbid pubbliku, stima ta' livelli u konformità, minjieri u materja prima, xjenza u teknoloġija, edukazzjoni u taħriġ, settur ta' l-agrikoltura u agro-industrijali, enerġija, ambjent, trasport, telekomunikazzjonijiet, servizzi finanzjari, money laundering, politika monetarja, żvilupp reġjonali, koperazzjoni soċjali, turiżmu, intrapriżi żgħar u medji, informazzjoni u komunikazzjoni, protezzjoni tal-konsumatur, dwana, koperazzjoni fuq statistiċi, ekonomija u drogi.

4. Attenzjoni speċjali għandha tmur għal miżuri li kapaċi jkabbru l-koperazzjoni bejn l-Istati Indipendenti bil-ħsieb li jistimulaw l-iżvilupp armonizzat tar-reġjun.

5. Fejn ikun il-każ, koperazzjoni ekonomika u forom oħra ta' koperazzjoni provduti f'dan il-Ftehim jistgħu jkunu appoġġati b'assistenza teknika mill-Komunità, waqt li jikkunsidraw ir-regolament tal-Kunsill relevanti tal-Komunità applikabbli għall-assistenza teknika fl-Istati Indipendenti, il-prijoritajiet li qablu fuqhom fil-programm indikattiv relatat ma' l-assistenza teknika tal-Komunità lir-Repubblika tal-Moldova u proċeduri stabbiliti ta' ko-ordinazzjoni u ta' implimentazzjoni tagħha.

6. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-iżvilupp ta' koperazzjoni fl-oqsma riferuti fil-paragrafu 3.

Artikolu 52

Koperazzjoni industrijali

1. Il-koperazzjoni għandha timmira biex tippromwovi partikolarment dan li ġej:

- l-iżvilupp ta' konnessjonijiet kummerċjali bejn l-operaturi ekonomiċi taż-żewġ naħat, e.ż. bil-ħsieb li jittrasferixxu teknoloġiji u għerf,

- is-sehem tal-Komunità fl-isforzi tar-Repubblika tal-Moldova biex tirristruttura u ttejjeb teknikament l-industrija tagħha,

- it-titjib fit-tmexxija,

- l-iżvilupp ta' regoli u prattiċi kummerċjali xierqa, inkluż promozzjoni tal-prodott,

- ħarsien ta' l-ambjent,

- adattament ta' l-istruttura tal-produzzjoni industrijali għall-livelli ta' suq ekonomiku avvanzat,

- il-konverżjoni ta' kumplessi militari-industrijali.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandux jaffettwaw l-infurzar tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Komunità applikabbli għall-impriżi.

Artikolu 53

Promozzjoni u protezzjoni ta' investiment

1. Bis-setgħat u l-kompetenzi tal-Komunità u l-Istati Membri f'moħħhom, il-koperazzjoni għandha timmira biex tistabbilixxi klima favorevoli għall-investiment, kemm domestiku u barrani, speċjalment b'kondizzjonijiet aħjar għall-protezzjoni ta' investiment, it-transferiment ta' kapital u l-iskambju ta' informazzjoni dwar opportunitajiet ta' investiment.

2. L-għanijiet partikolari tal-koperazzjoni għandhom ikunu:

- il-konklużjoni, meta jkun f'waqtu, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Moldova, tal-ftehim dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-investiment,

- il-konklużjoni, meta jkun f'waqtu, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Moldova, tal-ftehim biex jevitaw taxxa doppja,

- il-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli biex jiġbdu investiment barrani fl-ekonomija tal-Moldova,

- biex jitwaqqfu liġijiet u kondizzjonijiet kummerċjali li huma stabbli u adegwati, u li jsir skambju ta' informazzjoni dwar liġijiet, regolamenti u prattiċi amministrattivi fil-qasam ta' l-investiment,

- li jsir skambju ta' informazzjoni dwar opportunitajiet ta' investiment fil-forma ta', inter alia, fieri ta' kummerċ, esibizzjonijiet, ġimgħat ta' kummerċ u ġrajjiet oħra.

Artikolu 54

Akkwist pubbliku

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jiżviluppaw kondizzjonijiet għall-għoti miftuħ u kompettitiv ta' kuntratti għal merkanzija u servizzi partikolarment bit-tfigħ ta' l-offerti.

Artikolu 55

Koperazzjoni fil-qasam ta' livelli u stima ta' konformità

1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tippromwovi allinjament ma' kriterji, prinċipji u struzzjonijiet maqbula internazzjonalment segwiti fil-qasam ta' livelli u stima ta' konformità. L-azzjonijiet mitluba jiffaċilitaw il-progress favur rikonoxximent lejn xulxin fil-qasam ta' l-istima ta' konformità, kif ukoll it-titjib fil-kwalità tal-prodott tal-Moldova.

2. Għal dan il-għan huma għandhom jfittxu:

- li jippromwovu koperazzjoni xierqa ma' l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet speċjalizzati f'dawn l-oqsma,

- li jippromwovu l-użu ta' regolamenti tekniċi tal-Komunità u l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-livelli u l-istimi ta' konformità Ewropej,

- li jippermettu li jaqsmu l-esperjenza u l-informazzjoni teknika fil-qasam tat-tmexxija ta' kwalità.

Artikolu 56

Xogħol fil-minjieri u materji primi

1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw għal żieda fl-investiment u l-kummerċ fix-xogħol fil-minjieri u l-materji primi.

2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

- l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-iżvilupp fis-setturi ta' xogħol fil-minjieri u metalli li mhux tal-ħadid,

- it-twaqqif ta' qafas ta' liġijiet ta' koperazzjoni,

- affarijiet ta' kummerċ,

- l-iżvilupp ta' miżuri tal-liġi u miżuri oħra fil-qasam tal-ħarsien ta' l-ambjent,

- taħriġ,

- sigurtà fl-industrija tax-xogħol fil-minjieri.

Artikolu 57

Koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

1. Il-Partijiet għandhom jippromwovu koperazzjoni fl-iżvilupp tar-riċerka u teknoloġija xjentifika ċivili (RTD) fuq bażi ta' benefiċċju għal xulxin u, wara li jikkunsidraw ir-riżorsi disponibbli, aċċess xieraq għal programmi rispettivi tagħhom u soġġetti għall-livelli meħtieġa ta' protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà ntellettwali, industrijali u kummerċjali (IPR).

2. Il-koperazzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija tkopri:

- l-iskambju ta' informazzjoni xjentifika u teknika,

- attivitajiet konġunti ta' RTD,

- attivitajiet ta' taħriġ u programmi ta' mobilità għal xjenzati, riċerkaturi u tekniċi mpjegati fl-RTD fiż-żewġ naħat.

Fejn din il-koperazzjoni tieħu l-forma ta' attivitajiet li jinvolvu edukazzjoni u/jew taħriġ, issir skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 58.

Il-Partijiet, fuq il-bażi ta' qbil ta' bejniethom, jidħlu f'forom oħra ta' koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija.

Meta jkunu qed jitwettqu dawn l-attivitajiet ta' koperazzjoni, attenzjoni speċjali għandha tingħata biex jerġgħu jiġu mpjegati xjenzati, inġiniera, riċerkaturi u tekniċi li huma jew kienu ngaġġati fir-riċerka jew/u l-produzzjoni ta' armi ta' qerda tal-massa.

3. Il-koperazzjoni koperta minn dan l-Artikolu tkun implimentata skond l-arranġamenti speċifiċi li għandhom ikunu negozjati u konklużi skond il-proċeduri adottati minn kull Parti, u li jniżżlu, inter alia, id-dispożizzjonijiet xierqa tal-IPR.

Artikolu 58

Edukazzjoni u taħriġ

1. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jgħollu l-livell ta' edukazzjoni ġenerali u kwalifiki professjonali fir-Repubblika tal-Moldova, kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll privati.

2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

- jaġġornaw l-edukazzjoni għolja u s-sistemi ta' taħriġ fir-Repubblika tal-Moldova inklużi s-sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' stabbilimenti ta' edukazzjoni għolja u diplomi ta' edukazzjoni għolja,

- it-taħriġ ta' eżekuttivi fis-setturi pubbliċi u privati u mpjegati taċ-ċivil f'oqsma ta' prijorità li għad iridu jiġu stabbiliti,

- koperazzjoni bejn stabbilimenti ta' edukazzjoni u bejn stabbilimenti ta' l-edukazzjoni u ditti,

- mobilità għal għalliema, gradwati, amministraturi, xjenzati u riċerkaturi żgħar, u żagħżagħ,

- jippromwovu tagħlim fil-qasam ta' l-istudji Ewropej fl-istituzzjonijiet xierqa,

- jgħallmu l-lingwi tal-Komunità,

- taħriġ post-gradwat ta' interpreti ta' konferenzi,

- taħriġ ta' ġurnalisti,

- taħriġ ta' dawn li jħarrġu.

3. Is-sehem possibbli ta' Parti waħda fil-programmi rispettivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Parti l-oħra tista' tkun ikkunsidrata skond il-proċeduri rispettivi tagħhom u, fejn ikun il-każ, parametri istituzzjonali u pjani ta' koperazzjoni imbagħad ikunu stabbiliti li jibnu fuq is-sehem tar-Repubblika tal-Moldova fil-programm Tempus tal-Komunità.

Artikolu 59

Agrikoltura u s-settur ta' l-agro-industrija

L-għan ta' koperazzjoni f'dan il-qasam tkun għal riforma agrarja; l-immodernizzar, privatizzazzjoni u ristruttura ta' l-agrikoltura, l-agro-industrija u setturi ta' servizzi fir-Repubblika tal-Moldova; u l-iżvilupp tas-swieq domestiċi u barranin għall-prodotti tal-Moldova, b'kondizzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien ta' l-ambjent, u jikkunsidraw il-bżonn li jtejbu s-sigurtà tal-provvista ta' l-ikel. Il-Partijiet għandhom jimmiraw ukoll għat-tqabbil gradwali tal-livelli tal-Moldova mar-regolamenti tekniċi tal-Komunità fejn jidħlu l-prodotti industrijali u ta' prodotti agrikoli tal-ikel inklużi livelli sanitari u fitosanitarji.

