Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994A1231(52)

    It-trattat tal-karta ta’ l-enerġija

    ĠU L 380, 31.12.1994, p. 24–88 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/998/oj

    Related Council decision
    Related Council decision
    Related Council decision

    21994A1231(52)



    Official Journal L 380 , 31/12/1994 P. 0024 - 0090
    Finnish special edition: Chapter 12 Volume 3 P. 0075
    Swedish special edition: Chapter 12 Volume 3 P. 0075
    L 069 09/03/1998 P. 0026


    ANNESS 1

    It-trattat tal-karta ta’ l-enerġija

    Preambolu

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦAL DAN IT-TRATTAT,

    Wara li kkunsidraw il-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida firmata fil-21 ta’ Novembru 1990,

    Wara li kkunsidraw il-Karta Ewropea ta’ l-Enerġja adottata fid-Dokument Konklussiv tal-Konferenza ta’ The Hague fuq il-Karta Ewropea ta’ l-Enerġija firmata gewwa The Hague fis-17 ta’ Diċembru 1991,

    Waqt li jiftakru li l-firmatarji kollha tad-Dokument Konklussiv tal-Konferenza ta’ The Hague wegħdu li jsegwu l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta Ewropea ta’ l-Enerġija u li jimplimentaw u jwessgħu l-kooperazzjoni tagħhom mill-aktar fis possibli billi jinnegozjaw b’intenzjoni retta Trattat u Protokolli ta’ Karta ta’ Energija, u waqt li jixtiequ li jpoġġu r-rabtiet li hemm ġo dik il-Karta fuq sisien legali internazzjonali sodi u obbligatorji;

    Waqt li jixtiequ wkoll li jistabbilixxu l-qafas strutturali meħtieġ biex jiġu implimetati l-prinċipji mxandra fil-Karta Ewropea ta’ l-Enerġija;

    Billi jixtiequ li jimplimentaw il-konċett bażiku ta’ l-inizjattiva tal-Karta ta’ l-Enerġija Ewropea li għandha sservi ta’ kataliżi għat-tkabbir ekonomiku permezz ta’ miżuri biex jiġu liberalizzati l-investiment u l-kummerċ fl-enerġija,

    Waqt li jaffermaw li l-Partijiet Kontraenti jagħtu l-akbar importanza lill-implimentazzjoni effettiva tat-trattament nazzjonali sħiħ u t-trattament tan-nazzjon l-aktar favorita, u li dawn ir-rabtiet għandhom jiġu applikati biex isiru l-investimenti skond trattat supplimentari,

    Waqt li jikkunsidraw l-għan ta’ liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ internazzjonali u l-prinċipju tat-twarrib tad-diskriminazzjoni fil-kummerċ internazzjonali kif imxandar fil-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ u l-Istrumenti Relatati tiegħu u kif previst mod ieħor f’dan it-Trattat;

    Waqt li huma determinati li progressivament ineħħu l-ostakli tekniċi, amministrattivi u ostakli oħra għall-kummerċ f’materjali u prodotti u tagħmir relatat, teknoloġiji u servizzi ta’ l-enerġija,

    Waqt li jħarsu ’l quddiem lejn sħubija eventwali fil-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ ta’ dawk il-Partijiet Kontraenti li m’humiex bħalissa partijiet fih u waqt li huma interessati biex jipprovdu arranġamenti kummerċjali interim li għandhom jgħinu lil dawk il-Partijiet Kontraenti u li ma jfixklux il-preparazzjoni tagħhom għal din is-sħubija;

    Waqt li huma konxji mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ ċerti Partijiet Kontraenti li huma wkoll partijiet għall-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ u l-Istrumenti Relatati miegħu,

    Waqt li jikkunsidraw ir-regoli tal-kompetizzjoni rigward l-amalgamazzjonijiet, il-monopolji, l-prattiċi anti-kompetittivi u l-abbuż tal-pożizzjoni dominanti,

    Waqt li jikkunsidraw it-Trattat fuq in-Non-Proliferazzjoni ta’ l-Armi Nukleari, l-Linji Gwida tal-Provedituri Nukleari u obbligazzjonijiet jew patti internazzjonali oħra nukleari mhux ta’ proliferazzjoni,

    Waqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa għall-esplorazzjoni, l-produzzjoni, l-konverżjoni, l-ħażna, t-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu l-aktar effiċjenti ta’ l-enerġija;

    Waqt li jġibu quddiem għajnejhom il-Konvenzjoni Strutturata tal-Nazzjonijiet Uniti fuq it-Tibdil tal-Klima, il-Konvenzjoni fuq it-Tniġġiz ta’ l-Arja Tans-konfinanti fuq Medda Wiesgħa u l-protokolli tagħha, u ftehim ambjentali internazzjonali ieħor b’aspetti relatati ma’ l-enerġija; u

    Waqt li jirrikonoxxu l-bżonn urġenti għal miżuri biex jipproteġu l-ambjent, inkluża d-dekommissjonar ta’ stallazzjonijiet ta’ l-enerġija u rimi ta’skart, u għal finijiet u kriterji għal dawn l-iskopijiet miftiehma internazzjonalment,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    PARTI 1

    DEFINIZZJONIJIET U GĦAN

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Kif użati f’dan it-Trattat:

    1. "Karta" tfisser il-Karta Ewropea ta’ l-Enerġija adottata fid-Dokument Konklussiv tal-Konferenza ta’ The Hague fuq il-Karta Ewropea ta’ l-Enerġija firmata f’The Hague fis-17 ta’ Diċembru 1991; l-iffirmar tad-Dokument Konklussiv huwa kunsidrat bħal iffirmar tal-Karta.

    2. "Parti Kontraenti" tfisser Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li tat il-kunsens tagħha li tkun marbuta b’dan it-Trattat u li għaliha t-Trattat ikun fis-seħħ.

    3. "Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali" tfisser organizzazzjoni kostitwita mill-Istati li lilha huma jkunu trasferew il-kompetenza fuq ċerti kwistjonijiet li numru minnhom ikunu gwidati minn dan it-Trattat, inkluża l-awtorità biex tieħu deċiżjonijiet li jorbtuhom fir-rigward ta’ dawk l-affarijiet.

    4. "Materjali u prodotti ta’ l-enerġija", bażati fuq is-Sistema Armonizzata tal-Kunsill għal Kooperazzjoni Doganali u n-nomenklatura magħquda tal-Komunitajiet Ewropej, tfisser l-oġġetti inklużi fl-Anness EM.

    5. "Attività Ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija" tfisser attività ekonomika li tikkonċerna l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, r-raffinar, il-produzzjoni, l-ħażna, t-trasport bl-art, it-trasmissjoni, d-distribuzzjoni, l-kummerċ, il-marketing u l-bejgħ ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija minbarra dawk inklużi fl-Anness NI, jew li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tas-sħana għal siti diversi.

    6. "Investiment" ifisser kull tip ta’ assi, li jkun proprjetà jew ikkontrollat direttament jew indirettament minn investitur u jinkludi:

    (a) proprjetà tanġibbli jew intanġibbli, u mobbli jew immobbli, u d-drittijiet proprjetarji kollha bħal kiri, ipoteki, garanziji u rahan;

    (b) kumpannija jew intrapriża kummerċjali, jew ishma, stokk, jew forom oħra ta’ parteċipazzjoni f’ekwità f’kumpannija jew intrapriża kummerċjali, u bonds jew debiti oħra ta’ kumpannija jew intrapriża kummerċjali;

    (ċ) pretensjonijiet għal flus u pretensjonijiet għal twettiq li joħroġ minn kuntratt li jkollu valur ekonomiku li jiġi assoċjat ma’ investiment;

    (d) proprjetà intellettwali;

    (e) dħul;

    (f) kwalunkwe dritt konferit minn liġi jew kuntratt jew bis-saħħa ta’ xi liċenzi u permessi konċessi skond liġi biex wieħed jidħol għal xi attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija.

    Bidla fil-forma li biha l-assi jiġu investiti ma taffettwax il-karattru tagħhom bħala investimenti u t-terminu "investiment" jinkludi l-investimenti kollha, kemm jekk eżistenti kif ukoll jekk ikunu saru wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat għall-Parti Kontraenti ta’ l-investitur li jkun qed jagħmel l-investiment u għal dak tal-Parti Kontraenti fiż-żona li fiha l-investiment isir (minn issa ‘l quddiem imsejħa "id-data effettiva") basta t-Trattat għandu jgħodd biss għal kwistjonijiet li jeffettwaw dawn l-investimenti wara d-data effettiva.

    "Investiment" jirreferi għal kwalunkwe investiment assoċjat ma’ attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija u għal investimenti jew għal klassijiet ta’ investimenti nominati minn Parti Kontraenti fiż-żona tagħha bħala "proġetti ta’ l-effiċjenza tal-Karta" u hekk innotifikati lis-Segretarjat.

    7. "Investitur" ifisser

    (a) fir-rigward ta’ Parti Kontraenti:

    (i) persuna naturali li jkollha ċittadinanza jew nazzjonalità jew li tkun permanentament residenti f’dik il-Parti Kontraenti skond il-liġi applikabbli tagħha;

    (ii) kumpannija jew organizzazzjoni oħra organizzata skond il-liġi applikabbli f’dik il-Parti Kontraenti;

    (b) fir-rigward ta’ "Stat terz", persuna naturali, kumpannija jew organizzazzjoni oħra li tilħaq, mutatis mutandis, il-kondizzjonijiet speċifikati fis-sub-paragrafu (a) għal Parti Kontraenti.

    8. "Tagħmel investimenti" jew "l-għemil ta’ investimenti" tfisser li wieħed jistabbilixxi investimenti, jakkwista l-investimenti eżistenti kollha jew parti minnhom jew jidħol f’oqsma differenti ta’ attività ta’ l-investiment.

    9. "Dħul" ifisser l-ammonti riċevuti minn jew assoċjati ma’ investiment, irrispettivament mill-forma li bih huwa jitħallas, inklużi profitti, dividendi, interessi, qliegħ kapitali, ħlasijiet ta’ royalties, drittijiet ta’ l-amministrazzjoni, ta’ għajnuna teknika jew drittijiet u ħlasijiet oħra b’oġġetti.

    10. "Zona" tfisser fir-rigward ta’ Stat li jkun Parti Kontraenti:

    (a) it-territorju taħt is-sovranità tiegħu, fis-sens li dak it-territorju jinkludi art, ibħra interni u l-baħar territorjali; u

    (b) bla ħsara għal u skond il-liġi internazzjonali tal-baħar: il-baħar, qiegħ il-baħar u t-terren ta’ taħt li fuqu l-Parti Kontraenti teżerċita drittijiet u ġurisdizzjoni ta’ sovranità.

    Fir-rigward ta’ Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li tkun Parti Kontraenti, żona tfisser iż-żoni ta’ l-Istati Membri ta’ din l-Organizzazzjoni, taħt id-dispożizzjonijiet li jkunu fil-ftehim li jistabbilixxi dik l-Organizzazzjoni.

    11. (a) "GATT" ifisser "GATT 1947" jew "GATT 1994", jew it-tnejn li huma fejn it-tnejn ikunu applikabbli.

    (b) "GATT 1947" ifisser il-Ftehim Ġenerali fuq It-Tariffi u l-Kummerċ, datat 30 ta’ Ottubru 1947, anness ma’ l-Att Finali Adottat waqt il-Konklużjoni tat-tieni Sessjoni tal-Kumitat Preparatorju tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Impjiegi, kif sussegwentement rettifikat, emendat jew modifikat.

    (ċ) "GATT 1994" ifisser il-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ kif speċifikat fl-Anness 1A għall-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, kif sussegwentement rettifikat, emendat jew modifikat.

    Parti għall-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hi kunsidrata li tkun parti fil-GATT 1994.

    (d) "Strumenti Relatati" jfissru, kif inhu xieraq:

    (i) ftehim, arranġamenti jew strumenti legali oħra, inklużi deċiżjonijiet, dikjarazzjonijiet u patti, konklużi taħt l-awspiċi tal-GATT 1947 kif sussegwentement rettifikati, amendati jew modifikati; jew

    (ii) il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ inkluż l-Anness tiegħu (minbarra GATT 1994), l-Annessi 2, 3 u 4 tiegħu, u d-deċiżjonijiet, id-dikjarazzjonijiet u l-intiżi relatati magħhom, kif sussegwentement rettifikati, emendati jew modifikati.

    12. "Proprjetà intellettwali" tinkludi drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati, trademarks, indikazzjonijiet ġeografiċi, disinji industrijali, patenti, disinji tal-format ta’ ċirkwiti integrati u l-protezzjoni ta’ informazzjoni miżmuma.

    13. (a) "Protokoll tal-Karta ta’ l-Enerġija" jew "Protokoll" ifisser trattat, li l-innegozjar tiegħu jiġi awtorizzat u li t-test tiegħu jiġi adottat mill-Konferenza tal-Karta, li fih jidħlu żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar biex jikkumplimentaw, jissupplimentaw, jestendu jew jamplifikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat fir-rigward ta’ kwalunkwe settur speċifiku jew kategorija ta’ attività fl-ambitu ta’ dan it-Trattat, jew fiż-zoni ta’ kooperazzjoni skond l-Intestatura III tal-Karta.

    (b) "Dikjarazzjoni tal-Karta ta’ l-Enerġija" jew "Dikjarazzjoni" tfisser strument li ma jorbotx, li l-innegozjar tagħha jiġi awtorizzat u li t-test tagħha jiġi approvat mill-Konferenza tal-Karta, li fiha jidħlu żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar biex jikkumplimentaw jew jissupplimentaw id-disposizzjoniiet ta’ dan it-Trattat.

    14. "Munita liberament konvertibbli" tfisser munita li tiġi kummerċjalizzata kullimkien fis-swieq tal-kambju internazzjonali barranin u li tintuża ħafna fi transazzjonijiet internazzjonali.

    Artikolu 2

    Għan tat-Trattat

    Dan it-Trattat jistabbilixxi qafas legali biex jippromwovi kooperazzjoni fit-tul fil-qasam ta’ l-enerġija, ibbażat fuq il-komplimentarjetajiet u l-benefiċċji reċiproċi, skond l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta.

    PARTI II

    KUMMERĊ

    Artikolu 3

    Swieq internazzjonali

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom iħabirku biex jippromwovu aċċess għas-swieq internazzjonali fuq termini kummerċjali, u biex b’mod ġenerali jiżviluppaw suq miftuħ u kompetittiv, għal materjali u prodotti ta’ l-enerġija.

    Artikolu 4

    Non-deroga mill-GATT u l-Istrumenti Relatati

    Xejn f’dan it-Trattat m’għandu jidderoga, bejn Partjiet Kontraenti partikolari li jkunu partijiet fil-GATT, minn dispożizzjonijiet tal-GATT u l-Istrumenti Relatati hekk kif jiġu applikati bejn dawk il-Partjiet Kontraenti.

    Artikolu 5

    Miżuri ta’ investiment relatati mal-kummerċ

    1. Parti Kontraenti m’għandhiex tapplika xi miżura ta’ investiment relatata mal-kummerċ li tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu III jew XI tal-GATT; dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Parti Kontraenti taħt l-GATT u l-Istrumenti Relatati u l-Artikolu 29.