Artikolu 60

Enerġija

1. Il-koperazzjoni għandhom ssir skond il-prinċipji tas-suq ekonomiku u l-Ftehim ta' l-Enerġija Ewropea, kontra l-isfond ta' ntegrazzjoni progressiva fis-swieq ta' l-enerġija fl-Ewropa.

2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi barra oħrajn l-oqsma li ġejjin:

- l-impatt fuq l-ambjent tal-provvista u l-konsum tal-produzzjoni ta' l-enerġija, sabiex tipprevjeni jew timminimizza l-ħsara ambjentali li tirriżulta minn dawn l-attivitajiet,

- titjib fil-kwalità u s-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija, inkluża d-diversifikazzjoni ta' dawk li qed jagħmlu l-provvista, f'manjiera ekonomika u favur l-ambjent,

- formulazzjoni tal-politika ta' l-enerġija,

- titjib fit-tmexxija u r-regolament tas-settur ta' l-enerġija skond is-suq ekonomiku,

- l-introduzzjoni tal-medda ta' kondizzjonijiet istituzzjonali, legali, fiskali jew kondizzjonijiet oħra meħtieġa biex jinkoraġġixxu aktar kummerċ u investiment ta' enerġija,

- promozzjoni biex jiffrankaw enerġija u biex l-enerġija tkun effettiva,

- modernizzar, żvilupp u diversifikazzjoni ta' l-infrastruttura ta' l-enerġija,

- titjib fit-teknoloġija fil-provvista ta' l-enerġija u fl-aħħar użu fil-medda tat-tipi ta' enerġija,

- tmexxija u taħriġ tekniku fis-settur ta' l-enerġija.

Artikolu 61

Ambjent

1. Filwaqt li jżommu f'moħħhom il-Ftehim Ewropew ta' l-Enerġija u d-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Lucerne 1993, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom dwar l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

2. Il-koperazzjoni għandha timmira biex tiġġieled kontra d-deterjorazzjoni ta' l-ambjent u partikolarment:

- tħaris effettiv tal-livelli ta' tniġġiż u stima ta' l-ambjent; sistemi ta' informazzjoni fuq l-istat ta' l-ambjent,

- jiġġieldu kontra tniġġiż ta' l-arja u tal-baħar kemm lokali, reġjonali u bejn il-fruntieri,

- ristorazzjoni ekoloġika,

- produzzjoni sostenibbli, effiċjenti u effettiva fl-ambjent u l-użu ta' l-enerġija,

- sigurtà ta' pjanti industrijali,

- klassifikazzjoni u kontroll bla periklu ta' kimiċi,

- kwalità ta' l-ilma,

- tnaqqis fl-iskart, riċiklaġġ u rimi bla periklu, implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Basle,

- l-impatt ambjentali ta' l-agrikoltura, ħsara fil-ħamrija u tniġġiż minn kimiċi,

- il-protezzjoni ta' foresti,

- il-konservazzjoni ta' biodiversità, setturi protetti, u użu sostenibbli u tmexxija ta' riżorsi bioloġiċi,

- ippjanar ta' l-użu ta' l-art, inklużi ppjanar ta' kostruzzjoni u urbana,

- użu ta' strumenti ekonomiċi u fiskali,

- tibdil fil-klima globali,

- edukazzjoni ambjentali u għarfien,

- implementazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Espoo dwar l-impatt ambjentali ta' stima f'kuntest ta' bejn il-fruntieri.

3. Il-koperazzjoni għandhom ssir partikolarment fi:

- ippjanar ta' kontroll ta' diżastri u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza,

- skambju ta' informazzjoni u esperti, inklużi informazzjoni u esperti li jaħdmu fuq it-trasferiment ta' teknoloġiji nodfa u l-użu mingħajr periklu u favur l-ambjent ta' bioteknoloġiji,

- attivitajiet ta' riċerka magħmula flimkien,

- titjib fil-liġijiet lejn il-livelli tal-Komunità,

- koperazzjoni fuq livell reġjonali, inkluża l-koperazzjoni fil-parametri ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew, u fil-livell internazzjonali,

- żvilupp ta' strateġiji, partikolarment rigward punti globali u klimatiċi u wkoll bil-ħsieb li jintlaħaq żvilupp sostenibbli,

- studji fuq l-impatt ambjentali.

Artikolu 62

Trasport

1. Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport.

2. Din il-koperazzjoni, inter alia, għandha timmira għal ristruttura u mmodernizzar tas-sistemi u n-networks tat-trasport fir-Repubblika tal-Moldova u jiżviluppaw u jiżguraw, fejn hemm bżonn, il-kompatibilità tas-sistemi tat-trasport fil-kuntest li tintlaħaq sistema ta' trasport aktar globali.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi, inter alia:

- l-immodernizzar tat-tmexxija u l-operazzjoni tat-trasport tat-toroq, tal-linji tal-ferrovija, tal-portijiet u ta' l-ajruporti,

- l-immodernizzar u l-iżviluppp tal-linji tal-ferroviji, tal-passaġġi ta' l-ilma, toroq, portijiet, ajruport u nfrastruttura ta' navigazzjoni bl-ajru inklużi l-immodernizzar ta' rotot ewlenin ta' interess komuni u l-konnessjonijiet bejn l-Ewropa għal mezzi ta' hawn fuq,

- promozzjoni u żvilupp ta' trasport multi-modali,

- il-promozzjoni ta' programmi ta' riċerka u żvilupp magħmula flimkien,

- tħejjija għall-qafas tal-liġijiet u istituzzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika inkluż il-privatizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

Artikolu 63

Servizzi postali u telekomunikazzjonijiet

Fis-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom il-Partijiet għandhom jkabbru u jsaħħu l-koperazzjoni f'dawn l-oqsma li ġejjin:

- it-twaqqif ta' politiki u struzzjonijiet għall-iżvilupp tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali,

- żvilupp tal-prinċipji ta' politika tat-tariffi u promozzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u servizzi postali,

- jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' proġetti għat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali u jiġbdu investiment,

- isaħħu l-effiċjenza u l-kwalità tal-provvista tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali, fost oħrajn bil-liberalizzazzjoni ta' attivitajiet ta' sub-setturi,

- applikazzjoni avvanzata tat-telekomunikazzjonijiet, l-aktar fil-qasam tat-trasferiment ta' fondi elettroniċi,

- tmexxija tan-networks tat-telekomunikazzjonijiet u 'ottimizzazzjoni' tagħhom,

- bażi adegwata ta' regolamenti għall-provvediment tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali u għall-użu ta' spektrum ta' frekwenzi tar-radju,

- taħriġ fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali għall-operat fil-kondizzjonijiet tas-suq.

Artikolu 64

Is-servizzi finanzjari

Il-koperazzjoni partikolarment għandha timmira biex tiffaċilita l-involviment tar-Repubblika tal-Moldova f'sistemi aċċettati universalment ta' ftehim bejn xulxin. L-assistenza teknika għandha tiffoka fuq:

- l-iżvilupp tas-servizzi bankarji u finanzjarji, l-iżvilupp ta' suq komuni ta' riżorsi ta' kreditu, l-involviment tar-Repubblika tal-Moldova f'sistemi aċċettati universalment fuq ftehim bejn xulxin,

- l-iżvilupp ta' sistemi fiskali, ta' istituzzjonijiet fiskali fir-Repubblika tal-Moldova u ta' l-iskambju ta' esperjenza u taħriġ ta' impjegati fuq affarijiet fiskali,

- l-iżvilupp tas-servizzi ta' assigurazzjoni, li kieku inter alia joħolqu qafas favorevoli għall-parteċipazzjoni tal-kumpanniji tal-Komunità fit-twaqqif ta' joint venture fis-settur ta' l-assigurazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova, kif ukoll l-iżvilupp ta' assigurazzjoni fuq kreditu ta' esportazzjonijiet.

Din il-koperazzjoni partikolarment għandha tikkontribwixxi biex tgħin l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Istati Membri fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

Artikolu 65

Politika monetarja

Fuq talba ta' l-awtoritajiet tal-Moldova, il-Komunità għandha tipprovdi assistenza teknika ddisinjata biex tappoġġa l-isforzi tar-Repubblika tal-Moldova lejn tisħiħ tas-sistemi monetarja tagħha stess, u eventwalment tikseb il-konvertibilità tal-munita tagħha u l-aġġustament gradwali tal-politika tagħha lejn dawk tas-Sistema Monetarja Ewropea. Dan jinkludi l-iskambju informali ta' opinjonijiet fejn jidħlu l-prinċipji u l-funzjoni tas-Sistema Monetarja Ewropea.

Artikolu 66

Money laundering

1. Il-Partijiet jaqblu fuq il-ħtieġa li jsiru sforzi u jikkoperaw sabiex jipprevjenu l-użu tas-sistemi finanzjari tagħhom għal money laundering li ġejjin minn attivitajiet kriminali in ġenerali u offiżi ta' droga partikolarment.

2. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam tinkludi assistenza amministrattiva u teknika bil-għan li jitwaqqfu livelli tajbin kontra l-money laundering daqs dawk adottati mill-Komunità u l-forum internazzjonali f'dan il-qasam, inkluża t-Task Force ta' l-Azzjoni Finanzjarja (FATF).

Artikolu 67

Żvilupp reġjonali

1. Il-Partijiet għandhom jsaħħu l-koperazzjoni fuq l-iżvilupp reġjonali u l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art.

2. Għal dan il-għan, huma għandhom jinkoraġixxu l-iskambju ta' informazzjoni minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar politika reġjonali u ppjanar ta' l-użu ta' l-art u dwar metodi ta' formulazzjoni ta' politiki reġjonali b'enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta' oqsma żvantaġġati.

Għandhom jinkoraġġixxu wkoll kuntatti diretti bejn ir-reġjuni rispettivi u l-organizzazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ippjanar ta' żvilupp reġjonali bil-għan, inter alia, li jaqsmu metodi u modi ta' kif ikomplu l-iżvilupp reġjonali.

Artikolu 68

Koperazzjoni soċjali

1. Rigward is-saħħa u s-sigurtà, il-partijiet għandhom jiżviluppaw koperazzjoni bejniethom bil-għan li jtejbu l-livell ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi l-aktar:

- edukazzjoni u taħriġ fuq punti ta' saħħa u sigurtà b'attenzjoni speċifika għas-setturi ta' attività b'riskju għoli,

- żvilupp u promozzjoni ta' miżuri preventivi biex jikkombattu mard relatat max-xogħol u uġiegħ ieħor relatat max-xogħol,

- prevenzjoni ta' nċidenti kbar ta' periklu u t-tmexxija ta' kimiċi tossiċi,

- riċerka biex jiżviluppaw il-bażi ta' tagħrif fejn jidħlu l-ambjent tax-xogħol u s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

2. Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impjieg, il-koperazzjoni għandha tinkludi assistenza teknika l-aktar fi:

- ottimizzazzjoni tas-suq tax-xogħol,

- modernizzar ta' kif isibu mpjieg u servizzi ta' konsultazzjoni,

- pjanar u tmexxija tal-programmi ta' ristruttura,

- inkoraġġiment ta' l-iżvilupp ta' mpjieg lokali,

- skambju ta' informazzjoni fuq il-programmi ta' mpjieg flessibbli, inklużi dawk li jistimulaw impjieg għal rashom u jippromwovu intraprendituri.

3. Il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni speċjali fl-isfera ta' protezzjoni soċjali li, inter alia, għandha tinkludi koperazzjoni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' riformi ta' protezzjoni soċjali fir-Repubblika tal-Moldova.

Dawn ir-riformi għandhom jimmiraw biex jiżviluppaw fir-Repubblika tal-Moldova metodi ta' protezzjoni tas-swieq ekonomiċi u jħaddnu d-direzzjonijiet kollha ta' protezzjoni soċjali.

Artikolu 69

Turiżmu

Il-Partijiet għandhom jkabbru u jiżviluppaw il-koperazzjoni ta' bejniethom, li tinkludi:

- jiffaċilitaw il-kummerċ turistiku,

- koperazzjoni bejn il-korpi uffiċjali tat-turiżmu,

- ikabbru l-mixi ta' l-informazzjoni,

- jagħmlu trasferiment ta' l-għerf,

- jistudjaw l-opportunitajiet għal operazzjonijiet konġunti,

- taħriġ għal żvilupp fit-turiżmu.

Artikolu 70

Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiżviluppaw u jsaħħu l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-koperazzjoni bejn il-SMEs fil-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova.

2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi assistenza teknika, partikolarment fl-oqsma li ġejjin:

- l-iżvilupp ta' sett ta' liġijiet għall-SMEs,

- l-iżvilupp ta' nfrastruttura tajba (aġenzija biex tappoġġa l-SMEs, il-komunikazzjonijiet, l-assistenza f'forma ta' fond għall-SMEs),

- l-iżvilupp ta' park teknoloġiku.

Artikolu 71

Informazzjoni u komunikazzjoni

Il-Partijiet għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' metodi moderni ta' kontroll ta' informazzjoni inkluża l-media, u jistimulaw l-iskambju effettiv ta' informazzjoni bejniethom. Prijorità għandha tingħata lil dawk il-programmi mmirati biex jipprovdu lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni bażika dwar il-Komunità, u r-Repubblika tal-Moldova inkluż, fejn possibbli, aċċess għal xulxin għall-bażijiet ta' fatti magħrufa b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-proprjetà ntellettwali.

Artikolu 72

Protezzjoni tal-konsumatur

Il-Partijiet jidħlu f'koperazzjoni viċina mmirata biex tintlaħaq il-kompatibilità bejn is-sistemi tagħhom ta' protezzjoni tal-konsumatur. Din il-koperazzjoni tista' tinkludi skambju ta' informazzjoni dwar xogħol fil-liġijiet jew riformi istituzzjonali, it-twaqqif ta' sistemi permanenti ta' informazzjoni lejn xulxin dwar prodotti perikolużi, it-titjib ta' l-informazzjoni provduta lill-konsumaturi speċjalment fuq prezzijiet, karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi offruti, l-iżvilupp ta' skambji bejn ir-rappreżentanti ta' l-interessi tal-konsumatur, iżidu l-kompatibilità tal-politika ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi ta' taħriġ.

Artikolu 73

Dwana

1. L-għan tal-koperazzjoni għandu jkun biex jiggarantixxi konformità mad-dispożizzjonijiet skedati għall-adozzjoni dwar kummerċ u kummerċ imparzjali u li jinkiseb it-tqarrib tas-sistema doganali tar-Repubblika tal-Moldova ma' dik tal-Komunità.

2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi partikolarment dan li ġej:

- l-iskambju ta' informazzjoni,

- it-titjib fil-metodi tax-xogħol,

- l-implimentazzjoni tan-Nomenklatura Konġunta u d-dokument amministrattiv waħdieni,

- l-interkonnessjoni bejn is-sistemi ta' transitu tal-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova,

- is-simplifikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet u l-formalitajiet rigward il-ġarr ta' l-merkanzija,

- l-appoġġ fl-introduzzjoni ta' sistemi ta' informazzjoni moderni doganali,

- l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi ta' taħriġ.

3. Mingħajr preġudizzju għal aktar koperazzjoni maħsuba f'dan il-Ftehim, u partikolarment l-Artikolu 76, l-assistenza lejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'affarijiet doganali tal-Partijiet issir skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll mehmuż ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 74

Koperazzjoni fuq statistiċi

Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha jkollha bħala mira l-iżvilupp ta' sistemi effiċjenti ta' statistiċi biex jipprovdu statistiċi ta' min joqgħod fuqhom meħtieġa biex jappoġġaw u jaraw il-proċess ta' riforma ekonomika u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' ntrapriżi privati fir-Repubblika tal-Moldova.

Il-Partijiet, partikolarment, għandhom jikkoperaw fl-oqsma li ġejjin:

- adattament tas-sistema ta' l-istatistiċi tal-Moldova għal metodi, livelli u klassifikazzjoni internazzjonali,

- skambju ta' informazzjoni ta' statistiċi,

- provvediment ta' statistiċi ta' informazzjoni makro- u mikroekonomika meħtieġa biex jimplimentaw u jmexxu riformi ekonomiċi.

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għal dan il-għan billi tagħti assistenza teknika lir-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 75

Ekonomiji

Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw il-proċess ta' riforma ekonomika u l-ko-ordinazzjoni tal-politika ekonomika billi jikkoperaw biex itejbu l-fehma tal-bażi ta' l-ekonomiji rispettivi tagħhom u d-disinn u l-implimentazzjoni tal-politika ekonomika fis-swieq ekonomiċi. Għal dan il-għan il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni dwar l-għemil u l-prospetti makroekonomiċi.

Il-Komunità għandha tipprovdi assistenza teknika sabiex:

- tassisti r-Repubblika tal-Moldova fil-proċess tar-riforma ekonomika billi tipprovdi assistenza esperta ta' konsulenza u ta' teknika,

- tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-ekonomisti biex iħaffu t-trasferiment ta' għerf biex iħejju l-politiki ekonomiċi, u jipprovdu għal tixrid usa ta' riċerka rilevanti għall-politika.

Artikolu 76

Drogi

Skond il-parametri tas-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex ikabbru l-effett u l-effiċjenza tal-politika u l-miżuri għal kontra l-produzzjoni illeċita, il-provvediment u t-traffiku ta' drogi narkotiċi u sostanzi psikotropiċi, inkluża l-prevenzjoni ta' diverżjoni ta' kimiċi prekursuri, kif ukoll biex jippromwovu l-prevenzjoni u t-tnaqqis fid-domanda għad-drogi. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tkun ibbażata fuq il-konsultazzjoni ta' xulxin u l-ko-ordinazzjoni viċina bejn il-Partijiet fuq l-għanijiet u l-miżuri ta' oqsma varji relatati mad-droga.

TITOLU VIII

KOPERAZZONI KULTURALI

Artikolu 77

Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu, jikkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-koperazzjoni kulturali. Fejn ikun il-każ, il-programmi ta' koperazzjoni kulturali tal-Komunità jew dawk ta' wieħed jew aktar Stati Membri jistgħu jkunu s-suġġett tal-koperazzjoni u aktar attivitajiet ta' interess bejn xulxin jistgħu jkunu żviluppati.

TITOLU IX

KOPERAZZJONI FINANZJARJA

Artikolu 78

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim u skond l-Artikoli 79, 80 u 81 ir-Repubblika tal-Moldova għandha tibbenefika minn assistenza finanzjarja temporanja mill-Komunità bħala assistenza teknika fil-forma ta' għotjiet biex titħaffef it-trasformazzjoni ekonomika tar-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 79

Din l-assistenza finanzjarja għandha tkun koperta skond il-qafas ta' TACIS maħsub fir-regolament relevanti tal-Kunsill tal-Komunità.

Artikolu 80

L-għanijiet u s-setturi ta' l-assistenza finanzjarja tal-Komunità jkunu mniżżla fil-programm indikattiv li jirrifletti prioritajiet stabbiliti li għandhom ikunu miftehma miż-żewġ Partijiet wara li jikkunsidraw il-ħtiġijiet, il-kapaċitajiet li jassorbu s-setturi u l-progress fir-riforma tar-Repubblika tal-Moldova. Il-Partijiet għandhom jinformaw il-Kunsill ta' Koperazzjoni fuq dan.