    2. Dawn il-miżuri jinkludu kwalunkwe miżura ta’ investiment li tkun mandatorja jew li tista’ tiġi infurzata taħt liġi domestika jew taħt deċiżjoni amministrattiva jew li l-konformità magħha tkun neċessarja biex wieħed jikseb vantaġġ, u li tkun teħtieġ:

    (a) ix-xiri jew l-użu minn intrapriża ta’ prodotti ta’ oriġini domestika jew minn xi sors domestiku, kemm jekk speċifikat f’termini ta’ prodotti partikolari, f’termini ta’ volum jew ta’ valur tal-prodott, jew f’termini ta’ proporzjon ta’ volum jew valur tal-produzzjoni lokali tiegħu; jew

    (b) li xiri jew użu minn intrapriża ta’ prodotti importati jiġi limitat għal ammont relatat mal-volum jew il-valur ta’ prodotti lokali li hi tesporta;

    jew li jirrestrinġi:

    (ċ) l-importazzjoni minn intrapriża ta’ prodotti użati ġewwa jew relatati mal-produzzjoni lokali tagħha, generalment jew għal ammont relatat mal-volum jew il-valur tal-produzzjoni lokali li hi tesporta;

    (d) l-importazzjoni minn intrapriża ta’ prodotti wżati ġewwa jew relatati mal-produzzjoni lokali tagħha billi tirrestrinġi l-aċċess tagħha għall-kambju barrani għal ammont relatat mad-dħul tal-valuta estera attribwibbli għall-intrapriża; jew

    (e) l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni minn intrapriża ta’ prodotti, kemm jekk speċifikati f’termini ta’ prodotti partikolari, kif ukoll f’termini ta’ volum jew valur ta’ prodotti, inkella f’termini ta’ proporzjon tal-volum jew ta’ valur tal-produzzjoni lokali tagħha.

    3. Xejn fil-paragrafu 1 m’għandu jiġi interpretat bħala li jippreveni Parti Kontraenti milli tapplika l-miżuri ta’ investiment relatati mal-kummerċ deskritti fis-sub-paragrafi 2 (a) u (ċ) bħala kondizzjoni ta’ eleġibiltà għall-promozzjoni ta’ l-esportazzjoni, l-għajnuna barranija, x-xiri tal-ġvern jew it-tariffa preferenzali jew il-programmi ta’ kwota.

    4. Minkejja l-paragrafu 1, Parti Kontraenti tista’ temporanjament tibqa’ żżomm miżuri ta’ investiment relatati mal-kummerċ li jkunu fis-seħħ aktar minn 180 jum qabel tiffirma dan it-Trattat, bla ħsara għan-notifika u d-dispożizzjonijiet għal eliminazzjoni gradwali stabbiliti fl-Anness TRM.

    Artikolu 6

    Kompetizzjoni

    1. Kull Parti Kontraenti għandha tfittex li tħaffef id-distorsjonijiet tas-suq u l-ostakli għall-kompetizzjoni f’attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija.

    2. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li fil-ġurisdizzjoni tagħha jkollha u tinfurza liġijiet bħal dawn li jkunu neċessarji u xierqa biex jindirizzaw imġieba anti-kompetittiva unilaterali u konċertata fl-attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija.

    3. Partijiet Kontraenti bl-esperjenza fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom iqisu bis-sħiħ biex jipprovdu, meta jintalbu u fl-ambitu tar-riżorsi disponibbli, għajnuna teknika fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għal Partijiet Kontraenti oħra.

    4. Partijiet Kontraenti jistgħu jikkooperaw fl-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tagħhom billi jikkonsultaw lil xulxin u jibdlu l-informazzjoni.

    5. Jekk Parti Kontraenti tikkunsidra li xi mġieba anti-kompettitiva speċifikata mwettqa fiż-żona ta’ Parti Kontraenti oħra tkun qed teffettwa ħażin interess relevanti importanti għall-iskopijiet identifikati f’dan l-Artikolu, l-Parti Kontraenti tista’ tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra u tista’ titlob li l-awtoritàjiet tagħha tal-kompetizzjoni jibdew azzjoni xierqa għall-infurzar. Il-Parti Kontraenti li tkun qed tinnotifika għandha tinkludi f’din in-notifika biżżejjed informazzjoni biex tippermetti lill-Parti Kontraenti notifikata li tidentifika l-imġieba anti-kompetittiva li tkun is-soġġett tan-notifika u għandha tinkludi offerta għal aktar minn din l-informazzjoni u l-kooperazzjoni li l-Parti Kontraenti li tinnotifika tkun kapaċi tipprovdi. Il-Parti Kontraenti notifikata jew, skond il-każ, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni relevanti jistgħu jikkonsultaw ma’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Parti Kontraenti li qed tinnotifika u għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa għat-talba tal-Parti Kontraenti li qed tinnotifika waqt li din tiddeċiedi jekk għandhiex tinbeda jew le azzjoni ta’ infurzar fir-rigward ta’ l-imġieba anti-kompetittiva allegata identifikata fin-notifika. Il-Parti Kontraenti notifikata għandha tgħarraf lill-Parti Kontraenti li qed tinnotifika bid-deċiżjoni tagħha jew bid-deċiżjoni ta’ l-awtoritajiet relevanti tal-kompetizzjoni u tista’ jekk tkun tixtieq tinforma lill-Parti Kontraenti li qed tinnotifika bir-raġunijiet għad-deċiżjoni. Jekk tinbeda azzjoni ta’ l-infurzar, il-Parti Kontraenti notifikata għandha tavża lill-Parti Kontraenti li qed tinnotifika bir-riżultati tagħha, safejn jista’ jkun possibli, b’kull żvilupp interim sinifikanti.

    6. Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jeħtieġ il-provvista ta’ l-informazzjoni minn Parti Kontraenti kuntrarjament għal-liġijiet tagħha rigward il-kxif ta’ l-informazzjoni, il-konfidenzalità jew is-segretezza kummerċjali.

    7. Il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 5 u fl-Artikolu 27(1) għandhom ikunu l-mezzi esklussivi f’dan it-Trattat biex isolvu xi tilwim li jista’ jinqala’ fuq l-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 7

    Tranżitu

    1. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiffaċilita t-tranżitu tal-materjali u l-prodotti ta’ l-enerġija b’konsistenza mal-prinċipju tal-libertà tat-tranżitu u mingħajr distinzjoni minħabba fl-oriġini, d-destinazzjoni jew il-pussess ta’ dawn il-materjali u l-prodotti ta’ l-enerġija jew diskriminazzjoni rigward il-prezzatura fuq il-bażi ta’ dawn id-distinzjonijiet, u mingħajr ma jiġu imposti dewmien, restrizzjonijiet jew spejjeż mhux raġonevoli.

    2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu l-entitajiet biex jikkooperaw:

    (a) fl-immodernizzar tal-faċilitajiet tat-trasport ta’ l-enerġija għat-tranżitu tal-materjali u prodotti ta’ l-enerġija,

    (b) fl-iżvilupp u l-operazzjoni tal-faċilitajiet tat-trasport ta’ l-enerġija li jservu fiz-zoni ta’ aktar minn Parti Kontraenti waħda;

    (ċ) f’miżuri biex itaffu l-effetti ta’ l-interruzzjonijiet fil-provvista tal-materjali u l-prodotti ta’ l-enerġija;

    (d) fl-iffaċilitar ta’ l-interkonnessjoni tal-faċilitajiet tat-trasport ta’ l-enerġija.

    3. Kull Parti Kontraenti twiegħed li d-dispożizzjonijiet tagħha għat-trasport ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija u l-użu ta’ faċilitajiet tat-trasport ta’ enerġija għandhom jittrattaw materjali u prodotti ta’ l-enerġija fi tranżitu b’mod mhux anqas favorevoli mid-dispożizzjonijiet tagħha biex tittratta materjali u prodotti li jkunu ġejjin minn ġewwa jew iddestinati għaż-żona tagħha stess, sakemm ftehim internazzjonali eżistenti ma jipprovdix mod ieħor.

    4. Fil-każ li tranżitu ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija ma jkunx jista’ jsir fuq termini kummerċjali permezz ta’ faċilitajiet tat-trasport ta’ l-enerġija, l-Partijiet Kontraenti m'għandhomx jagħmlu ostakli biex tiġi stabbilita kapaċità ġdida, minbarra kif jista’ jiġi provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni applikabbli li tkun konsistenti mal-paragrafu 1.

    5. Parti Kontraenti li miż-żona tagħha materjali u prodotti ta’ l-enerġija jistgħu jgħaddu m'għandhiex tiġi obbligata biex

    (a) tippermetti l-kostruzzjoni jew il-modifika ta’ faċilitajiet għat-trasport ta’ l-enerġija; jew

    (b) tippermetti tranżitu ġdid jew miżjud minn ġo faċilitajiet eżistenti tat-trasport ta’ l-enerġija.

    li hija turi lill-Partijiet Kontraenti l-oħra konċernati li jipperikolaw is-sigurtà jew l-effiċjenza fis-sistemi tagħha ta’ l-enerġija, inkluża s-sigurtà tal-provvista.

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom, bla ħsara għall-paragrafi 6 u 7, jiżguraw movimenti stabbiliti ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija għal, minn jew bejn iz-zoni ta’ Partijiet Kontraenti oħra.

    6. Parti Kontraenti li miż-żona tagħha materjali u prodotti ta’ l-enerġija jgħaddu m’għandhiex, fil-każ ta’ tilwima fuq xi kwistjoni li tinqala’ minn dak it-tranżitu, tinterrompi jew tnaqqas, tippermetti xi entità soġġetta għall-kontroll tagħha li tinterrompi jew tnaqqas, jew tirrikjedi li xi entità soġġetta għall-ġurisdizzjoni tagħha tinterrompi jew tnaqqas il-passaġġ eżistenti ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija qabel il-konklużjoni tal-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwima stabbiliti fil-paragrafu 7, minbarra fejn dan ikun speċifikament previst f’kuntratt jew fi ftehim ieħor li jiggwida dan it-tranżitu jew fejn dan ikun permess skond id-deċiżjoni tal-konċiljatur.

    7. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għal tilwima deskritta fil-paragrafu 6, imma biss wara li jfallu r-rimedji kontrattwali relevanti kollha jew rimedji oħra għas-soluzzjoni ta’ tilwima li jkun hemm qbil dwarhom minn qabel bejn il-Partijiet Kontraenti li jkunu parti f’tilwima jew bejn xi entità msemmija fil-paragrafu 6 u f’entità ta’ Parti Kontraenti oħra li tkun parti f’tilwima:

    (a) Parti Kontraenti li tkun parti f’tilwima tista’ tirreferiha lis-Segretarju Ġenerali permezz ta’ notifika li tagħti sommarju tal-kwistjonijiet li dwarhom ikun hemm tilwima. Is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika lill-Partjiet Kontraenti b’riferiment bħal dan.

    (b) Fi żmien 30 jum mill-riċevuta tan-notifika, s-Segretarju Ġenerali, f’konsultazzjonijiet mal-partijiet f’tilwima u l-Partjiet Kontraenti l-oħra konċernati, għandu jaħtar konċiljatur. Dan il-konċiljatur għandu jkollu esperjenza fil-kwistjonijiet soġġetti għal tilwima u m'għandux ikun sudditu jew ċittadin jew resident permanenti f’parti f’tilwima jew f’waħda mill-Partijiet Kontraenti l-oħra konċernati.

    (ċ) Il-konċiljatur għandu jfittex il-qbil tal-partjiet f’tilwima favur is-soluzzjoni tagħha jew favur proċedura biex tintlaħaq din is-soluzzjoni. Jekk fi żmien 90 jum mill-ħatra tiegħu hu jkun naqas milli jġib dan il-ftehim, huwa għandu jirrakkomanda soluzzjoni f’tilwima jew proċedura biex tintlaħaq din is-soluzzjoni u għandu jiddeċiedi t-tariffi interim u termini u kondizzjonijiet oħra li għandhom jiġu osservati fit-tranżitu minn data li huwa għandu jispeċifika sakemm it-tilwima tiġi riżolta.

    (d) Il-Partjiet Kontraenti jwiegħdu li josservaw u jiżguraw li l-entitajiet taħt il-kontroll jew il-ġurisdizzjoni tagħhom josservaw kwalunkwe deċiżjoni interim taħt is-sub-paragrafu (ċ) fuq tariffi, termini u kondizzjonijiet għall-12-il xahar wara d-deċiżjoni tal-konċiljatur jew sas-soluzzjoni tat-tilwima, liema minnhom tiġi l-ewwel.

    (e) Minkejja s-sub-paragrafu (b) is-Segretarju Ġenerali jista’ jagħżel li ma jaħtarx konċiljatur jekk fil-fehma tiegħu t-tilwima tittratta tranżitu li jkun jew li kien is-suġġett tal-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwima stabbiliti fis-sub-paragrafi minn (a) sa’ (d) u dawk il-proċeduri ma jkunux irriżultaw għas-soluzzjoni tat-tilwima.

    (f) Il-Konferenza tal-Karta għandha tadotta dispożizzjonijiet standard rigward it-tmexxija tal-konċiljazzjoni u l-kumpens tal-konċiljaturi.

    8. Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jidderoga mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ Parti Kontraenti taħt liġi internazzjonali inkluża liġi internazzjonali konvenzjonali, ftehim eżistenti bilaterali jew multilaterali, inklużi regoli rigward cables u pajpijiet taħt il-baħar.

    9. Dan l-Artikolu m’għandux jiġi interpretat bħala li jobbliga xi Parti Kontraenti li ma jkollhiex ċertu tip ta’ faċilitajiet għat-trasport ta’ l-enerġija użati għat-tranżitu biex jieħdu xi miżura taħt dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dak it-tip ta’ faċilitajiet għat-trasport ta’ l-enerġija. Din il-Parti Kontraenti tkun, madankollu, obbligata biex tikkonforma mal-paragrafu 4.

    10. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

    (a) "Tranżitu" ifisser:

    (i) il-ġarr minn ġo żona ta’ Parti Kontraenti, jew lejn jew minn faċilitajiet ta’ port f’din iż-żona għat-tagħbija jew għall-ħatt, ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija li joriġinaw fiż-żona ta’ Stat ieħor u li jkunu destinati għaż-żona ta’ Stat terz, sakemm jew l-Istat l-ieħor jew l-Istat terz ikun Parti Kontraenti; jew

    (ii) il-garr minn ġoż-żona ta’ Parti Kontraenti ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija li ġejjin miż-żona ta’ Parti Kontraenti oħra u destinati għaż-żona ta’ dik il-Parti Kontraenti l-oħra, sakemm iż-żewġ Partijet Kontraenti konċernati ma jiddeċidux mod ieħor u jirreġistraw id-deċiżjoni tagħhom b’nota konġunta fl-Anness N. Iż-żewġ Partijiet Kontraenti jistgħu jħassru r-reġistrazzjoni tagħhom fl-Anness N billi jikkonsenjaw notifika konġunta bil-miktub dwar l-intenzjonijiet tagħhom lis-Segretarjat, li għandu jibgħat dik in-notifika lill-Partjiet Kontraenti l-oħra kollha. Il-kanċellament għandu jidħol fis-seħħ erba’ ġimgħat wara din in-notifika preċedenti.