Artikolu 81

Sabiex jippermettu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi disponibbli, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet tal-Komunità għall-assistenza teknika jsiru b'ko-ordinazzjoni viċina ma' dawk minn sorsi oħra bħal l-Istati Membri, pajjiżi oħra, u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Bank Internazzjonali tar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew tar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, kif ukoll il-Programm ta' Żvilupp tal-Ġnus Magħquda (UNDP) u l-IMF.

TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI

Artikolu 82

Kunsill ta' Koperazzjoni huwa minn issa stabbilit biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jiltaqa' fuq livell ministerjali darba fis-sena. Għandu jeżamina kull punt ewlieni li joħroġ mil-qafas tal-Ftehim u kull punt ieħor bilaterali u internazzjonali ta' interess għal xulxin bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa, bil-qbil taż-żewġ Partijiet.

Artikolu 83

1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti mill-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa waħda, u l-membri tal-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni ser jistabbilixxi r-regoli tiegħu stess ta' proċedura.

3. L-uffiċċju tal-President tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jinżamm darba kull wieħed minn rappreżentant tal-Komunità u minn membru tal-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 84

1. IL-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jkun mgħejjun fil-qadi ta' dmirijietu minn Kumitat ta' Koperazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej min-naħa waħda u minn rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra, normalment f'livell ta' impjegati għolja taċ-ċivil. L-uffiċċju tal-President tal-Kumitat ta' Koperazzjoni għandu jinżamm darba kull wieħed mill-Komunità u mir-Repubblika tal-Moldova.

Fir-regoli tiegħu ta' proċedura l-Kunsill ta' Koperazzjoni jiddetermina d-dmirijiet tal-Kumitat ta' Koperazzjoni, li jinkludi l-preparazzjoni ta' laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni u kif il-Kumitat se jaħdem.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddelega xi poteri tiegħu lill-Kumitat ta' Koperazzjoni, li jiżgura kontinwità bejn il-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 85

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kull kumitat jew korp speċjali ieħor li jista' jassistih biex iwettaq dmirijietu u jistabilixxi l-kompożizzjoni u d-drittijiet ta' dawn il-kumitati jew korpi u kif se jaħdmu.

Artikolu 86

Meta jeżamina kull punt li joħroġ mil-qafas ta' dan il-Ftehim skond dispożizzjoni li tirreferi għal artikolu tal-GATT, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jikkunsidra l-ogħla livell possibbli ta' l-interpretazzjoni li ġeneralment tingħata lill-Artikolu tal-GATT in kwestjoni mill-Partijiet Kontraenti lill-GATT.

Artikolu 87

Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari huwa minn issa stabbilit. Għandu jkun forum biex Membri tal-Parlament tal-Moldova u l-Parlament Ewropew jiltaqgħu u jpartu opinjonijiet. Għandu jiltaqa' f'intervalli li hu stess jistabilixxi.

Artikolu 88

1. Il-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari għandu jikkonsisti minn membri tal-Parlament Ewropew, min-naħa waħda, u minn membri tal-Parlament tal-Moldova, min-naħa l-oħra.

2. Il-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3. Il-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari għandu jkun immexxi darba kull wieħed mill-Parlament Ewropew u l-Parlament tal-Moldova rispettivament, skond id-dispożizzjonijiet mniżżla fir-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 89

Il-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari jista' jitlob informazzjoni relevanti rigward l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim mill-Kunsill ta' Koperazzjoni, li imbagħad jipprovdi lill-Kumitat bl-informazzjoni mitluba.

Il-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari għandu jkun infurmat bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Il-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 90

1. Bl-iskop ta' dan il-Ftehim, kull Parti tintrabat li tiżgura li l-persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni b'rispett għall-persuni nazzjonali tagħha għall-qrati kompetenti u l-organi amministrattivi tal-Partijiet biex jiddefendu d-drittijiet individwali tagħhom u d-drittijiet tagħhom ta' proprjeta', inkluża l-proprjeta' ntellettwali, industrijali jew kummerċjali.

2. Skond il-limiti tas-setgħat u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet:

- għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' arbitraġġ għall-ftehim ta' tilwim li jinqala' minn transazzjonijiet kummerċjali u ta' koperazzjoni konklużi mill-operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tal-Moldova,

- jaqblu li meta tilwima tintbagħat għall-arbitraġġ, kull Parti tat-tilwima tista', ħlief fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' arbitraġġ magħżul mill-Partijiet jgħidu mod ieħor, tagħżel l-arbitru tagħha, mingħajr każ tan-nazzjonalita' tiegħu, u t-tielet arbitru li qed jagħmilha ta' president jew l-uniku arbitru jista' jkun ċittadin tat-tielet stat,

- jirrakkomandaw l-operaturi ekonomiċi tagħhom biex jagħżlu bil-kunsens ta' xulxin il-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom,

- jinkoraġġixxu li jirrikorru għar-regoli ta' arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali u għall-arbitraġġ ta' kull ċentru ta' stat firmatarju tal-Konvenzjoni fuq ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet arbitrali barranin magħmul fi New York fl-10 ta' Ġunju 1958.

Artikolu 91

Xejn f'dan il-Ftehim ma jipprojbixxi Parti milli tieħu xi miżuri:

(a) li tikkonsidra meħtieġa biex ma jħallux li l-informazzjoni li tmur kontra l-interessi essenzali tas-sigurtà tagħha tkun żvelata;

(b) li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni ta', jew kummerċ f'armi, munizzjon jew materjal tal-gwerra jew riċerka, żvilupp jew produzzjoni meħtieġa għal skopijiet ta' difiża, sakemm dawn il-miżuri ma jaffettwawx ħażin il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni rigward prodotti li m'humiex intenzjonati għal skopijiet speċifikament militari;

(ċ) li tqis essenzali għas-sigurtà tagħha f'każ li tħarbit serju domestiku kapaċi jfixkel li tinżamm l-ordni pubblika, fi żmien ta' gwerra jew tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra jew biex twettaq l-obbligi li aċċettat għall-iskopijiet biex jinżammu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

(d) li tikkonsidra meħtieġa biex jiġu rispettati l-obbligi u d-dmirijiet internazzjonali fil-kontroll ta' merkanzija u teknoloġiji industrijali ta' użu doppju.

Artikolu 92

1. Fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet speċjali li jkunu jinsabu fih:

- l-arranġamenti applikati mir-Repubblika tal-Moldova rigward il-Komunità ma jagħtux lok għal xi diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, il-persuni tan-nazzjonalità tagħhom jew il-kumpanniji jew l-intrapriżi tagħhom,

- l-arranġamenti applikati mill-Komunità rigward ir-Repubblika tal-Moldova ma jagħtux lok għal xi diskriminazzjoni bejn il-persuni tan-nazzjonalità tal-Moldova, jew il-kumpanniji jew l-intrapriżi tagħha,

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Partijiet li japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġijiet lil dawk li jħallsu t-taxxi li mhumiex f'sitwazzjonijiet identiċi rigward il-post tar-residenza tagħhom.

Artikolu 93

1. Kull waħda miż-żewġ Partijiet tista' tirreferi lill-Kunsill ta' Koperazzjoni kull tilwima rigward l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jsolvi t-tilwima permezz ta' rakkomandazzjoni.

3. F'każ li mhux possibbli li jsolvu t-tilwima skond il-paragrafu 2, kull Parti tista' tavża lill-oħra bil-ħatra ta' konċiljatur; il-Parti l-oħra mbagħad trid taħtar it-tieni konċiljatur fi żmien xahrejn. Għall-applikazzjoni ta' din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri jkunu meqjusa Parti waħda għat-tilwima.

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jaħtar it-tielet konċiljatur.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi jittieħdu b'vot ta' maġġoranza. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma jorbtux lill-Partijiet.

Artikolu 94

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw mill-ewwel skond il-mezzi xierqa fuq talba ta' wieħed mill-partijiet biex jiddiskutu kull affari li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim jew aspetti oħra relevanti tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu bl-ebda mod ma jaffettwaw u huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17, 18, 93 u 99.

Artikolu 95

It-Trattament mogħti lir-Repubblika tal-Moldova hawn taħt fl-ebda każ ma jkun aktar favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lil xulxin.

Artikolu 96

Għall-għanijiet ta'dan il-Ftehim, it-termini "Partijiet" għandha tfisser ir-Repubblika tal-Moldova min-naħa waħda, u l-Komunità, jew l-Istati Membri, jew il-Komunità u l-Istati Membri, skond is-setgħat rispettivi tagħhom, min-naħa l-oħra.

Artikolu 97

Sakemm l-affarijiet koperti minn dan il-Ftehim huma koperti mit-Trattat tal-Ftehim Ewropew ta' l-Enerġija u l-Protokolli tiegħu, dan it-Trattat u l-Protokolli meta jidħlu fis-seħħ japplikaw għal dawn l-affarijiet imma sal-punt biss li din l-applikazzjoni hija provduta hemmhekk.

Artikolu 98

Dan il-Ftehim huwa konkluż wara perjodu inizjali ta' għaxar snin. Il-Ftehim għandu jkun imġedded awtomatikament minn sena għal sena sakemm l-ebda Parti ma tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub bid-denunzja tal-Ftehim sitt xhur qabel id-data meta jiskadi.

Artikolu 99

1. Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika li hemm bżonn biex iwettqu l-obbligi tagħhom skond dan il-Ftehim. Għandhom jaraw li l-għanijiet imniżżla fil-Ftehim jintlaħqu.

2. Jekk waħda mill-Partijiet taħseb li l-Parti l-oħra naqset li twettaq obbligu skond il-Ftehim, tista' tieħu l-miżuri li hemm bżonn. Qabel ma tagħmel hekk, ħlief f'każi ta' urġenza speċjali, trid tipprovdi lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti għal eżaminazzjoni sħiħa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

Biex jingħażlu dawn il-miżuri, għandha tingħata priorità lil dawk li l-anqas ifixklu l-funzjoni ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom ikunu avżati minnufih lill-Kunsill ta' Koperazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob hekk.

Artikolu 100

L-Annessi I, II, III, IV u V flimkien mal-Protokoll għandhom jiffurmaw parti ntegrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 101

Dan il-Ftehim, sakemm drittijiet indaqs għall-individwi u l-operaturi ekonomiċi huma miksuba hawn taħt, ma jaffettwax id-drittijiet assigurati lilhom minn Ftehim eżistenti li jorbtu wieħed jew aktar Stati Membri fuq naħa waħda u r-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra ħlief għal setturi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jirriżultaw minn dan il-Ftehim fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom.

Artikolu 102

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, minn naħa waħda, għat-territorji fejn it-Trattati li jwaqqfu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika huma applikati u skond il-kondizzjonijiet mniżżla f'dawk it-Trattati u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 103

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 104

Dan il-Ftehim huwa mħejji f'kopja waħda fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Spanjola, Griega, Portugiża u l-lingwa tal-Moldova, kull test minn dawn huwa daqstant awtentiku.

Artikolu 105

Dan il-Ftehim ikun approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar ta' wara d-data minn meta l-Partijiet javżaw lil xulxin li l-proċeduri riferuti fl-ewwel paragrafu tlestew.

Kif jidħol fis-seħħ, u fejn jidħlu r-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Komunità, dan il-Ftehim għandu jieħu post il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiki fuq il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika kummerċjali ffirmat fi Brussel fit-18 ta' Diċembru 1989.

Artikolu 106

Fil-każ li, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' dan il-Ftehim jidħlu fis-seħħ fil-1994 bis-saħħa ta' Ftehim Interim bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova, il-Partijiet li qed jikkunrattaw jaqblu li, f'dawn iċ-ċirkostanzi, it-termini "dħul fis-seħħ tal-Ftehim" tfisser id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de noviembre de mil novecientos noventa y cuatro.Udfærdiget i Bruxelles den otteogtyvende november nitten hundrede og fire og halvfems.Geschehen zu Brüssel am achtundzwanzigsten November neunzehnhundertvierundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι οκτώ Νοεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα τέσσερα.Done at Brussels on the twenty-eighth day of November in the year one thousand nine hundred and ninety-four.Fait à Bruxelles, le vingt-huit novembre mil neuf cent quatre-vingt-quatorze.Fatto a Bruxelles, addì ventotto novembre millenovecentonovantaquattro.Gedaan te Brussel, de achtentwintigste november negentienhonderd vierennegentig.Feito em Bruxelas, em vinte e oito de Novembro de mil novecentos e noventa e quatro.Întocmit la Bruxelles în a douăzeci şi opta zi a lunii noiembrie în anul o mie nouă sute nouăzeci şi patru.

Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgieFür das Königreich Belgien

+++++ TIFF +++++

På Kongeriget Danmarks vegne

+++++ TIFF +++++

Für die Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Για την Ελληνική Δημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de Espana

+++++ TIFF +++++

Pour la République française

+++++ TIFF +++++

Thar cheann Na hÉireannFor Ireland

+++++ TIFF +++++

Per la Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Pela República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τηζ Ευρωπαϊκέζ ΚοινότητεζFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunita europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades Europeias

+++++ TIFF +++++

Pentru Republica Moldova

+++++ TIFF +++++

[1] Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 181 ta' 24.6.1998, p. 3.Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004.

--------------------------------------------------

LISTA TA' DOKUMENTI MEHMUŻA

L-Anness I | Lista indikattiva ta' vantaġġi mogħtija mir-Repubblika tal-Moldova lil l-Istati Independenti skond l-Artikolu 10(3) |

L-Anness II | Miżuri ta' eċċezzjoni li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 |

L-Anness III | Konvenzjonijiet tad-drittijiet ta' proprjetà ntellettwali, industrijali u kummerċjali riferuti fl-Artikolu 49(2) |

L-Anness IV | Riservazzjonijiet tal-Komunità skond l-Artikolu 29(1)(b) |

L-Anness V | Riservazzjonijiet tal-Moldova skond l-Artikolu 29(2)(a). |

Il-Protokoll fuq l-assistenza bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'affarijiet doganali.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA INDIKATTIVA TA' VANTAĠĠI MOGĦTIJA MIR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA LILL-ISTATI NDIPENDENTI SKOND L-ARTIKOLU L-ISTATI NDIPENDENTI SKOND L-ARTIKOLU 10(3)

1. L-Armenja, l-Ażerbajġann, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgizstan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Uzbekistan.

Dazji fuq importazzjonijiet mhumiex applikati.

Dazji fuq l-esportazzjonijiet mhumiex implimentati rigward l-merkanzija li waslu taħt ftehim ta' saldu u interstat fil-volumi stipulati f'dawn il-ftehim.

VAT mhux applikata fuq l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. Taxxa tas-sisa mhux applikata fuq l-esportazzjonijiet.

L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgizstan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Uzbekistan - kwoti ta' esportazzjonijiet għal twassil ta' prodotti taħt kummerġ interstat annwali u ftehim ta' koperazzjoni huma mibdija bl-istess mod bħal ta' twassil tal-bżonnijiet ta' l-Istat.

2. L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgizstan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukranja, l-Uzbekistan.

Pagamenti jistgħu jsiru fil-munita nazzjonali ta' dawn il-pajjiżi jew kull munita oħra aċċettata mir-Repubblika tal-Moldova jew dawn il-pajjiżi.

L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, l-Estonja, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Litwanja, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Uzbekistan - sistema speċjali ta' operazzjonijiet mhux kummerċjali, inklużi l-pagamenti li jirriżultaw minn dawn l-operazzjonijiet.

3. L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgizstan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Uzbekistan - sistema speċjali ta' pagamenti kurrenti.

4. L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgizstan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Uzbekistan - sistema speċjali ta' kummerċ f'xi materji primi u prodotti nofshom lesti.

5. L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgizstan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Uzbekistan - kondizzjonijiet speċjali ta' transitu.

6. L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgizstan, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Uzbekistan - kondizzjonijiet speċjali ta' proċeduri doganali.

--------------------------------------------------

ANNESS II

MIŻURI TA' EĊĊEZZJONI LI JIDDEROGAW ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA' L-ARTIKOLU 13

1. Miżuri ta' eċċezzjoni li jidderogaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 jistgħu jittieħdu mir-Repubblika tal-Moldova f'forma ta' restrizzjonijiet fuq kwantità fuq bażi mhux diskriminatorja

2. Dawn il-miżuri jistgħu jaffettwaw biss industriji żgħar jew ċerti setturi li għaddejjin minn ristruttura jew qed jiffaċċjaw diffikultajiet serji, partikolarment fejn dawn id-diffikultajiet joħolqu problemi soċjali mportanti.

3. Il-valur totali ta' l-importi tal-prodotti li huma soġġetti għal dawn il-miżuri ma jistgħux jeċċedu 15 % ta' l-importi totali mill-Komunità matul l-aħħar sena, qabel l-introduzzjoni ta' xi restrizzjonijiet ta' kwantità li għalihom hemm statistiċi disponibbli.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma jdurux magħhom b'żieda tal-protezzjoni tat-tariffi fuq l-merkanzija mportati konċernati.

4. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu applikati biss matul perjodu ta' transizzjoni li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1998 kemm il-darba l-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, jew meta r-Republika tal-Moldova ssir Parti Kontraenti mal-GATT, skond liema jiġi l-ewwel.

5. Ir-Repubblika tal-Moldova għandha tinforma l-Kunsill ta' Koperazzjoni b'kull miżura li bi ħsiebha tadotta skond il-kondizzjonijiet ta' dan l-Anness u, fuq talba tal-Komunità, għandhom jsiru konsultazzjonijiet fil-Kunsill ta' Koperazzjoni dwar dawn il-miżuri u s-setturi li għalihom japplikaw qabel ma jidħlu fis-seħħ.

--------------------------------------------------

ANNESS III

KONVENZJONIJIET TAD-DRITTIJIET TA' PROPRJETA' NTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI RIFERUTI FL-ARTIKOLU 49(2)

1. Il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 49 jikkonċerna l-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin:

- il-Konvenzjoni ta' Berna għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (l-Att ta' Pariġi, 1971),

- il-Konvenzjoni Nternazzjonali għall-Protezzjoni ta' l-Atturi, il-Produtturi tal-Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir (Ruma 1961),

- il-Protokoll tal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki (Madrid 1989),

- il-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Merkanzija u Servizzi għall-fini tar-Reġistrazzjoni ta' Marki (Ġinevra 1977, emendat fl-1979),

- il-Konvenzjoni Nternazzjonali għall-Protezzjoni ta' Speċi Ġodda ta' Pjanti (UPOV) (l-Att ta' Ġinevra 1991).

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jirrakkomanda li l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 49 japplika għal konvenzjonijiet multilaterali oħra. Jekk problemi fil-qasam tal-proprjeta' ntellettwali, industrijali u kummerċjali li jaffettwaw il-kondizzjonijiet kummerċjali kellhom jiġru, konsultazzjonijiet urġenti għandhom isiru, fuq talba ta' Parti li tkun, bil-ħsieb li jinstabu soluzjonijiet sodisfaċenti għal xulxin.

3. Il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li jagħtu lill-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin:

- it-Trattat ta' Budapest fuq ir-Rikonoxximent Internazzjonali tad-Depożitu ta' Mikro-organiżmi għal skopijiet ta' Proċedura ta' Ittri Patenti (1977, modifikati fl-1980),

- il-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni ta' Proprjetà Industrijali (l-Att ta' Stokkolma 1967, u emendat fl-1979),

- il-Ftehim ta' Madrid dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali ta' Marki (l-Att ta' Stokkolma, 1967, u emendat fl-1979),

- it-Trattat ta' Koperazzjoni fuq Ittri Patenti (Washington 1970, emendat u modifikat fl-1984),

4. Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ir-Repubblika tal-Moldova għandha tagħti lill-kumpanniji u r-residenti tal-Komunità, rigward ir-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-proprjeta' ntellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament xejn inqas favorevoli minn dak mogħti minnha lil xi pajjiż terz taħt ftehim bilaterali.

5. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 ma għandux japplikaw għal vantaġġi mogħtija mir-Repubblika tal-Moldova lil xi pajjiż terz fuq bażi reċiproka effettiva jew għal vantaġġi mogħtija mir-Repubblika tal-Moldova lil pajjiż ieħor li kien jagħmel parti minn dik li qabel kienet il-USSR.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

RISERVAZZJONIJIET TAL-KOMUNITÀ' SKOND L-ARTIKOLU 29(1)(b)

Xogħol fil-minjieri

F'xi Stati Membri, konċessjoni tista' tkun meħtieġa għal xogħol fil-minjieri jew drittijiet minerali għall-kumpanniji mhux ikkontrollati mill-KE.

Sajd

L-aċċess u l-użu tar-riżorsi bioloġiċi u l-postijiet tas-sajd li qegħdin f'ibħra marittimi li se jaqaw taħt is-sovranita' jew fil-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri tal-Komunità huwa ristrett għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u reġistrati fit-territorju tal-Komunità sakemm mhux provdut mod ieħor.

Xiri ta' proprjeta' mmobbli

F'xi Stati Membri, ix-xiri ta' proprjeta' mmobbli minn kumpanniji mhux tal-KE hija soġġetta għal restrizzjonijiet.

Servizzi awdjoviżivi inkluż ir-radju

Trattament nazzjonali dwar prodotti u distribuzzjoni, inklużi x-xandir u forom oħra ta' trasmissjoni lill-pubbliku, jista' jkun riservat għal xogħlijiet awdjoviżivi li jilqgħu ċerti kriterji ta' oriġini.

Is-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet inklużi servizzi mobbli u ta' satelliti

Servizzi riservati

F'xi Stati Membri aċċess għas-suq rigward servizzi komplimentari u infrastrutturi huwa ristrett.

Servizzi professjonali

Servizzi riservati għal persuni naturali tan-nazzjonalità ta' l-Istati Membri. Taħt ċerti kondizzjonijiet dawk il-persuni jistgħu joħolqu kumpanniji.

Agrikoltura

F'xi Stati Membri trattament nazzjonali mhux applikabbli għal kumpanniji mhux ikkontrollati mill-KE li jixtiequ jiftħu intrapriża ta' l-agrikoltura. L-akkwist ta' vinji minn kumpanniji mhux ikkontrollati mill-KE hija soġġetta għal avviż, jew, kif ikun hemm bżonn, l-awtorità.

Servizzi ta' aġenziji ta' l-aħbarijiet

F'xi Stati Membri limitazzjonijiet ta' parteċipazzjoni barranija fil-kumpannija ta' l-istampar jew kumpanniji tax-xandir.

--------------------------------------------------

ANNESS V

RISERVAZZJONIJIET TAL-MOLDOVA SKOND L-ARTIKOLU 29(2)(a)

Xi aspetti mill-proċess ta' privatizzazzjoni hija soġġetta għal kondizzjonijiet u restrizzjonijiet.

L-akkwist u l-bejgħ ta' l-artijiet ta' l-agrikoltura u l-foresti.

Organizzazzjoni ta' logħob ta' l-azzard, logħob ta' flus, lotteriji u attivitajiet simili oħra.

Is-servizzi bankarji:

L-inqas kapital meħtieġ għal sussidjarja tal-Moldova ta' kumpannija ta' xi pajjiż terz jammonta għal 2 miljuni ta' dollari Amerikani (USD).

--------------------------------------------------

PROTOKOLL

dwar l-assistenza bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'affarijiet ta' dwana

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għal fini ta' dan il-Protokoll:

(a) "liġi doganali" tfisser dispożizzjonijiet applikabbli fit-territorji tal-Partijiet li jiggvernaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu ta' merkanzija u t-tqegħid tagħhom taħt kull proċedura doganali, inklużi miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll u adottati mill-Partijiet imsemmija;

(b) "dmirijiet doganali" tfisser id-dmirijiet, it-taxxi, il-miżati kollha u kull ħlas ieħor li jitwaħħlu u jinġabru fit-territorji tal-Partijiet, fl-applikazzjoni tal-liġi doganali, imma ma tinkludix miżati u ħlasijiet li huma limitati fl-ammont għat-tqarrib tan-nefqa tas-servizz provdut;

(ċ) "awtorità li qed tapplika" tfisser awtorità amministrattiva kompetenti maħtura minn Parti għal dan l-iskop u li tagħmel talba għall-assistenza f'affarijiet doganali;

(d) "l-awtorità li qed tintalab" tfisser awtorità amministrattiva kompetenti maħtura minn Parti għal dan l-iskop u li tirċievi talba għall-assistenza f'affarijiet doganali;

(e) "kontravenzjoni" tfisser kull vjolazzjoni tal-liġi doganali kif ukoll kull attentat ta' vjolazzjoni ta' din il-liġi.

Artikolu 2

Skop

1. Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, skond il-kompetenzi tagħhom, fil-manjieri u skond il-kondizzjonijiet imniżżla f'dan il-Protokoll, biex jiżguraw li l-liġi doganali hija applikata sewwa, partikolarment bil-prevenzjoni, li jindunaw u jinvestigaw il-kontravenzjonijiet ta' din il-liġi.

2. L-assistenza fl-affarijiet doganali, kif hemm provdut f'dan il-Protokoll, għandha tgħodd għal kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet li hija kompetenti għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Ma għandux tippreġudika r-regoli li jirregolaw l-assistenza lejn xulxin f'affarijiet kriminali. Lanqas ma għandha tkopri l-informazzjoni miksuba taħt is-setgħat eserċitati fuq it-talba ta' l-awtorità ġudizzjarja, kemm il-darba dawk l-awtoritajiet ma jaqblux ma' dan.

Artikolu 3

Assistenza meta mitluba

1. Fuq talba ta' l-awtorità li qed tapplika, l-awtorità mitluba tipprovdiha bl-informazzjoni kollha rilevanti biex tippermetti li tiżgura li l-liġi doganali tkun applikata kif suppost, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet noti jew ippjanati li huma jew jistgħu jkunu ta' ksur ta' din il-liġi.

2. Fuq talba ta' l-awtorità li qed tapplika, l-awtorità mitluba tinformaha jekk l-merkanzija esportati mit-territorju ta' waħda mill-Partijiet kienux importati kif suppost fit-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-merkanzija.

3. Fuq talba ta' l-awtorità li qed tapplika, l-awtorità mitluba tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li sorveljanza tinżamm fuq:

(a) persuni naturali jew legali li fuqhom hemm bażi raġonevoli biex jaħsbu li qed jiksru jew kisru l-liġijiet doganali;

(b) moviment ta' merkanzija notifikati li hemm il-possibiltà li jikkostitwixxu kontravenzjonijiet sostanzjali għall-liġi doganali;

(ċ) modi ta' trasport li hemm bażi raġonevoli biex jaħsbu li kienu, huma jew jistgħu jkunu użati għall-kontravenzjoni tal-liġi doganali.

(d) postijiet fejn stokk ta' merkanzija ntrama b'tali mod li hemm bażi raġonevoli biex wieħed jaħseb li huma ntenzjonati għall-provvista ta' operazzjonijiet kontra l-liġi doganali tal-Parti l-oħra.

Artikolu 4

Assistenza spontanja

Il-Partijiet fil-kompetenza tagħhom għandhom jipprovdu lil xulxin, skond il-liġijiet, regoli u strumenti legali oħra tagħhom, b'assistenza mingħajr talba minn qabel jekk jaħsbu li hemm bżonnha, għal applikazzjoni kif suppost tal-liġi doganali, partikolarment meta jiksbu informazzjoni dwar:

- operazzjonijiet li għamlu, qed jagħmlu jew kieku jagħmlu kontravenzjoni ta' din il-liġi u li jistgħu jkunu ta' nteress għall-Partijiet l-oħra,

- modi jew metodi ġodda użati biex jitwettqu dawn l-operazzjonijiet,

- merkanzija magħrufa li huma soġġetti għal kontravenzjoni sostanzjali għall-liġi doganali.

Artikolu 5

Tqassim/avviż

Fuq it-talba ta' l-awtorità li qed tapplika, l-awtorità mitluba, skond il-liġijiet tagħha, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa

- sabiex twassal d-dokumenti kollha,

- biex tavża bid-deċiżjonijiet kollha,

li jaqgħu taħt l-iskop ta' dan il-Protokoll lill-indirizzat, li joqgħod jew stabbilit fit-territorju tagħha. F'dan il-każ l-Artikolu 6(3) huwa applikabbli.

Artikolu 6

Il-forma u s-sostanza tat-talbiet għall-assistenza

1. It-talbiet taħt dan il-Protokoll għandhom jsiru bil-miktub. Id-dokumenti meħtieġa biex jintlaqgħu dawn it-talbiet iridu jakkumpanjaw it-talba. Meta hemm bżonn minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, talba bil-fomm tista' tkun aċċettata, iżda trid tkun konfermata bil-miktub minnufih.

2. It-talbiet skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-awtorità li qed tapplika li qed tagħmel it-talba;

(b) il-miżura mitluba;

(ċ) l-oġġett u r-raġuni tat-talba;

(d) il-liġijiet, ir-regoli u l-elementi legali l-oħra nvoluti;

(e) indikazzjonijiet li huma eżatti u jkopru dak kollu possibbli fuq il-persuni naturali jew legali li huma l-mira ta' l-investigazzjonijiet;

(f) ġabra fil-qosor tal-fatti rilevanti u ta' l-istħarriġ diġa' mwettaq, ħlief fil-każijiet li hemm provduti fl-Artikolu 5.