    (b) "Faċilitajiet għat-trasport ta’ l-enerġija" jikkonsistu f’linji ta’ pajpijiet għat-trasmissjoni tal-gass bi pressjoni għolja, gradilji u linji tat-trasmissjoni elettrika b’voltaġġ għoli, linji tal-pajpijiet tas-slurry tal-faħam, linji tal-pajpijiet ta’ prodotti taż-żjut, u faċilitajiet fissi oħra speċifikament għall-immanniġġar ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija.

    Artikolu 8

    Trasferiment ta’ teknoloġija

    1. Il-Partjiet Kontraenti jaqblu li jippromwovu aċċess għat-teknoloġija ta’ l-enerġija u t-trasferiment tagħha fuq bażi kummerċjali u non-diskriminatorja biex jgħin fil-kummerċ effettiv ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija u f’investiment u li jimplimentaw l-għanijiet tal-Karta soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, u għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

    2. Għalhekk, safejn ikun meħtieġ biex jidħol fis-seħħ il-paragrafu 1 il-Partijiet Kontraenti għandhom jeliminaw ostakoli eżistenti u ma joħolqux ostakoli ġodda għat-trasferiment ta’ teknoloġija fil-qasam tal-materjali u l-prodotti ta’ l-enerġija u t-tagħmir u s-servizzi relatati, bla ħsara għal non-proliferazzjoni u għal obbligazzjonijiet internazzjonali oħra.

    Artikolu 9

    Aċċess għall-kapital

    1. Il-Partijiet Kontraenti jagħrfu l-importanza tas-swieq tal-kapitali miftuħa biex jiġi mħajjar il-moviment tal-kapital biex jiffinanzja l-kummerċ f’materjali u prodotti ta’ l-enerġija u fit-twaqqif u l-għajnuna għall-investimenti fl-attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija fiz-zoni ta’ Partjiet Kontraenti oħra, partikolarment dawk b’ekonomiji fi transizzjoni. Kull Parti Kontraenti għandha għalhekk tfittex li tippromwovi kondizzjonijiet ta’ l-aċċess għas-suq kapitali tagħha minn kumpanniji u sudditi ta’ Partijiet Kontraenti oħra, bil-għan li jiffinanzjaw kummerċ f’materjali u prodotti ta’ l-enerġija u bil-għan ta’ investiment fl-attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija fiz-zoni ta’ dawk il-Partijiet Kontraenti l-oħra, fuq bażi mhux anqas favorevoli minn dik li tkun tagħti f’ċirkostanzi bħal dawn lill-kumpaniji tagħha stess u lil sudditi jew kumpaniji ta’ kull Parti Kontraenti jew kull Stat terz ieħor, liema minnhom tkun l-aktar favorevoli.

    2. Parti Kontraenti tista’ tadotta u ssostni programmi li jipprovdu aċċess għal self pubbliku, konċessjonijiet, garanziji jew assigurazzjoni biex jiġi faċilitat il-kummerċ jew l-investiment barra l-pajjiż.Din għandha tagħmel dawn il-faċilitajiet disponibbli, konsistenti ma’ l-għanijiet, il-limitazzjonijiet u l-kriterji ta’ programmi bħal dawn (inklużi xi għanijiet, limitazzjonijiet jew kriterji rigward il-post tan-negozju ta’ applikant għal kull faċilità bħal din jew il-post tal-konsenja ta’ l-merkanzija inkella s-servizzi provduti bl-appoġġ ta’ xi faċilità bħal din) għall-investimenti fl-attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija ta’ Parti Kontraenti oħra jew biex jiġi finanzjat il-kummerċ f’materjali u prodotti ta’ l-enerġija ma’ Partjiet Kontraenti oħra.

    3. Il-Partjiet Kontraenti għandhom, waqt l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija biex itejbu l-istabbilità ekonomika u l-klimi ta’ l-investiment tal-Partijiet Kontraenti, iħabirku kif xieraq biex jinkoraġġixxu l-operat u jieħdu vantaġġ mill-professjonalita_ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali relevanti.

    4. Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jippreveni:

    (a) istituzzjonijiet finanzjarji milli japplikaw il-prattiċi tas-self jew tas-sottoskrizzjoni tagħhom stess ibbażati fuq prinċipji tas-suq u konsiderazzjonijiet ta’ prudenza; jew

    (b) Parti Kontraenti milli tieħu miżuri:

    (i) għal raġunijiet ta’ prudenza, inkluża l-protezzjoni ta’ l-investituri, l-konsumaturi, d-depożitanti, id-detenturi ta’ poloz jew il-persuni li lejhom obbligazzjoni fiduċarja tkun debitata minn proveditur ta’ servizzi finanzjarji; jew

    (ii) biex tiżgura ruħha mill-integrità u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja u s-swieq tal-kapitali tagħha.

    PARTI III

    PROMOZZJONI U PROTEZZJONI TA’ L-INVESTIMENT

    Artikolu 10

    Promozzjoni, protezzjoni u trattament ta’ l-investimenti

    1. Kull Parti Kontraenti għandha, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat, tinkoraġġixxi u toħloq kondizzjonijet stabbli, ekwi, favorevoli u trasparenti għall-investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra biex jagħmlu investimenti fiż-żona tagħha. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu impenn biex jagħtu dejjem trattament ġust u ekwu lill-investimenti ta’ investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra. Dawn l-investimenti għandhom ukoll igawdu l-aktar protezzjoni u sigurtà kostanti u l-ebda Parti Kontraenti ma tista’ b’xi mod ixxellef b’miżuri mhux raġonevoli jew diskriminatorji l-amministrazzjoni, l-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija jew it-tneħħija tagħhom. Fl-ebda każ għandhom dawn l-investimenti jingħataw trattament anqas favorevoli minn dak meħtieġ mil-liġi internazzjonali, inklużi l-obbligazzjonijiet tat-trattat. Kull Parti Kontrattati għandha tosserva l-obbligazzjonijiet kollha li tkun daħlet għalihom ma’ investitur jew f’investiment ta’ investitur ta’ xi Parti Kontraenti oħra.

    2. Kull Parti Kontraenti għandha tfittex li tagħti lil investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra t-trattament deskritt fil-paragrafu 3 rigward l-investimenti li jsiru fiż-żona tagħha.

    3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "trattament" ifisser trattament li jingħata minn Parti Kontraenti li ma jkunx anqas favorevoli minn dak li din tagħti lill-investituri tagħha stess jew lill-investituri ta’ kull Parti Kontraenti oħra jew lil Stat terz, liema minnhom ikun l-aktar favorevoli.

    4. Trattat supplimentari għandu, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu elenkati fih, jobbliga lil kull parti fih li tagħti lil investituri tal-partijiet l-oħra, t-trattament deskritt fil-paragrafu 3 rigward investimenti li jsiru fiż-żona tagħhom,. Dak it-trattat għandu jinfetaħ għall-firma mill-Istati u l-Organizzazzjonijiet għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li firmaw jew aċċedew għal dan it-Trattat. Negozjati lejn it-trattat supplimentari għandhom jibdew mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1995, bil-għan li dan jiġi konkluż sal-1 ta’ Jannar 1998.

    5. Kull Parti Kontraenti għandha, rigward l-investimenti li jsiru fiż-żona tagħha, tfittex li:

    (a) tillimita għal minimu l-eċċezzjonijiet għat-Trattament deskritt fil-paragrafu 3;

    (b) tneħħi progressivament ir-restrizzjonijiet eżistenti li jeffettwaw l-investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra.

    6. (a) Parti Kontraenti tista’, biex isiru investimenti fiż-żona tagħha, f’kull waqt tiddikjara volontarjament lill-Karta tal-Konferenza, permezz tas-Segretarjat, l-intenzjoni tagħha li ma tintroduċix eċċezzjonijiet ġodda għat-trattament deskritt fil-paragrafu 3.

    (b) Parti Kontraenti tista’, barra minn hekk, f’kull waqt tagħmel impenn volontarju biex tagħti lil investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra, biex isiru investimenti f’ċerti attivitajiet ekonomiċi jew fl-attivitajiet ekonomiċi kollha fis-settur ta’ l-enerġija fiż-żona tagħha, t-trattament deskritt fil-paragrafu 3. Dawn l-impenji għandhom jiġu notifikati lis-Segretarjat u elenkati fl-Anness VĊ u għandhom ikunu jorbtu taħt dan it-Trattat.

    7. Kull Parti Kontraenti għandha tagħti lil investimenti fiż-żona tagħha ta’ investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra, u lill-attivitajiet relatati tagħhom, inkluża l-amministrazzjoni, manutenzjoni, użu, tgawdija u tneħħija, trattament xejn anqas favorevoli minn dak li hi tagħti lill-investimenti ta’ l-investituri tagħha stess jew lill-investituri ta’ kull Parti Kontraenti oħra jew ta’ kull Stat terz u lill-attivitajiet relatati magħhom, inklużi l-amministrazzjoni, l-manutenzjoni, l-użu, t-tgawdija u t-tneħħija, liema minnhom ikun l-aktar favorevoli.

    8. Il-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 7 fir-rigward ta’ programmi li taħtom Parti Kontraenti tipprovdi konċessjonijiet jew għajnuna finanzjarja oħra, jew tidħol f’kuntratti, għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija ta’ l-enerġija, għandhom jiġu riservati għat-trattat supplimentari deskritt fil-paragrafu 4. Kull Parti Kontraenti għandha, permezz tas-Segretarjat, iżżomm il-Konferenza tal-Karta informata dwar il-modalitajiet li tkun tapplika għall-programmi deskritti f’dan il-paragrafu.

    9. Kull Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li tiffirma jew taċċedi għal dan it-Trattat għandha, fid-data li hi tiffirma t-Trattat jew tiddepożita l-Istrumenti tagħha ta’ l-adeżjoni, tressaq quddiem is-Segretarjat rapport li jkollu sommarju tal-liġijiet, ir-regoli jew il-miżuri relevanti l-oħra għal:

    (a) eċċezzjonijiet għall-paragrafu 2; jew

    (b) il-programmi msemmija fil-paragrafu 8.

    Parti Kontraenti għandha żżomm ir-rapport tagħha aġġornat billi tressaq emendi quddiem is-Segretarjat. Il-Konferenza tal-Karta għandha tirrevedi dawn ir-rapporti minn żmien għal żmien.

    Fir-rigward tas-sub-paragrafu (a) ir-rapport jista’ jindika partijiet tas-settur ta’ l-enerġija li fihom Parti Kontraenti tagħti lil investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra t-trattament deskritt fil-paragrafu 3.

    Fir-rigward tas-sub-paragrafu (b) r-reviżjoni tal-Konferenza tal-Karta tista’ tikkunsidra l-effetti ta’ dawn il-programmi fuq il-kompetizzjoni u l-investimenti.

    10. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, t-trattament deskritt fil-paragrafi 3 u 7 m'għandux jgħodd għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali; minflok, it-trattament għandu jiġi speċifikat fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ftehim internazzjonali applikabbli għall-potezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali li għalihom il-Partijiet Kontraenti rispettivi jkunu partijiet.

    11. Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 l-applikazzjoni minn Parti Kontraenti ta’ miżura ta’ investiment relatata mal-kummerċ kif deskritta fl-Artikolu 5(1) u (2) għal investiment ta’ investitur ta’ Parti Kontraenti oħra li teżisti fil-waqt ta’ applikazzjoni bħal din għandha, bla ħsara għall-Artikolu 5(3) u (4), tiġi kunsidrata bħala ksur ta’ obbligazzjoni ta’ Parti Kontraenti preċedenti taħt din il-parti.

    12. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li l-liġi domestika tagħha tipprovdi mezzi effettivi għall-asserzjoni ta’ pretensjonijiet u l-infurzar tad-drittijiet fir-rigward ta’ l-investimenti, l-ftehim dwar investimenti, u l-awtorizzazzjonijiet għal investiment.

    Artikolu 11

    Impjegati prinċipali

    1. Parti Kontraenti għandha, bla ħsara għal-liġijiet u r-regolamenti tagħha relatati mad-dħul, is-soġġorn u x-xogħol ta’ persuna naturali, teżamina b’intenzjoni retta talbiet minn investituri ta’ Parti Kontraenti oħra, u impjegati prinċipali li jiġu ngaġġati minn dawk l-investituri jew minn investimenti ta’ dawk l-investituri biex jidħlu u jibqgħu temporanjament fiż-żona tagħha biex jindaħlu f’attivitajiet konnessi mat-twaqqif u l-iżvilupp, l-amminstrazzjoni, l-manutenzjoni, l-użu, t-tgawdija jew it-tneħħija ta’ investimenti relevanti, inkluż l-għoti ta’ pariri u servizzi tekniċi prinċipali.

    2. Parti Kontraenti għandha tippermetti investituri ta’ Parti Kontraenti oħra li jkollhom investimenti fiż-żona tagħha, u lil investimenti ta’ investituri bħal dawn, li jimpjegaw kull persuna prinċipali li jagħżel l-investitur jew l-investiment mingħajr ma jingħata kas tan-nazzjonalità u ċ-ċittadinanza basta li dik il-persuna prinċipali tkun tħalliet tidħol, tibqa’ jew taħdem fiż-żona tal-Parti Kontraenti u li l-impjieg ikkonċernat ikun jikkonforma mat-termini, l-kondizzjonijiet u l-iskadenzi ta’ żmien tal-permess mogħti lil din il-persuna prinċipali.

    Artikolu 12

    Kumpens għat-telf

    1. Minbarra fejn jgħodd l-Artikolu13, investitur ta’ xi Parti Kontraenti li jsofri telf fir-rigward ta’ xi investiment fiż-żona ta’ Parti Kontraenti oħra minħabba l-gwerra jew konflitt armat ieħor, stat ta’ emerġenza nazzjonali, rewwixta ċivili, jew avveniment ieħor simili f’dik iż-żona, għandu jingħata mill-Parti Kontraenti ta’ l-aħħar, bħala restituzzjoni, indennizz, kumpens jew ftehim ieħor, trattament li jkun l-aktar favorevoli minn fost dawk li dik il-Parti Kontraenti tagħti lil xi investitur ieħor, kemm jekk ikun l-investitur tagħha, l-investitur ta’ xi Parti Kontraenti oħra, jew l-investitur ta’ xi Stat terz.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, investitur ta’ Parti Kontraenti li, f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu, jsofri telf fiż-żona ta’ Parti Kontraenti oħra li tirriżulta minn:

    (a) rekwisizzjoni ta’ l-investiment tagħha jew ta’ parti minnu mill-forzi jew l-awtoritajiet ta’ dawn ta’ l-aħħar; jew

    (b) il-qerda ta’ l-investiment jew ta’ parti minnu mill-forzi jew l-awtoritajiet ta’ dawn ta’ l-aħħar, li ma kinitx meħtieġa min-neċessità tas-sitwazzjoni;

    għandu jingħata restituzzjoni jew kumpens li f’kull każ għandu jkun bla dewmien, adegwat u effettiv.

    Artikolu 13

    Esproprjazzjoni

    1. Investimenti ta’ investituri ta’ Parti Kontraenti fiż-żona ta’ xi Parti Kontraenti oħra m'għandhomx jiġu nazzjonalizzati, esproprjati jew assoġġettati għal miżura jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għan-nazzjonalizzazzjoni jew l-esproprjazzjoni (minn issa "l quddiem imsejħa" esproprjazzjoni) minbarra fejn din l-esproprjazzjoni tkun:

    (a) għal għan li jkun fl-interess pubbliku:

    (b) non-diskriminatorja;

    (ċ) mwettqa taħt il-proċess normali tal-liġi; u

    (d) akkompanjata mill-ħlas ta’ kumpens bla dewmien, adegwat u effettiv.

    Dan il-kumpens għandu jammonta għall-valur ġust kummerċjali ta’ l-investiment esproprjat fil-waqt immedjatament qabel l-esproprjazzjoni jew l-esproprjazzjoni imminenti tkun ġiet magħrufa b’mod li teffettwa l-valur ta’ l-investiment (minn issa "l quddiem imsejħa" id-data tal-valutazzjoni’)

    Dan il-valur kummerċjali ġust fuq it-talba ta’ l-investitur għandu jiġi espress f’munita liberament konvertibbli fuq il-bażi tar-rata kummerċjali tal-kambju eżistenti għal dik il-munita fid-data tal-valutazzjoni. Il-kumpens għandu wkoll jinkludi l-interessi b’rata’ kummerċjali stabbilita fuq il-bażi tas-suq mid-data ta’ l-esproprjazzjoni sad-data tal-ħlas.

    2. L-investitur effettwat għandu jkollu d-dritt li jissuġġerixxi reviżjoni, taħt il-liġi tal-Parti Kontraenti li tkun qed tagħmel l-esproprjazzjoni, minn awtorità indipendenti kompetenti kemm ġudizzjarja kif ukoll ta’ xorta oħra ta’ dik il-Parti Kontraenti, tal-każ tiegħu, tal-valutazzjoni ta’ l-investiment tiegħu, u tal-ħlas ta’ kumpens skond il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.

    3. Biex jiġi evitat id-dubju, l-esproprjazzjoni għandha tinkludi sitwazzjonijiet fejn Parti Kontraenti tesproprja l-assi tal-kumpannija jew intrapriża fiż-żona tagħha li fiha investitur ta’ xi Parti Kontraenti oħra jkollu investiment, inkluż permezz tal-pussess ta’ l-ishma.

    Artikolu 14

    Trasferimenti relatati ma’ l-investimenti

    1. Kull Parti Kontraenti għandha fir-rigward ta’ l-investimenti fiż-żona tagħha ta’investituri ta’ xi Parti Kontraenti oħra tiggarantixxi l-libertà tat-trasferiment ‘il ġewwa u ’l barra miż-żona tagħha, inkluż it-trasferiment ta’:

    (a) l-kapital inizjali biż-żjieda ta’ kull kapital miżjud għall-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ investiment;

    (b) l-introjti;

    (ċ) l-ħlasijiet skond kuntratt, inkluża l-amortizzazzjoni tal-principal u l-ħlasijiet ta’ l-interessi miġmugħa skond l-ftehim tas-self;

    (d) qligħ mhux minfuq u remunerazzjoni oħra tal-personal ingaġġat minn barra l-pajjiż in- konnessjoni ma’ dak l-investiment:

    (e) dħul mill-bejgħ jew mil-likwidazzjoni ta’ l-investiment kollu jew parti minnu;

    (f) ħlasijiet li jirriżultaw minn soluzzjoni ta’ tilwima;

    (g) ħlasijiet ta’ kumpens skond l-Artikoli 12 u 13.

    2. Trasferimenti skond il-paragrafu 1 għandhom isiru mingħajr dewmien u (minbarra fil-każ ta’ l-introjtu permezz ta’ oġġetti) f’munita liberament konvertibbli.

    3. Trasferimenti għandhom isiru bir-rata tas-suq tal-kambju eżistenti fid-data tat-trasferiment fir-rigward ta’ transazzjonijiet fuq il-post fil-munita li għandha tiġi trasferita. Fin-nuqqas ta’ suq tal-kambju barrani, r-rata li għandha tintuża għandha tkun ir-rata l-aktar reċenti applikata għall-investiment ’il ġewwa jew ir-rata tal-kambju l-aktar reċenti għall-konverżjoni tal-muniti fi drittijiet speċjali għall-ġbid, liema minnhom tkun l-aktar favorevoli għall-investitur.

    4. Minkejja l-paragrafi minn 1 sa 3, Parti Kontraenti tista’ tipproteġi d-drittijiet tal-kredituri, jew tiżgura l-konformità mal-liġijiet fuq il-ħruġ, il-kummerċ u n-negozju ta’ l-ishma u l-implimentazzjoni tas-sentenzi f’atti ġudizzjarji ċivili, amminstrattivi u kriminali, permezz ta’ l-applikazzjoni ġusta, non-diskriminatorjia u bl-applikazzjoni buona fede tal-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

    5. Minkejja l-paragrafu 2, Partijiet Kontraenti li jkunu Stati li kienu partijiet kostitwenti ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni tar-Rupubblici Soċjalisti Sovjetiċi jistgħu jipprovdu fi ftehim konkluż bejniethom li trasferimenti ta’ ħlasijiet għandhom isiru fil-muniti ta’ dawn il-Partijiet Kontraenti, basta li dan il-ftehim ma jittrattax investimenti fiz-zoni tagħhom ta’ investituri ta’ Partjiet Kontraenti oħra b’mod anqas favorevoli kemm minn investimenti ta’ investituri tal-Partijiet Kontraenti li daħlu fi ftehim bħal dan kif ukoll minn investimenti ta’ investituri ta’ Stat terz.

    6. Minkejja s-sub-paragrafu 1 (b) Parti Kontraenti tista’ tirrestrinġi t-trasferiment ta’ profitt f’oġġetti f’ċirkostanzi meta l-Parti Kontraenti tkun permessa b’konformità ma’ l-Artikolu 29(2)(a) jew il-GATT u l-Istrumenti Relatati biex tirrestrinġi jew tipprojbixxi l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott li jikkostitwixxi profitt f’oġġetti; bil-kondizzjoni li Parti Kontraenti għandha tippermetti trasferimenti ta’ profitti f’oġġetti li għandhom isiru kif awtorizzati jew speċifikati fi ftehim ta’ l-investiment, awtorizzazzjoni għall-investiment jew ftehim ieħor bil-miktub bejn il-Parti Kontraenti u jew investitur ta’ Parti Kontraenti oħra inkella l-investiment tagħha.

    Artikolu 15

    Surroga

    1. Jekk Parti Kontraenti jew l-aġenzija nominata minnha (minn issa ’l quddiem imsejħa "il-Parti Indennizzanti") tagħmel ħlas taħt indennizz jew garanzija mogħtija fir-rigward ta’ investiment ta’ investitur (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Parti Idennizzata") fiż-żona ta’ Parti Kontraenti oħra (minn issa ’l quddiem imsejħa "il-Parti Ospiti"), il-Parti Ospiti għandha tgħarraf:

    (a) l-assenjazzjoni lill-Parti Indennizzanti dwar id-drittijiet u l-pretensjonijiet kollha fir-rigward ta’ dak l-investiment; u

    (b) id-dritt tal-Parti Indennizzanti biex teżerċita dawn id-drittjiet kollha bis-saħħa tas-surroga.

    2. Il-Parti Indennizanti għandha tkun intitolata fiċ-ċirkostanzi kollha għal:

    (a) l-istess trattament fir-rigward tad-drittijiet u l-pretensjonijiet akkwistati minnha bis-saħħa ta’ l-assenjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u

    (b) l-istess ħlasijiet dovuti skond dawk id-drittijiet u l-pretensjonijiet,

    peress li l-Parti Indennizzata kienet intitolata li tirċievi bis-saħħa ta’ dan it-Trattat fir-rigward ta’ l-investiment ikkonċernat.

    3. Fi kwalunkwe proċedura b’konformità ma’ l-Artikolu 26, Parti Kontraenti m’għandhiex tasserixxi bħala difiża, kontra-pretensjoni, dritt ta’ tpaċija jew għal xi raġuni oħra, li l-indennizz jew kumpens ieħor għall-intier jew għal parti mid-danni allegati ġew riċevuti jew se jiġu riċevuti skond assigurazzjoni jew kuntratt ta’garanzija.

    Artikolu 16

    Relazzjoni għal ftehim ieħor

    Fejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar ikunu daħlu fi ftehim internazzjonali preċedenti, jew jidħlu fi ftehim internazzjonali sussegwenti, li t-termini tiegħu fiż-żewġ każi jikkonċernaw il-kwistjoni tas-suġġett tal-Parti III jew V ta’ dan it-Trattat;

    1. xejn fil-Parti III jew V ta’ dan it-Trattat m’għandu jinftiehem li jidderoga minn xi dispożizzjoni ta’ dawk it-termini tal-ftehim l-ieħor jew minn xi dritt għal soluzzjoni ta’ tilwima fir-rigward tagħha taħt dak il-ftehim; u

    2. xejn f’dawk it-termini tal-ftehim l-ieħor m’għandu jinftiehem li jidderoga minn xi dispożizzjoni tal-Parti III jew V ta’ dan it-Trattat jew minn xi dritt għas-soluzzjoni ta’ tilwima fir-rigward tagħha taħt dan il-Ftehim;

    fejn xi dispożizzjoni bħal din tkun aktar favorevoli għall-investitur jew l-investiment.

    Artikolu 17

    Non-applikazzjoni tal-Parti III f’ċerti ċirkostanzi

    Kull Parti Kontraenti tirriserva d-dritt li tiċħad il-vantaġġi ta’ din il-parti lil:

    1. entità legali jekk ċittadini jew is-sudditi ta’ Stat terz jippossedu jew jikkontrollaw dik l-entità u jekk dik l-entità ma jkollhiex attivitajiet kummerċjali sostanzjali fiż-żona tal-Parti Kontraenti li fiha tkun organizzata; jew

    2. investiment, jekk il-Parti Kontraenti li tkun qed tiċħad tistabbilixxi li dan l-investiment ikun ta’ investitur ta’ Stat terz li miegħu jew li għalih il-Parti Kontraenti li qed tiċħad:

    (a) ma jkollhiex relazzjoni diplomatika maghha; jew

    (b) tadotta jew iżżomm miżuri li:

    (i) jipprojbixxu tranżazzjonijiet ma’ investituri ta’ dak l-Istat; jew

    (ii) jisfaw abbuzati jew maqbuża jekk il-benefiċċji ta’ din il-parti jingħataw lil investituri ta’ dak l-Istat jew lill-investimenti tagħhom.

    PARTI IV

    DISPOŻIZZJONIJIET MIXELLANJI

    Artikolu 18

    Sovranità fuq riżorsi ta’ l-enerġija

    1. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu s-sovranità statali u d-drittijet sovrani fuq riżorsi ta’ l-enerġija. Huma jisħqu mill-ġdid li dawn għandhom jiġu eżerċitati b’konformità u jkunu soġġetti għar-regoli tal-liġi internazzjonali.

    2. Mingħajr ma jeffettwaw l-għanijiet għall-promozzjoni ta’ l-aċċess għar-riżorsi ta’ l-enerġija, u l-esplorazzjoni u l-iżvilupp tagħhom fuq bażi kummerċjali, t-Trattat m’għandu bl-ebda mod jippreġudika r-regoli fil-Partijiet Kontraenti li jiggwidaw is-sistema tal-pussess tal-proprjetà fuq riżorsi ta’ l-enerġija.

    3. Kull Stat jibqa’ jżomm partikolarment id-drittijiet li jiddeċiedi z-zoni geografiċi li fiż-żona tiegħu għandhom isiru disponibbli għall-esplorazzjoni u l-iżvilupp tar-riżorsi ta’ l-enerġija tiegħu, l-aħjar mod biex dawn jinkisbu u r-rata li biha huma jistgħu jinħlew jew b’mod ieħor jiġu sfruttati, biex jispeċifika u jgawdi dawk it-taxxi, royalties jew ħlasijiet finanzjarji oħra pagabbli bis-saħħa ta’ din l-esplorazzjoni u sfruttar, u biex jirregola l-aspetti ambjentali u ta’ sigurtà ta’ din l-esplorazzjoni, l-iżvilupp u r-reklamazzjoni fiż-żona tiegħu, u biex jipparteċipa f’din l-esplorazzjoni u sfruttar, inter alia, permezz ta’ parteċipazzjoni diretta mill-gvern jew permezz ta’ l-intrapriżi statali.

    4. Il-Partijiet Kontraenti jwiegħdu li jiffaċilitaw l-aċċess tar-riżorsi ta’ l-enerġija, inter alia, billi jallokaw b’mod non-diskriminatorju fuq il-bażi ta’ l-awtorizzazzjonijiet tal-kriterji, l-liċenzi, l-konċessjonijiet u l-kuntratti pubblikati, biex jipprospettaw u jesploraw, jew biex jisfruttaw jew jiggeneraw ir-riżorzi ta’ l-enerġija.

    Artikolu 19

    Aspett ambjentali

    1. Biex jintlaħaq żvilupp sostenibbli u waqt li jitiqesu l-obbligazzjonijiet tagħha taħt dak il-ftehim internazzjonali rigward l-ambjent li għaliħ tkun parti, kull Parti Kontraenti għandha tfittex li timminimizza b’mod ekonomikament effiċjenti impatti ambjentali ta’ ħsara li jsiru jew ġewwa inkella barra ż-żona tagħha mill-operazzjonijiet kollha fiċ-ċiklu ta’ l-enerġija fiż-żona tagħha, waqt li tagħti konsiderazzjoni xierqa għas-sigurtà. Waqt li tagħmel dan kull Parti Kontraenti għandha taġixxi b’mod li l-ispejjeż ikunu jirrendu. Fil-linji politiċi u l-azzjonijiet tagħha kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri ta’ prekawzjoni biex tippreveni jew tnaqqas id-degradazzjoni ambjentali. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-inkwinatur fiz-zoni tal-Partijiet Kontraenti, għandu, fil-prinċipju jħallas l-ispiża tat-tniġġis, inkluż it-tniġġis trans-konfinanti, waqt li jitqies l-interess pubbliku u mingħajr ma jkun hemm tgħawwiġ ta’ l-investiment fiċ-ċiklu ta’ l-enerġija jew tal-kummerċ internazzjonali. Il-Partijiet Kontraenti għandhom għalhekk:

    (a) iqisu l-konsiderazzjonijiet ambjentali matul il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-modalitajiet tagħhom ta’ l-enerġija;

    (b) jippromwovu formulazzjoni ta’ prezz orjentat għas-suq u riflessjoni aktar wiesgħa ta’ l-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali matul iċ-ċiklu ta’ l-enerġija;

    (ċ) waqt li jqisu l-Artikolu 34(4), jinkoraġġixxu kooperazzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali tal-Karta u kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-i standards ambjentali internazzjonali fiċ-ċiklu ta’ l-enerġija, waqt li jqisu d-differenzi fl-effetti avversi u t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż bejn il-Partijiet Kontraenti;

    (d) iqisu b’mod partikolari li jtejbu l-effiċjenza fejn tidħol l-enerġija, li jiżviluppaw u jużaw sorsi renovabbli ta’ l-enerġija, li jippromwovu l-użu ta’ karburanti aktar nodfa u li jużaw teknoloġiji u mezzi teknoloġiċi biex inaqqsu t-tniġġis.;

    (e) jippromwovu l-ġbir u l-iskambju bejn il-Partjiet Kontraenti ta’ informazzjoni dwar metodi ta’ l-enerġija li jkunu tajba għall-ambjent u ekonomikament effiċjenti kif ukoll prattiċi u teknoloġiji effettivi fejn jidħlu l-ispejjiż;

    (f) jippromwovu għarfien pubbliku ta’ l-impatti ambjentali tas-sistemi ta’ l-enerġija, tal-possibbiltà ta’ prevenzjoni jew tat-tnaqqis ta’ l-impatti ambjentali avversi tagħhom, u ta’ l-ispejjeż assoċjati mad-diversi miżuri ta’ prevenzjoni jew tnaqqis;

    (g) jippromwovu u jikkooperaw fir-riċerka, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji, prattiċi u proċessi li jkunu effiċjenti fl-enerġija u bla ħsara għall-ambjent, li għandhom inaqqsu l-impatti ambjentali ta’ ħsara ta’ l-aspetti kollha taċ-ċiklu ta’ l-enerġija b’mod ekonomikament effiċjenti;

    (h) jinkoraġġixxu kondizzjonijiet favorevoli għat-trasferiment u d-disseminazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji b’mod konsistenti mal-protezzjoni adegwata u effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali;

    (i) jippromwovu l-istima trasparenti fi stadju bikri u qabel id-deċiżjoni, u l-moniteraġġ sussegwenti ta’ l-impatti fuq l-ambjent ta’ proġetti ta’ investiment li huma sinifikanti ghal dan il-qasam;

    (j) jippromwovu għarfien internazzjonali u skambju ta’ informazzjoni fuq programmi ambjentali relevanti tal-Partijiet Kontraenti u fuq l-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi u l-i standards;

    (k) jipparteċipaw, meta jintalbu, u skond ir-riżorsi disponibbli tagħhom, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi ambjentali approprjati fil-Partijiet Kontraenti.