3. It-talbiet għandhom isiru b'lingwa uffiċjali ta' l-awtorità li qed tagħmel it-talba jew f'lingwa aċċettata minn dik l-awtorità.

4. Jekk talba ma tkunx skond il-ħtieġijiet formali, il-korrezzjoni tagħha jew li tiġi kompluta jista' jintalab; iżda, l-ordni ta' miżuri ta' prekawzjoni tista' ssir.

Artikolu 7

L-eżekuzzjoni tat-talbiet

1. Sabiex tilqa' talba għall-assistenza, l-awtorità mitluba jew, meta dik ta' l-aħħar ma tistax taġixxi waħidha, id-dipartiment amministrattiv lil min it-talba kienet indirizzata minn din l-awtorità, għandha timxi, fil-limiti tal-kompetenza u r-riżorsi disponibbli tagħha, bħallikieku qed taħdem għaliha jew fuq talba ta' awtoritajiet oħra ta' l-istess Parti, billi tipprovdi l-informazzjoni li diġa' għandha, billi twettaq l-investigazzjonijiet xierqa jew billi tirranġa li dawn jitwettqu.

2. It-talbiet għall-assistenza jkunu eżegwiti skond il-liġijiet, ir-regoli jew l-istrumenti legali l-oħra tal-Parti mitluba.

3. Uffiċċjali awtorizzati kif suppost ta' Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra nvoluta u skond il-kondizzjonijiet mniżżla minn din ta' l-aħħar, jiksbu mill-uffiċċji ta' l-awtorità mitluba jew awtorità oħra għal liema l-awtorità mitluba hija responsabbli, informazzjoni dwar kontravenzjoni fil-liġi doganali li l-awtorità li qed tapplika għandha bżonn għal l-iskop ta' dan il-Protokoll.

4. L-uffiċċjali ta' Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra nvoluta u skond il-kondizzjonijiet imniżżla minn din ta' l-aħħar, ikunu preżenti fl-istħarriġ imwettaq fit-territorju ta' din ta' l-aħħar.

Artikolu 8

Il-forma kif l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata

1. L-awtorità mitluba tikkomunika r-riżultati ta' l-istħarriġ lill-awtorità li qed tapplika f'forma ta' dokumenti, kopji attestati ta' dokumenti, rapporti jew f'forom oħra simili.

2. Id-dokumenti li hemm provduti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mibdula minn informazzjoni komputerizzata prodotta f'kull forma għall-istess skop.

Artikolu 9

Eċċezzjonijiet għall-obbligi biex assistenza tiġi provduta

1. Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-assistenza kif hemm provdut f'dan il-Protokoll, u meta jekk jagħmlu hekk ikunu:

(a) x'aktarx ta' preġudizzju għas-sovranità, il-politika pubblika, s-sigurtà u l-interessi essenzali l-oħra; jew

(b) jinvolvu munita jew regolamenti ta' taxxi minbarra regolamenti dwar dmirijiet doganali; jew

(ċ) ikunu ta' vjolazzjoni ta' sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2. Fejn l-awtorità li qed tapplika tistaqsi għall-assistenza li hi nnifisha ma tkunx tista' tagħti kieku mitluba, għandha tiġbed l-attenzjoni ta' dan il-fatt fit-talba tagħha. Imbagħad ikun għall-awtorità mitluba biex tiddeċiedi kif twieġeb għal talba bħal din.

3. Jekk l-assistenza tkun miżmuma jew rifjutata, id-deċiżjoni u r-raġunijiet għalfejn għandhom ikunu avżati lill-awtorità li qed tapplika mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Obbligu li jħarsu l-kunfidenzalità

1. Kull informazzjoni kkomunikata f'kull forma li tkun skond dan il-Protokoll tkun ta' natura kunfidenzali. Taqa' taħt l-obbligu tas-sigriet uffiċċjali u tgawdi mill-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skond il-liġijiet relevanti tal-Parti li rċevietha u d-dispożizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-awtoritajiet tal-Komunità.

2. Fatti nominattivi mhux għandhom ikunu trasmessi meta jkun hemm bażi raġjonevoli li jemmnu li t-trasferiment jew l-użu tal-fatti trasmessi jmorru kontra l-prinċipji legali bażiċi ta' waħda mill-Partijiet, u, partikolarment, jekk il-persuna konċernata se tbati minn żvantaġġi bla bżonn. Meta mitluba, il-Parti li qed tirċievi għandha tinforma l-Parti li qed tipprovdi mill-użu magħmul mill-informazzjoni provduta u r-riżultati miksuba.

3. Fatti nominattivi jistgħu jkunu trasmessi biss lill-awtoritajiet doganali u, f'każ meħtieġ għal skopijiet ta' prosekuzzjoni, lill-prosekuzzjoni pubblika u awtoritajiet ġudizzjari. Persuni jew awtoritajiet oħra jistgħu jiksbu din l-informazzjoni biss permezz ta' awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità li qed tipprovdi.

4. Il-Parti li qed tipprovdi għandha tivverifika l-informazzjoni li se tkun trasferita kemm hija eżatta. Kull meta jidher li l-informazzjoni provduta kienet ineżatta jew trid tkun mħassra, il-Parti li qed tirċievi għandha tkun avżata mingħajr dewmien. Din ta' l-aħħar għandha tkun obbigata li twettaq il-korrezzjoni jew it-tħassir.

5. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet ta' l-aqwa interess pubbliku, il-persuna konċernata tista' tikseb, meta tagħmel talba, informazzjoni dwar il-ħażna tal-fatti u l-iskop għalfejn qed jinżammu.

Artikolu 11

Użu ta' l-informazzjoni

1. L-informazzjoni miksuba għandha tintuża biss għall-iskopijiet ta' dan il-Protokoll u tista' tintuża minn kull Parti għal skopijiet oħra bil-kunsens bil-miktub minn qabel ta' l-awtorità amministrattiva li pprovdiet l-informazzjoni u tkun soġġetta għal kull restrizzjoni mniżżla minn dik l-awtorità.

2. Il-paragrafu 1 ma jżommx l-użu ta' informazzjoni f'xi proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva li tinbeda wara nuqqas ta' ħarsien tal-liġi doganali.

3. Il-Partijiet jistgħu, fir-rekord tagħhom ta' evidenza, rapporti u xhieda u fil-proċeduri u l-akkużi mressqa quddiem il-qrati, jużawha bħala informazzjoni ta' evidenza miġbura u d-dokumenti konsultati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 12

Esperti u xhieda

Uffiċċjal ta' l-awtorità mitluba jista' jkun awtorizzat li jidher, fil-limitazzjonijiet ta' l-awtorità mogħtija, bħala espert jew xhud fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi dwar l-affarijiet koperti minn dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra, u jipproduċi dawk l-merkanzija, dokumenti jew kopji awtentikati tagħhom, kif jista' jkun hemm bżonn għall-proċeduri. It-talba ta' l-apparenza trid tindika speċifikament fuq liema affarijiet u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika l-uffiċċjal se jkun mistoqsi.

Artikolu 13

Spejjeż ta' l-assistenza

Il-Partijiet jirrinunzjaw għat-talbiet kollha lejn xulxin għal rifużjoni ta' spejjeż li ntefqu taħt dan il-Protokoll, ħlief, kif għandu jkun, għall-ispejjeż ta' esperti u xhieda u ta' nterpreti u tradutturi li mhumiex impjegati mas-servizz pubbliku.

Artikolu 14

Implimentazzjoni

1. It-tmexxija ta' dan il-Protokoll għandha tkun fdata lill-awtoritajiet ċentrali doganali tar-Repubblika tal-Moldova min-naħa waħda u s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, fejn hu l-każ, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea min-naħa l-oħra. Huma għandhom jiddeċiedu fuq il-miżuri kollha prattiċi u l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tagħha, wara li jikkunsidraw ir-regoli fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-informazzjoni. Huma jistgħu jirrakkomandaw lill-korpi kompetenti emendi li huma jikkunsidraw li għandhom isiru f'dan il-Protokoll.

2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u sussegwentement iżommu lil xulxin informati bir-regoli dettaljati ta' implimentazzjoni li huma adottati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 15

Kumplimentarità

1. Dan il-Protokoll għandu jikkumplimenta u mhux ifixkel l-applikazzjoni ta' xi ftehim dwar l-assistenza bejn xulxin li kienu konklużi jew jistgħu jiġu konklużi bejn xi Stat Membru jew bosta Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova. Lanqas ma għandha tipprekludi aktar assistenza estensiva lejn xulxin mogħtija taħt dawn il-ftehim.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, dan il-ftehim ma jippreġudikax d-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri fuq kull informazzjoni miksuba f'affarijiet doganali li jistgħu jkunu ta' nteress għall-Komunità.