    2. Fuq it-talba ta’ Parti Kontraenti waħda jew aktar, it-tilwim rigward l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom, safejn arranġamenti għall-konsiderazzjoni ta’ tilwim bħal dan ma jkunux jeżistu f’fora oħra internazzjonali approprjati, jiġu riveduti mill-Konferenza tal-Karta bl-iskop li tinsab soluzzjoni.

    3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

    (a) "ċiklu ta’ l-enerġija" tfisser is-sensiela ta’ l-enerġija kollha kemm hi, inklużi attivitajiet relatati mat-tfittxija, l-esplorazzjoni, l-produzzjoni, l-konverżjoni, l-ħażna, t-trasport, id-distribuzzjoni u l-konsum tad-diversi forom ta’ l-enerġija, u t-trattament u t-tneħħija ta’ l-iskart, kif ukoll id-dekommissjonar, il-waqfien jew l-għeluq ta’ dawn l-attivitajiet, waqt li jitnaqqsu l-impatti ambjentali ta’ ħsara;

    (b) "impatt ambjentali" ifisser kull effett ikkawżat minn ċerta attività fuq l-ambjent, inklużi s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem, il-flora, l-fawna, l-ħamrija, l-arja, l-ilma, l-klima, l-paesaġġ u l-monumenti storiċi jew stutturi fiżiċi oħrajn jew l-interazzjonijiet fost dawn il-fatturi; dan jinkludi wkoll l-effetti fuq il-wirt storiku jew il-kondizzjonijet soċjo-ekonomiċi li jirriżultaw minn tibdil f’dawk il-fatturi;

    (ċ) "titjib ta’ l-effiċjenza fl-enerġija" tfisser li wieħed jaġixxi biex iżomm l-istess unità ta’ produzzjoni (ta’ oġġett jew ta’servizz) mingħajr ma jnaqqas il-kwalità jew l-effiċjenza tal-prodott, filwaqt li jnaqqas l-ammont ta’ enerġija meħtieġa biex jipproduċi dak il-prodott.

    (d) "effettiv skond l-ispejjeż" ifisser li jilħaq għan definit bl-inqas spiża biex jintlaħaq l-akbar benefiċċju b’ċerta spiża.

    Artikolu 20

    Trasparenza

    1. Liġijiet, regoli, sentenzi ġudizzjarji u deċiżjonijiet amministrattivi li jkollhom applikazzjoni ġenerali li jeffettwaw il-kummerċ f’materjali u prodotti ta’ l-enerġija jkunu, b’konformità ma’ l-Artikolu 29(2)(a), fost il-miżuri soġġetti għad-dixxiplini tat-trasparenza fil-GATT u l-Istrumenti Relatati relevanti.

    2. Liġijiet, regoli, sentenzi ġudizzjarji u deċiżjonijiet amministrattivi li jkollhom applikazzjoni ġenerali mdaħħla fis-seħħ minn kull Parti Kontraenti, u ftehim fis-seħħ bejn Partijiet Kontraenti, li jeffettwaw kwistjonijiet oħra koperti minn dan it-Trattat għandhom ukoll jiġu pubblikati bla dewmien b’tali mod li l-Partijiet Kontraenti u l-investituri jkunu jistgħu jidrawhom. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m'għandhomx jeħtieġu li xi Parti Kontraenti tikxef informazzjoni konfidenzali li tkun se timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tkun kuntrarja għall-interess pubbliku jew tkun se tipperikola l-interess leġittmu kummerċjali ta’ xi investitur.

    3. Kull Parti Kontraenti għandha tinnomina punt wieħed jew aktar li lilhom ikunu jistgħu jiġu indirizzati talbiet għall-informazzjoni fuq il-liġijiet, ir-regolamenti, s-sentenzi ġudizzjarji u d-deċiżjonijiet amministrattivi msemmija hawn fuq u għandha tikkomunika malajr din in-nominazzjoni lis-Segretarjat li għandu jagħmilha disponibbli malli din tintalab.

    Artikolu 21

    Tassazzjoni

    1. Minbarra kif previst mod ieħor f’dan l-Artikolu, xejn f’dan it-Trattat m’għandu joħloq drittijiet jew jimponi obbligazzjonijiet fir-rigward tal-miżuri tat-tassazzjoni tal-Partijiet Kontraenti. Fil-każ ta’ xi inkonsistenza bejn dan l-Artikolu u xi dispożizzjoni oħra tat-Trattat, dan l-Artikolu għandu jipprevali safejn għandha x’taqsam l-inkonsistenza.

    2. L-Artikolu 7(3) għandu jgħodd għall-miżuri tat-tassazzjoni barra minn dawk fuq id-dħul jew fuq il-kapital, ħlief li din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal:

    (a) vantaġġ mogħti minn Parti Kontraenti skond id-dispożizzjonijiet tat-taxxa ta’ xi konvenzjoni, ftehim jew arranġament deskritt fis-sub-paragrafu (7) (a) (ii); jew

    (b) kwalunkwe miżura tat-tassazzjoni mirata biex tiżgura l-ġbir effettiv tat-taxxi, minbarra fejn il-miżura ta’ Parti Kontraenti b’mod arbitrarju tiddiskrimina kontra materjali u prodotti ta’ l-enerġija li joriġinaw jew huma destinati għaż-żona ta’ Parti Kontraenti oħra jew b’mod arbitrarju jirrestrinġu l-benefiċċji mogħtija b’konformità ma’ l-Artikolu 7(3).

    3. L-Artikolu 10(2) u (7) għandu jgħodd għall-miżuri tat-tassazzjoni tal-Partijiet Kontraenti ħlief għal dawk fuq id-dħul jew fuq il-kapital, ħlief li dawn il-posizzjonijiet m’għandhomx jgħoddu biex:

    (a) jimponu obbligazzjonijiet ta’ nazzjon mill-aktar favorit fir-rigward ta’ vantaġġi mogħtija minn Parti Kontraenti skond id-dispożizzjonijiet tat-taxxi ta’ kwalunkwe konvenzjoni, ftehim jew arranġament deskritti fis-sub-paragrafu (7) (a) (ii) jew li jirriżultaw minn sħubija ta’ kwalunkwe Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali; jew

    (b) kwalunkwe miżura tat-tassazzjoni mirata biex tiżgura l-ġbir effettiv tat-taxxi, ħlief fejn b’mod arbitrarju l-miżura tiddiskrimina kontra investitur ta’ Parti Kontraenti oħra jew b’mod arbitrarju tirrestrinġi l-benefiċċji mogħtija taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-investiment ta’ dan it-Trattat.

    4. L-Artikolu 29(2) sa (6) għandu jgħodd għall-miżuri tat-tassazzjoni barra minn dawk fuq id-dħul jew fuq il-kapital.

    5. (a) L-Artikolu 13 għandu jgħodd għat-taxxi.

    (b) Kull meta kwistjoni tinqala’ skond l-Artikolu 13, safejn din tkun tirrigwarda jekk taxxa tkunx tikkostitwixxi esproprjazzjoni inkella jekk taxxa allegata li tikkostitwixxi esproprjazzjoni tkunx diskriminatorja, d-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

    (i) l-investitur jew il-Parti Kontraenti li tkun qed tallega espropriazzjoni għandha tirreferi l-kwistjoni fuq jekk it-taxxa tkunx esproprjazzjoni jew jekk it-taxxa tkunx diskriminatorja lill-awtorità kompetenti relevanti tat-taxxa. Fin-nuqqas ta’ dan ir-riferiment minn investitur jew Parti Kontraenti, korpi mqabbda biex isolvu t-tilwim b’konformità ma’ l-Artikolu 26(2)(ċ) jew 27 (2) għandhom jagħmlu riferiment lill-awtoritajet kompetenti relevanti tat-taxxa;

    (ii) l-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa għandhom, fi żmien perjodu ta’ sitt xhur minn dan ir-riferiment, ifittxu li jsolvu l-kwistjonijiet hekk referiti. Fejn kwistjonijiet non-diskriminatorji jkunu konċernati, l-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet non-diskriminatorji tal-konvenzjoni relevanti tat-taxxa jew, jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni non-diskriminatorja fil-konvenzjoni relevanti tat-taxxa applikabbli għat-taxxa jew l-ebda konvenzjoni tat-taxxa ma tkun fis-seħħ bejn il-Partijiet Kontraenti konċernati, huma għandhom japplikaw il-prinċipji non-diskriminatorji skond il-Konvenzjoni tat-Taxxa Mudell fuq id-Dħul u l-Kapital ta’ l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp;

    (iii) korpi mqabbda biex isolvu t-tilwim b’konformità ma’ l-Artikolu 26(2)(ċ) jew 27 (2) jistgħu jqisu l-konklużjonijiet kollha li fihom ikunu waslu l-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa rigward jekk it-taxxa tkunx esproprjazzjoni. Dawn il-korpi għandhom iqisu l-konklużjonijiet kollha li jkunu waslu għalihom fil-perjodu ta’ sitt xhur kif preskritt fis-sub-paragrafu (b) (ii) mill-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa rigward jekk it-taxxa tkunx diskriminatorja. Dawn il-korpi jistgħu jqisu wkoll xi konklużjonijiet li jkunu waslu għalihom l-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur;

    (iv) taħt l-ebda ċirkostanzi m’għandu l-involviment ta’ l-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa, wara t-tmiem tal-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fis-sub-paragrafu (b) (ii), iwassal għal dewmien fil-proċeduri b’konformità ma’ l-Artikolu 26 u 27.

    6. Biex jiġi evitat id-dubju, l-Artikolu 14 m’għandux jillimita d-dritt li Parti Kontraenti timponi jew tiġbor taxxa b'li jżommha milli twettaq il-funzjonijiet, inkella b’mezzi oħra.

    7. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

    (a) It-terminu "miżura ta’ tassazzjoni" tinkludi:

    (i) kwalunkwe dispożizzjoni relatata mat-taxxi tal-liġi domestika ta’ Parti Kontraenti jew ta’ sub-divizjoni politika tagħha jew awtoritá lokali fiha; u

    (ii) kwalunkwe dispożizzjoni relatata mat-taxxi ta’ kwalunkwe konvenzjoni biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja jew ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament internazzjonali ieħor li permezz tiegħu l-Parti Kontraenti tkun marbuta.

    (b) Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq id-dħul jew fuq kapital it-taxxi kollha imposti fuq dħul totali, fuq kapital totali jew fuq elementi tad-dħul jew tal-kapital, inklużi taxxi fuq qliegħ minn trasmissjoni ta’ proprjetà, taxxi fuq bini, wirt u rigali, jew taxxi sostanzjalment simili, taxxi fuq ammonti totali ta’pagi jew salarji mħallsa minn intrapriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament tal-kapital.

    (ċ) "Awtorità kompetenti tat-taxxa" tfisser awtorità kompetenti skond ftehim tat-tassazzjoni doppja fis-seħħ bejn il-Partijiet Kontraenti jew, meta ftehim bħal dan ma jkunx fis-seħħ, il-Ministru jew il-Ministeru responsabbli għat-taxxi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

    (d) Biex jiġu evitati dubji, t-terminu "dispożizzjonijiet tat-taxxa" u "taxxi" ma jinkludix dazji doganali.

    Artikolu 22

    Intrapriżi statali u dawk privileġġjati

    1. Kull Parti Kontraenti għandha taċċerta ruħha li kwalunkwe intrapriża statali li hi jkollha jew li hi twaqqaf għandha tmexxi l-attivitajiet tagħha fir-rigward tal-bejgħ jew il-provvista ta’ merkanzija u servizzi fiż-żona tagħha b’mod konsistenti ma’ l-obbligazzjonijiet tal-Parti Kontraenti skond il-Parti III ta’ dan it-Trattat.

    2. L-ebda Parti Kontraenti m’għandha tinkoraġġixxi jew teħtieġ li intrapriża statali bħal din tmexxi l-attivitajiet tagħha fiż-żona tagħha b’mod inkonsistenti ma’ l-obbligazzjonijiet tal-Parti Kontraenti skond dispożizzjonijiet oħra ta’ dan it-Trattat.

    3. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li jekk hi tistabbilixxi jew iżżomm entità u tafda lill-entità b’awtorità regolatorja, amministrattiva jew governattiva oħra, din l-entità għandha teżerċita dik l-awtorità b’mod konsistenti ma’ l-obbligazzjonijiet tal-Parti Kontraenti skond dan it-Trattat.

    4. L-ebda Parti Kontraenti m’għandha tinkoraġġixxi jew teħtieġ li xi entità li lilha tagħti privileġġi esklussivi jew speċjali tmexxi l-attivitajiet tagħha fiż-żona tagħha b’mod inkonsistenti ma’ l-obbligazzjonijiet tal-Parti Kontraenti skond dan it-Trattat.

    5. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "entità" tinkludi kwalunkwe intrapriża, aġenzija jew organizzazzjoni jew individwu ieħor.

    Artikolu 23

    Osservanza minn awtoritajiet sub-nazzjonali

    1. Kull Parti Kontraenti hija totalment responsabbli skond dan it-Trattat għall-osservanza tad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat, u għandha tieħu dawk il-miżuri raġonevoli li jistgħu jkunu disponibbli għaliha biex tiżgura dik l-osservanza minn gvernijiet reġjonali u lokali u minn awtoritajiet fiż-żona tagħha.

    2. Id-dispożizzjonijiet għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-Partijiet II, IV u V ta’ dan it-Trattat jistgħu jiġu invokati fir-rigward tal-miżuri li jeffettwaw l-osservanza tat-Trattat minn Parti Kontraenti li ttieħdu mill-gvernijiet reġjonali jew lokali jew minn awtoritajiet fiż-żona tal-Parti Kontraenti.

    Artikolu 24

    Eċċezzjonijiet

    1. Dan l-Artikolu m’għandux jgħodd għall-Artikoli 12, 13 u 29.

    2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat minbarra:

    (a) dawk imsemmija fil-paragrafu 1; u

    (b) fir-rigward tas-sub-paragrafu (i), il-Parti III tat-Trattat;

    m’għandhomx iżommu kwalunkwe Parti Kontraenti milli tadotta jew tinfurza xi miżura:

    (i) neċessarja biex tipproteġi l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, ta’ l-animal jew tal-pjanti;

    (ii) essenzali għall-akkwist jew id-distribuzzjoni ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija f’kondizzjonijiet ta’ nuqqas fil-provvista li jinqala’ minħabba kawzi barra l-kontroll ta’ dik il-Parti Kontraenti, basta li kull miżura bħal din tkun konsistenti mal-prinċipji li;

    (A) il-Partijiet Kontraenti l-oħra kollha jkunu intitolati għal sehem ġust tal-provvista internazzjonali ta’ dawn il-materjali u prodotti ta’ l-enerġija; u

    (B) kwalunkwe miżura bħal din li tkun inkonsistenti mat-Trattat għandha titwaqqaf malli l-kondizzjonijiet li kawżawha ma jkunux baqgħu jeżistu; jew

    (iii) iddisinjati biex jibbenefikaw investituri li jkunu nies aboriġni jew individwi jew gruppi soċjalment jew ekonomikament żvantaġġati jew l-investimenti tagħhom u li jiġu notifikati bħala tali lis-Segretarjat, basta li din il-miżura:

    (A) ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq l-ekonomija ta’ dik il-Parti Kontraenti; u

    (B) ma tiddiskriminax bejn investituri ta’ xi Parti Kontraenti oħra u investituri ta’ dik il-Parti Kontraenti mhux inklużi fost dawk li għalihom il-miżura tkun intiża;

    basta li ebda miżura bħal din ma għandha tikkositwixxi restrizzjoni moħbija fuq attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija, jew diskriminazzjoni arbitrarja mhix ġustifikabbli bejn il-Partijiet Kontraenti inkella bejn investituri jew persuni interessati oħra ta’ Partijiet Kontraenti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu motivati kif suppost u m'għandhomx ixejnu jew ixellfu xi benefiċċju li Parti Kontraenti waħda jew aktar jistgħu raġonevolment jistennew skond dan it-Trattat sa massimu aktar milli strettament meħtieġ u għall-iskop iddikjarat.

    3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat minbarra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jitqiesu bħala li jipprevenu kwalunkwe Parti Kontraenti milli tieħu xi miżura li hija tqis neċessarja:

    (a) għall-protezzjoni ta’ l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha inklużi dawk:

    (i) relatati mal-provvista ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija għal stabbiliment militari; jew

    (ii) meħuda fi żmien ta’ gwerra, konflitt armat jew emerġenza oħra fir-relazzjonijiet internazzjonali;

    (b) relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-linji politiċi nazzjonali li jirrispettaw in-non-poliferazzjoni ta’ armi nukleari jew ta’ mezzi nukleari esplussivi oħrajn inkella li huma bżonjużi biex iwettqu l-obbligazzjonijiet tagħha skond it-Trattat tan-Non-Poliferazzjoni ta’ Armi Nukleari, l-Linji Gwida tal-Provedituri Nukleari, u l-obbligazzjonijiet u l-pattijiet nukleari l-oħra tan-non-poliferazzjoni internazzjonali: jew

    (ċ) għall-manutenzjoni ta’ l-ordni pubblika.

    Din il-miżura m’għandhiex tikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq it-tranżitu.

    4. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat li jagħtu trattament tan-nazzjon l-aktar favorit m’għandhomx jobbligaw kwalunkwe Parti Kontraenti oħra li ttawwal xi trattament preferenzali għall-investituri ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti oħra:

    (a) li jirriżulta mis-sħubija tagħha f’żona ta’ kummerċ ħieles jew unjoni doganali; jew

    (b) li jingħata permezz ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali rigward kooperazzjoni ekonomika bejn Stati li kienu partijiet kostitwenti f’dik li kienet qabel l-Unjoni tar-Repubblici Sovjetiċi Soċjalisti sakemm jitwaqqfu r-relazzjonijiet ekonomiċi reċiproki ta’ bejniethom fuq bażi definittiva.

    Artikolu 25

    Ftehim għall-Integrazzjoni Ekonomika

    1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat m'għandhomx jitqiesu li jobbligaw Parti Kontraenti li tkun parti għal Ftehim għall- Integrazzjoni Ekonomika (minn issa "l quddiem" EIA) biex jestendu, permezz tat-trattament l-aktar favorevoli, lil Parti Kontraenti oħra li ma tkunx parti għal dik l-EIA, kwalunkwe trattament preferenzali applikabbli bejn il-partijiet għal dik l-EIA bħala riżultat tal-fatt li huma jkunu partijiet għalih.

    2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, "EIA" tfisser ftehim li jilliberalizza sostanzjalment, inter alia, il-kummerċ u l-investiment, billi jipprovdi għall-assenza jew l-eliminazzjoni ta’, sostanzjalment, id-diskriminazzjoni kollha bejn u fost il-partijiet għaliha permezz ta’ l-eliminazzjoni tal-miżuri diskriminatorji eżistenti u/jew il-projbizzjoni ta’ aktar miżuri diskriminatorji u miżuri diskriminatorji ġodda, jew waqt id-dħul fis-seħħ ta’ dak il-ftehim jew fuq il-bażi ta’ qafas ta’ żmien raġonevoli.

    3. Dan l-Artikolu m’għandux jeffettwa l-applikazzjoni tal-GATT u l-Istrumenti Relatati b’konformità ma’ l-Artikolu 29.

    PARTI V

    IS-SOLUZZJONI TAT-TILWIM

    Artikolu 26

    Is-soluzzjoni tat-tilwim bejn investitur u Parti Kontraenti

    1. Tilwim bejn Parti Kontraenti u investitur ta’ Parti Kontraenti oħra relatat ma’ l-investiment ta’ dawn ta’ l-aħħar fiż-żona ta’ dak ta’ l-ewwel u li jikkonċerna ksur allegat ta’ l-obbligazzjoni ta’ dak ta’ l-ewwel taħt il-Parti III għandu, jekk ikun possibbli, jiġi solvut amikevolment .

    2. Jekk dan it-tilwim ma jkunx jista’ jiġi solvut skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 f’perjodu ta’ tliet xhur mid-data li fiha xi wieħed mill-partijiet f’tilwima jkun talab soluzzjoni amikevoli, l-parti f’tilwima li tkun tinvesti tista’ tagħżel li tressaqha għal soluzzjoni:

    (a) quddiem il-qrati jew it-tribunali amministrattivi tal-Parti Kontraenti involuta fit-tilwima;

    (b) skond kull proċedura ta’ soluzzjoni ghal tilwim, li tkun applikabbli u li dwarha jkun sar qbil minn qabel; jew

    (ċ) skond il-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-Artikolu.

    3. (a) Bla ħsara biss għas-sub-paragrafi (b) u (ċ), kull Parti Kontraenti b’daqshekk qed tagħti l-kunsens mhux kondizzjonat tagħha biex it-tilwima titressaq quddiem l-arbitraġġ jew il-konċiljazzjoni internazzjonali skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

    (b) (i) Il-Partijiet Kontraenti elenkati fl-Anness ID ma jagħtux dan il-kunsens minghajr kondizzjonijiet meta qabel l-investitur ikun diġa ressaq it-tilwima taħt is-sub-paragrafu (2) (a) jew (b).

    (ii) Fl-interess tat-trasparenza, kull Parti Kontraenti li tkun elenkata fl-Anness ID għandha tipprovdi dikjarazzjoni bil-miktub dwar il-linji politiċi, l-prattiċi u l-kondizzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward lis-Segretarjat mhux aktar tard mid-data tad-depożitu ta’ l-isturment tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni tagħha b’konformità ma’ l-Artikolu 39 jew id-depożitu ta’ l-isturment ta’ l-adeżjoni tagħha b’konformità ma’ l-Artikolu 41.

    (ċ) Parti Kontraenti elenkata fl-Anness IA ma tagħtix dan il-kunsens bla kondizzjonijiet fir-rigward ta’ tilwima li tinqala’ taħt l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 10(1).

    4. Fil-każ li investitur jagħżel li jressaq it-tilwima għas-soluzzjoni taħt is-sub-paragrafu (2) (ċ), l-investitur għandu barra minn hekk jipprovdi l-kunsens tiegħu bil-miktub biex it-tilwima titressaq quddiem:

    (a) (i) iċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar Investimenti, stabbilit skond il-Konvenzjoni dwar is-Soluzzjoni ta Tilwim dwar Investimenti bejn Stati u s-Sudditi ta’ Stati oħra miftuħa għall-firma f’Washington, fit-18 ta’ Marzu 1965 (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-Konvenzjoni Icsid) jekk il-Parti Kontraenti ta’ investitur u l-Parti Kontraenti li tkun parti f’tilwima jkunu t-tnejn partijiet għall-Konvenzjoni Icsid; jew

    (ii) iċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar Investimenti, stabbilit Skond il-Konvenzjoni msemmija fis-sub-paragrafu (a) (i), taħt ir-regoli li jiggwidaw il-Faċilità Addizzjonali għall-Amministrazzjoni tal-Proċeduri mis-Segretarjat taċ-Ċentru (minn issa ‘l quddiem imsejħa r-Regoli Addizzjonali tal-Faċilità), jekk il-Parti Kontraenti ta’ l-investitur jew il-Parti Kontraenti involuta fit-tilwima, iżda mhux it-tnejn, ikunu parti mill-Konvenzjoni Icsid;

    (b) arbitratur waħdieni jew tribunal ta’arbitraġġ ad hoc stabbilit taħt ir-Regoli ta’ l-Arbitraġġ tal-Kummisjoni tal-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (minn issa’l quddiem imsejħa "l-Uncitral"); jew

    (ċ) proċedura arbitrali taħt l-Istitut ta’ l-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Stokkolma.

    5. (a) Il-permess mogħti fil-paragrafu 3 flimkien mal-permess bil-miktub ta’ l-investitur mogħti skond il-paragrafu 4 għandu jitqies li jissodisfa t-talba għal:

    (i) permess bil-miktub tal-partijiet f’tilwima għall-finijiet tal-Kapitolu II tal-Konvenzjoni Icsid u għall-finijiet tar-Regoli tal-Faċilità Addizzjonali;

    (ii) "ftehim bil-miktub" għall-finijiet ta’ l-Artikolu II tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tas-Sentenzi Arbitrali Barranin, li jkunu saru fi New York, fl-10 ta’ Ġunju 1958 (minn issa "l quddiem imsejħal-Konvenzjoni ta’ New York"); u

    (iii) "il-partijiet f’kuntratt li (jkunu) ftiehmu bil-miktub" għall-finijiet ta’ l-Artikolu 1 tar-Regoli Uncitral ta’ l-Arbitraġġ.

    (b) Kwalunkwe arbitraġġ skond dan l-Artikolu għandu fuq it-talba ta’ kull parti f’tilwima jsir fi Stat li jkun parti mill-Konvenzjoni ta’ New York. Talbiet imressqa għall-arbitraġġ hawn taħt għandhom jiġu kunsidrati li jinqalgħu minn relazzjoni jew minn transazzjoni kummerċjali għall-finijiet ta’ l-Artikolu I ta’ dik il-Konvenzjoni.

    6. Tribunal stabbilit skond il-paragrafu 4 għandu jiddeċiedi l-kwistjonijiet f’tilwima skond dan it-Trattat u r-regoli u l-prinċipji tal-liġi internazzjonali applikabbli.

    7. Investitur minbarra persuna naturali li jkollha n-nazzjonalità ta’ Parti Kontraenti li tkun parti f’tilwima fid-data tal-kunsens bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 4 u li, qabel tinqala’ t-tilwima bejnha u dik il-Parti Kontraenti, ikun ikkontrollat minn investituri ta’ Parti Kontraenti oħra, għandu għall-iskop ta’ l-Artikolu 25(2)(b) tal-Konvenzjoni Icsid jiġi trattat bħala "sudditu ta’ Stat Kontraenti ieħor" u għandu għall-iskop ta’ l-Artikolu 1(6) tar-Regoli tal-Faċilità Addizzjonali jiġi trattat bħala "sudditu ta’ Stat ieħor".

    8. Is-sentenzi ta’ l-arbitraġġ, li jistgħu jinkludu sentenza ta’ l-interessi, għandhom ikunu finali u jorbtu lill-partijiet f’tilwima. Sentenza ta’ arbitraġġ rigward miżura ta’ gvern jew awtorità sub-nazzjonali tal-Parti Kontraenti li qed titlewwem għandha tipprovdi li l-Parti Kontraenti tista’ tħallas danni monetarji minflok kwalunkwe rimedju ieħor konċess. Kull Parti Kontraenti għandha twettaq mingħajr dewmien kull sentenza bħal din u għandha tagħmel dispożizzjoni għall infurzar effettiv fiż-żona tagħha ta’dawn is-sentenzi.

    Artikolu 27

    Is-soluzzjoni fit-tilwim bejn Partijiet Kontraenti

    1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iwiegħdu li jsolvu tilwim rigward l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan it-Trattat permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

    2. Jekk tilwima ma tkunx ġiet solvuta skond il-paragrafu 1 f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, kull parti għaliha tista’, minbarra jekk ikun mod ieħor previst f’dan it-Trattat jew miftiehem bil-miktub bejn il-Partijiet Kontraenti, u minbarra dak li jikkonċerna l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 19 jew, għal Partijiet Kontraenti elenkati fl-Anness IA, l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 10(1), wara notifika bil-miktub lill-parti l-oħra f’tilwima, tressaq il-kwistjoni quddiem tribunal ad hoc skond dan l-Artikolu.

    3. Dan it-tribunal arbitrali ad hoc għandu jiġi kostitwit kif ġej:

    (a) Il-Parti Kontraenti li qed tistitwixxi l-proċeduri għandha tinnomina membru wieħed tat-tribunal u tgħarraf lill-Parti Kontraenti l-oħra f’tilwima dwar in-nomina tagħha fi żmien 30 jum mir-riċevuta tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 mill-Parti Kontraenti l-oħra.