--------------------------------------------------

ATT FINALI

Il-plenipotenzarji ta':

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

ID-DUKAT IL-KBIR TAL-LUSSEMBURGU

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA, it-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, u t-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-Istati Membri", u ta'

il-KOMUNITÀ' EWROPEA, il-KOMUNITÀ' EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR u l-KOMUNITÀ' EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa 'l quddiem riferuti bħala "il-Komunità",

min-naħa waħda, u

il-plenipotenzarji tar-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

min-naħa l-oħra,

jiltaqgħu fit-tmienja u għoxrin ġurnata ta' Novembru tas-sena elf disa' mija u erbgħa u disgħin għall-firma tal-Ftehim ta' Soċjo-Ekonomiċi u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem riferut bħala "il-Ftehim", adottaw it-testi li ġejjin:

il-Ftehim inklużi l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej:

Il-Protokoll fuq l-assistenza bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'affarijiet doganali

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika tal-Moldova adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti mniżżla hawn taħt u annessi ma' dan l-Att Finali:

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 17 tal-Ftehim

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 18 tal-Ftehim

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 29 tal-Ftehim

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 30 tal-Ftehim

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna n-nozzjoni ta' "kontroll" fl-Artikolu 31(b) u l-Artikolu 42 tal-Ftehim

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 49 tal-Ftehim

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 99 tal-Ftehim

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika tal-Moldova ħadu aktar nota tad-Dikjarazzjonijiet Unilaterali tal-Gvern Franċiż annessa ma' dan l-Att Finali:

Id-Dikjarazzjoni Unilaterali mill-Gvern Franċiż dwar il-pajjiżi u territorji barranin tagħha

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika tal-Moldova ħadu wkoll nota ta' l-Iskambji ta' Ittri li ġejjin annessi ma' dan l-Att Finali:

Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova fejn tidħol it-twaqqif ta' kumpanniji.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de noviembre de mil novecientos noventa y cuatro.Udfærdiget i Bruxelles den otteogtyvende november nitten hundrede og fire og halvfems.Geschehen zu Brüssel am achtundzwanzigsten November neunzehnhundertvierundneunzig.Έγινε στιζ Βρυξέλλεζ, στιζ είκοσι οκτώ Νοεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα τέσσερα.Done at Brussels on the twenty-eighth day of November in the year one thousand nine hundred and ninety-four.Fait à Bruxelles, le vingt-huit novembre mil neuf cent quatre-vingt-quatorze.Fatto a Bruxelles, addi ventotto novembre millenovecentonovantaquattro.Gedaan to Brussel, de achtentwintigste november negentienhonderd vierennegentig.Feito em Bruxelas, em vinte a oito de Novembro de mil novecentos e noventa e quatro.Întocmit la Bruxelles în a douăzeci şi opta zi a lunii noiembrie în anul o mie nouă sute nouăzeci şi patru.

Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgieFür das Königreich Belgien

+++++ TIFF +++++

På Kongeriget Danmarks vegne

+++++ TIFF +++++

Für die Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Για την Ελληνική Δημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de Espana

+++++ TIFF +++++

Pour la République française

+++++ TIFF +++++

Thar cheann Na hÉireannFor Ireland

+++++ TIFF +++++

Per la Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Pela República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τηζ Ευρωπαϊκέζ ΚοινότητεζFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunita europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades Europeias

+++++ TIFF +++++

Pentru Republica Moldova

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Id-Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 4

Hija l-fehma tal-Partijiet, li jekk huma jkomplu għan-negozjati ta' settur liberu għall-kummerċ skond l-Artikolu 4, dawn in-negozjati għandhom ikopru l-prodotti kollha kummerċjali bejn il-Partijiet.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 17

Il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova jiddikjaraw li t-test tal-klawsola tas-salvagwardji ma jagħtix trattament ta’ salvagwardji mill-GATT.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 18

Huwa mifhum li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 la huma maħsuba, u lanqas għandhom inaqqsu, ifixklu jew iżommu l-proċeduri provduti fil-liġijiet rispettivi tal-Partijiet rigward investigazzjonijiet ta’ kontra r-rimi ta’ l-iskart u s-sussidji.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 29

Mingħajr preġudizzju għar-riservi mniżżla fl-Annessi IV u V u għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 43 u 46, il-Partijiet jaqblu li l-kliem "in konformità mal-liġijiet u regolamenti tagħhom" msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 29 ifissru li kull Parti tista' tirregola t-twaqqif u l-operazzjoni tal-kumpanniji fit-territorji tagħha, sakemm dawn ir-regolamenti ma joħolqux għat-twaqqif u l-operazzjoni tal-kumpanniji tal-Parti l-oħra xi riservi ġodda li jirriżultaw fi trattament inqas favorevoli minn dak mogħti lill-kumpanniji tagħhom jew lil kumpanniji jew fergħat jew sussidjarji ta' kumpanniji ta' xi pajjiż terz.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 30

Il-presenza kummerċjali ta' kumpanniji ta' trasport fil-passaġġi ġewwiena tal-ilma ta' Parti fit-territorju tal-Parti l-oħra tkun iggvernata skond il-liġijiet applikabbli fl-Istati Membri jew ir-Repubblika tal-Moldova, sakemm dispożizzjonijiet speċifiċi aktar favorevoli li jirregolaw din il-presenza kummerċjali jistgħu jiġu maqbula, u jekk din il-presenza mhux regolata minn strumenti legali oħra li jorbtu l-Partijiet.

Huwa mifhum li presenza kummerċjali tista' tieħu l-forma ta' sussidjarji jew fergħat kif definiti fl-Artikolu 31.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna n-nozzjoni ta' "kontroll" fl-Artikolu 31(b) u l-Artikolu 42

1. Il-Partijiet jikkonfermaw il-ftehim tagħhom lejn xulxin li l-kwestjoni ta' kontroll tiddependi fuq il-fatti taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari.

2. Kumpannija, per eżempju, tista' tkun ikkunsidrata li hija "kkontrollata" minn kumpannija oħra, u għalhekk sussidjarja tat-tali kumpannija l-oħra jekk:

- il-kumpannija l-oħra għandha direttament jew indirettament il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, jew

- il-kumpannija l-oħra għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza ta' organu amministrattiv, ta' organu ta' tmexxija jew organi ta' superviżjoni u fl-istess ħin hija azzjonist jew membru tas-sussidjarja.

3. Iż-żewġ Partijiet jikkunsidraw li l-kriterji fil-paragrafu 2 ma jinkludux kollox.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 49

Il-Partijiet jaqblu li għal fini tal-Ftehim, proprjeta' ntellettwali, industrijali u kummerċjali tinkludi partikolarment copyright, inklużi l-copyright tal-programmi tal-kompjuter, u drittijiet simili, drittijiet rigward ittri patenti, disinji industrijali, indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi ismijiet ta' oriġini, trademarks u marki ta' servizzi, topografiji ta' ċirkwiti ntegrati kif ukoll protezzjoni kontra kompetizzjoni nġusta kif riferuta fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni ta' Proprjeta' Industrijali u Protezzjoni ta' Informazzjoni mhux Żvelata dwar l-għerf.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 99

Il-Partijiet jaqblu, li għall-iskopijiet ta’ l-interpretazzjoni sewwa tagħha u l-applikazzjoni prattika tagħha, li t-termini "każijiet ta’ urġenza speċjali" inkluża fl-Artikolu 99 tal-Ftehim tfisser każijiet ta’ ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti minn:

(a) ċaħda tal-Ftehim ma għanduxnzjonata mir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali; jew

(b) vjolazzjoni mill-elementi essenzali tal-Ftehim imniżżla fl-Artikolu 2.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Unilaterali mill-Gvern Franċiż

Ir-Repubblika Franċiża tinnota li l-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni mar-Repubblika tal-Moldova ma japplikax għall-pajjiżi u territorji barranin assoċjati mal-Komunità Ewropea skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------

SKAMBJU TA' ITTRI

bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova fejn tidħol it-twaqqif ta' kumpanniji

A. Ittra mir-Repubblika tal-Moldova

Sinjur,

Nirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li beda fis-26 ta' Lulju 1994.

Kif għamilt enfasi waqt in-negozjati, ir-Repubblika tal-Moldova tagħti lill-kumpanniji tal-Komunità stabbiliti u joperaw fir-Repubblika tal-Moldova f'ċerti rispetti trattament privileġġat. Spjegajt li din tirrifletti l-politika tal-Moldova li tippromwovi b'kull mezz it-twaqqif tal-kumpanniji tal-Komunità fir-Repubblika tal-Moldova.

B'dan f'moħħna, hija l-fehma tiegħi li matul il-perjodu bejn id-data tal-bidu ta' dan il-Ftehim u d-dħul fis-seħħ ta' l-artikoli rilevanti dwar it-twaqqif tal-kumpanniji, ir-Repubblika tal-Moldova ma tadottax miżuri jew regolamenti li jintroduċu jew jagħmlu diskriminazzjoni agħar lejn il-kumpanniji tal-Komunità rigward kumpanniji tal-Moldova jew kumpanniji minn xi pajjiż terz meta mqabbla mas-sitwazzjoni li teżisti fid-data tal-bidu ta' dan il-ftehim.

Inkunlek obbligat jekk tgħarrafna li rċievejt din l-ittra.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta assikurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gverntar-Repubblika tal-Moldova

B. Ittra mill-Komunità

Sinjur,

Grazzi ta' l-ittra tiegħek datata llum, li taqra hekk:

"Nirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li beda fis-26 ta' Lulju 1994.

Kif għamilt enfasi waqt in-negozjati, ir-Repubblika tal-Moldova tagħti lill-kumpanniji tal-Komunità stabbiliti u joperaw fir-Repubblika tal-Moldova f'ċerti rispetti trattament privileġġat. Spjegajt li din tirrifletti l-politika tal-Moldova li tippromwovi b'kull mezz it-twaqqif tal-kumpanniji tal-Komunità fir-Repubblika tal-Moldova.

B'dan f'moħħna, hija l-fehma tiegħi li matul il-perjodu bejn id-data tal-bidu ta' dan il-Ftehim u d-dħul fis-seħħ ta' l-artikoli rilevanti dwar it-twaqqif tal-kumpanniji, ir-Repubblika tal-Moldova ma tadottax miżuri jew regolamenti li jintroduċu jew jagħmlu diskriminazzjoni agħar lill-kumpanniji tal-Komunità rigward kumpanniji tal-Moldova jew kumpanniji minn xi pajjiż meta terz meta mqabbla mas-sitwazzjoni li teżisti fid-data tal-bidu ta' dan il-ftehim.

Inkunlek obbligat jekk tgħarrafna li rċevejt din l-ittra."

Ngħarrfek li rċevejt din l-ittra.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assikurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Komunitajiet Ewropej

--------------------------------------------------

Top