    (b) Fi żmien 60 jum mill-iriċevuta tan-notifika bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 2, il-Parti Kontraenti l-oħra li hi parti f’tilwima għandha tinnomina membru wieħed. Jekk in-nomina ma ssirx fiż-żmien preskritt, il-Parti Kontraenti li tkun istitwiet il-proċeduri tista’, fi’ żmien 90 jum mill-iriċevuta tan-notifika bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 2, titlob li n-nomina ssir b’konformità ma’ sub-paragrafu (d).

    (ċ) Membru terz, li jista’ ma jkunx sudditu jew ċittadin ta’ Parti Kontraenti li hi parti f’tilwima, għandu jiġi nominat mill-Partijiet Kontraenti li jkunu parti f’tilwima. Dak il-membru għandu jkun il-President tat-tribunal. Jekk, fi żmien 150 jum mill-irċevuta tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-Partijiet Kontraenti ma jkunux jistgħu jaqblu fuq in-nomina ta’ membru terz, dik in-nomina għandha ssir, skond is-sub-paragrafu (d), fuq it-talba ta’ kull Parti Kontraenti mressqa fi żmien 180 jum mill-irċevuta tan-notifika.

    (d) Il-ħatriet mitluba li jsiru skond dan il-paragrafu għandhom isiru mis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti ta’ l-Arbitraġġ Internazzjonali fi żmien 30 jum mill-iriċevuta tat-talba biex dan isir. Jekk is-Segretarju Ġenerali jinżamm milli jaqdi dan id-dmir, il-ħatriet għandhom isiru mis-Segretarju Ewlieni tal-Bureau. Jekk dan ta’ l-aħħar ukoll jinżamm mill-jaqdi dan id-dmir, il-ħatriet għandhom isiru mid-deputat l-aktar anzjan.

    (e) Il-ħatriet li jkunu saru skond is-sub-paragrafi minn (a) sa (d) għandhom isiru billi jitqiesu l-kwalifiki u l-esperjenza, partikolarment fi kwistjonijiet koperti minn dan it-Trattat, tal-membri li għandhom jinħatru.

    (f) Fin-nuqqas ta’ ftehim għall-kuntrarju bejn il-Partijiet Kontraenti, r-Regoli ta’ l-Arbitraġġ ta’ l-Uncitral għandhom jiggwidaw, minbarra safejn modifikat mill-Partijiet Kontraenti li jkunu partijiet f’tilwima jew "mill-arbitranti". It-tribunal għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’vot ta’ maġġoranza tal-membri tiegħu.

    (g) It-tribunal għandu jiddeċiedi t-tilwima skond dan it-Trattat u r-regoli u l-prinċipji applikabbli tal-liġi internazzjonali.

    (h) Is-sentenza arbitrali għandha tkun finali u torbot fuq il-Partijiet Kontraenti li jkunu partijiet f’tilwima.

    (i) Meta, waqt li tkun qed tingħata sentenza, tribunal isib li miżura ta’ gvern reġjonali jew lokali jew awtorità fiż-zona ta’ Parti Kontraenti elenkata fil-parti 1 ta’ l-Anness P ma tkunx konformi ma’ dan it-Trattat, kull parti f’tilwima tista’ tinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Parti II ta’ l-Anness P.

    (j) L-ispejjeż tat-tribunal, inkluża r-remunerazzjoni tal-membri tiegħu, għandhom jitħallsu fi kwoti ndaqs mill-Partijiet Kontraenti li jkunu partijiet f’tilwima. It-tribunal jista’, madankollu, fid-diskrezzjoni tiegħu jordna li proporzjon akbar ta’ l-ispejjeż jitħallsu minn waħda mill-Partijiet Kontraenti li jkunu parti f’tilwima.

    (k) Sakemm il-Partijiet Kontraenti li huma involuti f’tilwima ma jiftiehmux mod ieħor, it-tribunal għandu jiltaqa’ f'The Hague, u juża l-fond u l-faċilitajiet tal-Qorti Parlamentari ta’ l-Arbitraġġ.

    (l) Kopja tas-sentenza għandha tiġi depożitata għand is-Segretarjat li għandu jagħmilha disponibbli għal kulħadd.

    Artikolu 28

    Nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 27 għal ċertu tilwim

    Tilwima bejn Partijiet Kontraenti fir-rigward ta’ l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 5 jew 29 m’għandhiex tiġi solvuta b’konformità ma’ l-Artikolu 27 sakemm il-Partijiet Kontraenti li jkunu partijiet f’tilwima jiftiehmu hekk .

    PARTI VI

    DISPOSIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

    Artikolu 29

    Dispożizzjonijiet interim fuq materji dwar il-kummerċ

    1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jgħoddu għall-kummerċ f’materjali u prodotti ta’ l-enerġija filwaqt li xi Parti Kontraenti ma tkunx parti fil-GATT u l-Istrumenti Relatati.

    2. (a) Kummerċ f’materjali u prodotti ta’ l-enerġija bejn il-Partijiet Kontraenti li ta’ lanqas waħda minnhom ma tkunx parti fil-GATT jew l-Istrumenti Relatati relevanti għandu jiġi gwidat, bla ħsara għas-sub-paragrafu (b) u (ċ) u għall-eċċezzjonijiet u r-regoli previsti fl-Anness G, mid-disposizzjonijet tal-GATT u l-Istrumenti Relatati, kif applikati fl-1 ta’ Marzu 1994 u prattikati fir-rigward ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija minn partijiet fil-GATT 1947 fosthom, bħallikieku l-Partijiet Kontraenti kollha kienu partijiet fil-GATT u l-Istrumenti Relatati.

    (b) Dan il-kummerċ ta’ Parti Kontraenti li tkun Stat li kienet parti konsistwenti ta’dik li qabel kienet l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti tista’ minflok tiġi gwidata, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Anness TFU, minn ftehim bejn żewġ Stati jew aktar minn dawn, sal-1 ta’ Diċembru 1999 jew mid-dħul ta’ dik il-Parti Kontraenti fil-GATT, liema minnhom tiġi l-ewwel;

    (ċ) Fir-rigward tal-kummerċ bejn xi żewġ partijiet fil-GATT, is-sub-paragrafu (a) m’għandux jgħodd jekk xi wieħed minn dawk il-partijiet ma jkunx parti fil-GATT 1947.

    3. Kull firmatarju ta’ dan it-Trattat, u kull Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li jingħaqdu f’dan it-Trattat, għandhom fid-data ta’ meta jiffirmaw jew meta jiddepożitaw l-istrument ta’ l-adeżjoni, jipprovdu lis-Segretarjat lista tar-rati kollha tat-tariffa u ta’ taxxi oħra imposti fuq materjali u prodottti ta’ l-enerġija waqt l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, filwaqt li javżaw dwar il-livell ta’ dawn ir-rati u t-taxxi applikati fid-data ta’din il-firma jew id-depożitu. Kwalunkwe tibdil għal dawn ir-rati jew it-taxxi għandu jiġi avżat lis-Segretarjat, li għandu jgħarraf lill-Partijiet Kontraenti b’dan it-tibdil.

    4. Kull Parti Kontraenti għandha tfittex li ma zzidx xi rata tat-tariffa jew taxxa oħra imposta waqt l-importazzjoni jew l-esportazzjoni:

    (a) fil-każ ta’ l-importazzjoni ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija deskritti fil-Parti 1 ta’ l-iskeda relatata mal-Parti Kontraenti msemmija fl-Artikolu II tal-GATT, ’il fuq mil-livell stabbilit f’dik l-iskeda, jekk il-Parti Kontraenti tkun parti fil-GATT;

    (b) fil-każ ta’ l-esportazzjoni ta’ materjali u prodotti ta’ l-enerġija, u li dak ta’ l-importazzjoni tagħhom jekk il-Parti Kontraenti ma tkunx parti fil-GATT, ’il fuq mil-livelli l-aktar reċenti avżati lis-Segretarjat, minbarra kif permess mid-dispożizzjonijiet li jkunu saru applikabbli mis-sub-paragrafu 2 (a).

    5. Parti Kontraenti tista’ żżid din ir-rata tat-tariffa jew taxxa oħra ’l fuq mil-livell imsemmi fil-paragrafu 4 biss jekk:

    (a) fil-każ ta’ rata jew imposta oħra waqt l-importazzjoni, dik l-azzjoni ma tkunx inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-GATT barra minn dawk id-dispożizzjonijiet tal-GATT 1947 u l-Istrumenti Relatati elenkati fl-Anness G u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-GATT 1994 u l-Istrumenti Relatati; jew

    (b) hi tkun, kemm jista’ jkun possibbli taħt il-proċeduri leġislattivi tagħha, avżat lis-Segretarjat bil-proposta tagħha għal din iż-żjieda, tat lil Partijiet Kontraenti interessati oħra opportunità raġonevoli għal konsultazzjoni fir-rigward tal-proposta tagħha, u tat konsiderazzjoni lil xi rappreżentazzjonijiet minn dawn il-Partijiet Kontraenti.

    6. Il-firmatarji jwiegħdu li jibdew negozjati mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1995 bil-għan li jikkonkludu sal-1 ta’ Jannar 1998, kif xieraq fid-dawl ta’ xi żviluppi fis-sistema tal-kummerċ dinji, test ta’ emenda għal dan it-Trattat li għandu, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fih, jikkommetti kull Parti Kontraenti biex ma żżidx dawn it-tariffi jew it-taxxi mil-livell preskritt taħt dik l-emenda.

    7. L-Anness D għandu jgħodd għal tilwim riġward konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kummerċ skond dan l-Artikolu u, sakemm iż-żewġ Partijiet Kontraenti ma jiftiehmux mod ieħor, għal tilwim riġward konformità ma’ l-Artikolu 5 bejn Partijiet Kontraenti li talanqas waħda minnhom ma tkunx parti fil-GATT, minbarra li l-Anness D m’għandux jgħodd għal kwalunkwe tilwima bejn il-Partijiet Kontraenti, li s-sostanza tagħha tinqala’ minn ftehim li:

    (a) ikun ġie notifikat b’konformità u konkordanza mal-ħtiġiet l-oħra tas-sub-paragrafu 2 (b) u l-Anness TFU: jew

    (b) jistabbilixxi żona ta’ kummerċ ħieles jew ta’ unjoni doganali kif deskritta fl-Artikolu XXIV tal-GATT.

    Artikolu 30

    Żviluppi fl-arrangamenti tal-kummerċ internazzjonali.

    Il-Partijiet Kontraenti jwiegħdu li fid-dawl tar-riżultati tas-Sensiela ta’ Negozjati Kummerċjali Multilaterali ta’ l-Urugwaj inkorporati prinċipalment fl-Att Finali tagħhom magħmul f’Marakexx, fil-15 ta’April 1994, huma se jibdew konsiderazzjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1995 jew mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat, liema minnhom tiġi l-aħħar, ta’ emendi xierqa għal dan it-Trattat bil-għan li jiġu adottati dawk l-emendi kollha mill-Konferenza tal-Karta.

    Artikolu 31

    Tagħmir relatat ma’ l-enerġija

    Il-Konferenza tal-Karta proviżorja għandha fl-ewwel laqgħa tagħha tibda teżamina l-inklużjoni ta’ tagħmir relatat ma’ l-enerġija fid-dispożizzjonijiet tal-kummerċ ta’ dan it-Trattat.

    Artikolu 32

    Arranġamenti transizzjonali

    1. Billi huwa magħruf li jeħtieġ iż-żmien biex jindraw il-ħtiġiet ta’ ekonomija tas-suq, Parti Kontraenti elenkata fl-Anness T tista’ tissospendi temporanjament il-konformità sħiħa ma’ l-obbligazzjonijiet tagħha taħt waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan it-Trattat, bla ħsara għall-kondizzjonijiet fil-paragrafi minn 3 sa 6:

    L-Artikolu 6(2) u (5)

    L-Artikolu 7(4)

    L-Artikolu 9(1)

    L-Artikolu 10(7) - miżuri speċifiċi

    L-Artikolu 14(1)(d) - relatat biss mat-trasferiment ta’ qligħ mhux minfuq

    L-Artikolu 20(3)

    L-Artikolu 22(1) u (3)

    2. Partijiet Kontraenti oħra għandhom jgħinu lil kull Parti Kontraenti li tkun issospendiet il-konformità sħiħa skond il-paragrafu 1 biex tilħaq il-kondizzjonijiet li taħthom din is-sospensjoni tista’ tiġi terminata. Din l-għajnuna tista’ tingħata taħt kwalunkwe forma li l-Partijiet Kontraenti l-oħra jqisu l-aktar effettiva biex jirrispondu għall-bżonnijiet notifikati skond is-sub-paragrafu 4 (ċ) inkluż fejn xieraq, permezz ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali.

    3. Id-dispożizzjonijiet applikabbli, l-istadji lejn l-implimentazzjoni sħiħa ta’ kull waħda, il-miżuri li għandhom jittieħdu u d-data jew, eċċezzjonalment, il-każ kontinġenti, li permezz tiegħu kull stadju għandu jitlesta u l-miżura li għandha tittieħed huma elenkati fl-Anness T għal kull Parti Kontraenti li tkun qed tippretendi arranġamenti transizzjonali. Kull Parti Kontraenti bħal din għandha tieħu l-miżura elenkata sad-data indikata għad-dispożizzjoni relevanti u l-istadju stabbilit fl-Anness T. Partijiet Kontraenti li jkunu sospendew temporanjament il-konformità sħiħa skond il-paragrafu 1 iwiegħdu li jikkonformaw għal kollox ma’ l-obbligazzjonijet relevanti sal-1 ta’ Lulju 2001. Jekk Parti Kontraenti tħoss il-bżonn, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, li titlob li l-perjodu ta’ din is-sospensjoni temporanja għandu jiġi mtawwal jew li xi sospensjoni temporanja ulterjuri li qabel ma kinitx elenkata fl-Anness T għandha tiġi introdotta, id-deċiżjoni meta ssir talba biex l-Anness T jiġi emendat għandha ssir mill-Konferenza tal-Karta.

    4. Parti Kontraenti li tkun invokat arranġamenti transizzjonali għandha tgħarraf lis-Segretarjat mhux anqas ta’ spiss minn darba f'kull 12-il xahar:

    (a) dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha elenkati fl-Anness T tagħha u dwar il-progress ġenerali lejn konformità sħiħa;

    (b) dwar il-progress li hi tistenna li tagħmel matul it-12 il-xahar li jmiss lejn konformità sħiħa ma’ l-obbligazzjonijiet tagħha, dwar kull problema li hi tipprevedi u dwar il-proposti tagħha ta’ kif hi għandha tittratta dik il-problema;

    (ċ) dwar il-bżonn għall-għajnuna teknika biex tiffaċilita t-tkomplija ta’ l-istadji stabbiliti fl-Anness T kif meħtieġ għal implimentazzjoni sħiħa ta’ dan it-Trattat, jew biex titratta kull problema skond is-sub-paragrafu (b) kif ukoll biex tippromwovi riformi oħra orjentati għas-suq u modernizzazzjoni fis-settur ta’ l-enerġija;

    (d) dwar kull bżonn possibbli biex tagħmel talba tat-tip imsemmi fil-paragrafu 3.

    5. Is-Segretarjat għandu:

    (a) jiċċirkola lill-Partijiet Kontraenti kollha n-notifiki msemmija fil-paragrafu 4;

    (b) jiċċirkola u jippromwovi attivament, waqt li jiddependi, fejn ikun xieraq, fuq arranġamenti eżistenti f’organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u fuq il-korrispondenza tal-bżonnijiet ma’ l-offerti ta’ għajnuna teknika msemmija fil-paragrafu 2 u sub-paragrafu 4 (ċ);

    (ċ) jiċċirkola lill-Partijiet Kontraenti kollha fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur sommarju ta’ kull notifika li tkun saret skond is-sub-paragrafu 4 (a) jew (d).

    6. Il-Konferenza tal-Karta għandha ta’ kull sena tirrevedi l-progress mill-Partijiet Kontraenti lejn l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u l-korrispondenza tal-bżonnijiet ma’ l-offerti ta’ l-għajnuna teknika msemmija fil-paragrafu 2 u sub-paragrafu 4 (ċ). Matul dik ir-reviżjoni hi tista’ tiddeċiedi li tieħu azzjoni xierqa.

    PARTI VII

    STRUTTURA U ISTITUZZJONIJIET

    Artikolu 33

    Protokolli tal-Karta ta’ l-Enerġija u Dikjarazzjonijiet

    1. Il-Konferenza tal-Karta tista’ tawtorizza n-negozjar ta’ numru ta’ Protokolli tal-Karta ta’ l-Enerġija jew Dikjarazzjonijiet bl-iskop li tfittex l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta.

    2. Kull firmatarju għall-Karta jista’ jipparteċipa f’dawn in-negozjati.

    3. Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali m’għandhomx isiru parti għall-Protokoll jew id-Dikjarazzjoni sakemm ikunu, jew isiru fl-istess żmien, firmatarji għall-Karta u Parti Kontraenti għal dan it-Trattat.

    4. Bla ħsara għall-paragrafu 3 u s-sub-paragrafu 6 (a), id-dispożizzjonijiet finali li jgħoddu għall-Protokoll għandhom jiġu stabbiliti f’dak il-Protokoll.

    5. Protokoll għandu jgħodd biss għall-Partijiet Kontraenti li jippermettu li jintrabtu bih, u m'għandux jidderoga mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ dawk il-Partijiet Kontraenti li m'humiex parti għall-Protokoll.

    6. (a) Protokoll jista jqassam dmirijiet lill-Konferenza tal-Karta u funzjonijiet lis-Segratarjat, basta li ebda dmir bħal dan ma jista’ jsir minn emenda għall-Protokoll sakemm dak l-emenda ma tiġix approvata mill-Konferenza tal-Karta, li l-approvazzjoni tagħha m’għandhiex tkun soġġetta għal xi dispożizzjonijiet tal-Protokoll li huma awtorizzati mis-sub-paragrafu (b).

    (b) Protokoll li jipprovdi biex taħtu jittieħdu deċiżjonijiet mill-Konferenza tal-Karta jista’, bla ħsara għas-sub-paragrafu (a), jipprovdi fir-rigward ta’ dawn id-deċiżjonijiet:

    (i) għal regoli tal-votazzjoni minnbarra dawk li hemm fl-Artikolu 36;

    (ii) li partijiet għall-Protokoll biss għandhom jitqiesu li jkunu Partijiet Kontraenti għall-finijiet ta’ l-Artikolu 36 jew eliġibbli biex jivvotaw taħt ir-regoli previsti fil-Protokoll.

    Artikolu 34

    Konferenza tal-Karta ta’ l-Enerġija

    1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiltaqgħu kull tant żmien fil-Konferenza tal-Karta ta’ l-Enerġija (hawnhekk imsejħa "l-Konferenza tal-Karta") li fiha kull Parti Kontraenti għandha tkun intitolata li jkollha rappreżentant. Laqgħat ordinarji għandhom isiru f’intervalli stabbiliti mill-Konferenza tal-Karta.

    2. Laqgħat straordinarji tal-Konferenza tal-Karta jistgħu jsiru f’dawk id-drabi li jistgħu jiġu stabbiliti mill-Konferenza tal-Karta, jew wara talba bil-miktub minn kull Parti Kontraenti, basta, fi żmien sitt xhur minn meta t-talba tiġi komunikata lill-Partijiet Kontraenti mis-Segretarjat, din tkun appoġġata minn ta’ lanqas terz tal-Partijiet Kontraenti.

    3. Il-funzjonijiet tal-Konferenza tal-Karta għandhom ikunu biex:

    (a) jitwettqu d-dmirijiet assenjati lilha minn dan it-Trattat u l-Protokolli kollha;

    (b) tigi riveduta u facilitata l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Karta u tad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u l-Protokolli;

    (ċ) tigi facilitata, skond dan it-Trattat u l-Protokolli, l-koordinazzjoni tal-miżuri ġenerali xierqa biex jitwettqu l-prinċipji tal-Karta;

    (d) jigu kunsidrati u adottati programmi ta’ xogħol li għandhom jitwettqu mis-Segretarjat;

    (e) jigu kunsidrati u approvati l-kontijiet annwali u l-budget tas-Segretarjat;

    (f) jigu kunsidrati u approvati, inkella adottati, t-termini ta’ kwalunkwe kwartieri ġenerali jew ftehim iehor, inklużi privileġġi u l-immunitajiet meqjusa neċessarji għall-Konferenza tal-Karta u għas-Segretarjat;

    (g) jithajru sforzi kooperattivi immirati biex jiffaċilitaw u jippromwovu riformi orjentati għas-suq u l-modernizzazzjoni tas-setturi ta’ l-enerġija f’dawk il-pajjiżi ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-lvant u ta’ dik li kienet qabel l-Unjoni tar-Repubblici Soċjalisti Sovjetiċi li għaddejjin minn transizzjoni ekonomika;

    (h) li jkunu awtorizzati u approvati t-termini ta’ referenza għan-negozjati tal-Protokolli, u li jigu kunsidrati u adottati t-testi tagħhom u ta’ l-emendi għalihom;

    (i) li jigu awtorizzati n-negozjati tad-dikjarazzjonijiet, bil-ħruġ tagħhom jigi approvat;

    (j) li jkun decizi adeżjonijiet għal dan it-Trattat;

    (k) li jigu awtorizzati negozjar ta’, flimkien ma kunsiderazzjoni, approvazzjoni inkella adozzjoni ta’ ftehim ta’ assoċjazzjoni;

    (l) li jigu kunsidrati u adottati testi ta’emendi għal dan it-Trattat;

    (m) li jigu kunsidrati u approvati modifiki u tibdil tekniku għall-Annessi għal dan it-Trattat;

    (n) li jinhatar is-Segretarju Ġenerali u li jittieħu d-deċiżjonijiet kollha neċessarji għat-twaqqif u l-operat tas-Segretarjat inklużi rigward l-istruttura, l-livelli ta’ l-i staff u t-termini standard ghall-impjieg ta’ l-uffiċjali u l-impjegati.

    4. Fil-qadi ta’ dmirijietha, l-Konferenza tal-Karta, permezz tas-Segretarjat, għandha tikkoopera ma’ u tagħmel użu mill-aktar possibbli, b'mod konsistenti ma’ l-ekonomija u l-effiċjenza, mis-servizzi u l-programmi ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra b’kompetenza stabbilità fil-kwistjonijiet relatati ma’ l-għanijiet ta’ dan it-Trattat.

    5. Il-Konferenza tal-Karta tista’ tistabbilixxi dawk il-korpi sussidjarji li hi tikkunsidra xierqa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha.

    6. Il-Konferenza tal-Karta għandha tikkunsidra u tadotta regoli ta’ proċedura u regoli finanzjarji.

    7. Fl-1999 u wara f’intervalli (ta’ mhux aktar minn ħames snin) li għandhom jiġu stabbiliti mill-Konferenza tal-Karta, l-Konferenza tal-Karta għandha tirrevedi b’mod sħiħ il-funzjonijiet previsti f’dan it-Trattat fid-dawl ta’ safejn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-Protokolli jkunu ġew implimentati. Fil-konklużjoni ta’ kull reviżjoni l-Konferenza tal-Karta tista’ temenda jew tabolixxi l-funzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3 u tista’ tneħħi s-Segretarjat.

    Artikolu 35

    Is-Segretarjat

    1. Fil-qadi ta’ dmirijietha, l-Konferenza tal-Karta għandha jkollha Segretarjat li għandu jkun kompost mis-Segretarju-Ġenerali u minn dak l-i staff minimu konsistenti ma’ operat effiċjenti.

    2. Is-Segretarju-Ġenerali għandu jinħatar mill-Konferenza tal-Karta. L-ewwel ħatra bħal din għandha tkun għal perjodu massimu ta’ ħames snin.

    3. Fit-twettiq tad-dmirijietu s-Segretarjat għandu jkun responsabbli lejn il-Konferenza tal-Karta u jirrapporta lilha.

    4. Is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-Konferenza tal-Karta l-għajnuna neċessarja kollha għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha u għandu jwettaq il-funzjonijiet assenjati lilu f’dan it-Trattat jew f’kull Protokoll u l-funzjonijet l-oħra kollha assenjati lilu mill-Konferenza tal-Karta.

    5. Is-Segretarjat jista’ jidħol f’dawk l-arranġamenti amministrattivi u kuntrattwali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-qadi effettiv tal-funzjonijiet tiegħu.

    Artikolu 36

    Votazzjoni

    1. Unanimità tal-Partijiet Kontraenti preżenti u li se jivvotaw fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Karta fejn kwistjonijiet bħal dawn għandhom jiġu deċiżi għandhom ikunu meħtieġa għal deċiżjonijiet mill-Konferenza tal-Karta biex:

    (a) tadotta emendi għal dan it-Trattat barra minn emendi għall-Artikolu 34 u 25 u l-Anness T;

    (b) tapprova adeżjonijiet għal dan it-Trattat b’konformità ma’ l-Artikolu 41 minn Stati jew Organizzazzjonijiet għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li ma kinux firmatarji għall-Karta tas-16 ta’ Ġunju 1995;

    (ċ) tawtorizza n-negozjati u tapprova jew tadotta t-test tal-ftehim ta’ l-assoċjazzjoni;

    (d) tapprova modifiki lill-Annessi EM, NI, G u B;

    (e) tapprova tibdil tekniku fl-Annessi għal dan it-Trattat; u

    (f) tapprova n-nominazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali ta’ membri ta’ panel skond l-Anness D, il-paragrafu 7.

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jilħqu ftehim permezz ta’ konsensus fuq kull kwisjoni oħra li titlob id-deċiżjoni tagħhom skond dan it-Trattat. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim permezz ta’ konsensus, il-paragrafi minn 2 sa 5 għandhom jgħoddu.

    2. Deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet tal-budget imsemmija fl-Artikolu 34(3)(e) għandhom jittieħdu minn maġġoranza kwalifikata ta’ Partijiet Kontraenti li l-kontribuzzjonijiet stmati tagħhom kif speċifikat fl-Anness B jirrappreżentaw, kollha flimkien, ta’ lanqas tliet kwarti tal-kontribuzzjonijiet totali stmati kif speċifikat fihom.

    3. Deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 34(7) għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta’ tliet-kwarti tal-Partijet Kontraenti.

    4. Minbarra fil-każi speċifikati fis-sub-paragrafi 1 (a) sa (f), il-paragrafi 2 u 3, u bla ħsara għall-paragrafu 6, id-deċiżjonijiet previsti f’dan it-Trattat għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta’ tliet-kwarti tal-Partijiet Kontraenti li jkunu preżenti u jivvotaw fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Karta li fiha kwistjonijiet bħal dawn għandhom jiġu deċiżi.

    5. Għall-finijiet ta’dan l-Artikolu, "Partijiet Kontraenti li jkunu preżenti u li se jivvotaw" ifisser Partijiet Kontraenti preżenti u li se jixħtu voti affermattivi jew negattivi, basta l-Konferenza tal-Karta tista’ tiddeċiedi fuq regoli ta’ proċedura biex deċiżjonijiet bħal dawn ikunu jistgħu jittieħdu mill-Partjiet Kontraenti permezz tal-korrispondenza.

    6. Minbarra kif previst fil-paragrafu 2, l-ebda deċiżjoni msemmija f’dan l-Artikolu m'għandha tkun valida sakemm ma jkollhiex l-appoġġ ta’ maġġoranza sempliċi tal-Partijiet Kontraenti.

    7. Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali għandha, meta’ tkun qed tivvota, jkollha numru ta’ voti ugwali għan-numru ta’ l-Istati Membri tagħha li jkunu Partijiet Kontraenti għal dan it-Trattat, basta din l-Organizzazzjoni ma teżerċitax id-dritt tagħha li tivvota jekk l-Istati Membri tagħha jeżerċitaw tagħhom, u viċi versa.

    8. Fil-każ ta’ nuqqas persistenti fit-twettiq ta’ l-obbligazzjonijet finanzjarji ta’ Parti Kontraenti skond dan it-Trattat, il-Konferenza tal-Karta tista’ tissospendi d-drittijiet tal-vot tal-Parti Kontraenti kollha kemm huma jew ta’ parti minnhom.

    Artikolu 37

    Prinċipji tal-finanzjament

    1. Kull Parti Kontraenti għandha tħallas l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni tagħha stess fil-laqgħat tal-Konferenza tal-Karta u tal-korpi sussidjarji kollha.

    2. L-ispiża tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Karta u tal-korpi sussidjarji kollha għandhom jtiqiesu bħala spiża tas-Segretarjat.

    3. L-ispejjeż tas-Segretarjat għandhom jitħallsu mill-Partijiet Kontraenti stmati skond il-kapaċità tagħhom biex iħallsu, stabbiliti kif speċifikat fl-Anness B, li d-dispożizzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu modifikati b’konformità ma’ l-Artikolu 36(1)(d).

    4. Protokoll għandu jkun fih dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-ispejjeż kollha tas-Segretarjat li jirriżultaw minn dak il-Protokoll jitħallsu mill-partijiet li jkun hemm fih..

    5. Il-Konferenza tal-Karta tista’ barra minn hekk, taċċetta kontribuzzjonijiet volontarji minn Parti Kontraenti jew aktar inkella minghand sorsi oħra. L-ispejjeż koperti minn dawn il-kontribuzzjonijiet m'għandhomx jitqiesu bħala spejjeż tas-Segretarjat għall-iskop tal-paragrafu 3.

    PARTI VIII

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 38

    Firma

    Dan it-trattat għandu jinfetah għall-firma f’Lisbona mis-17 ta’ Diċembru 1994 sas-16 ta’ Ġunju 1995 mill-Istati u l-Organizzazzjonijiet għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li iffirmaw il-Karta.

    Artikolu 39

    Ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni

    Dan it-Trattat għandu jkun bla ħsara għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-firmatarji. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom jiġu depożitati għand id-Depożitarju.

    Artikolu 40

    Applikazzjoni għat-territorji

    1. Kull Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali jistghu waqt il-firma, r-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mad-Depożitarju, jiddikjaraw li t-Trattat għandu jkun jorbot għalihom fir-rigward tat-territorji kollha għar-relazzjonijiet internazzjonali li għalihom ikunu risponsabbli, jew għal waħda jew aktar minnhom. Din id-dikjarazzjoni għandha tidħol fis-seħħ malli t-Trattat jidħol fis-seħħ għal dik il-Parti Kontraenti.

    2. Kull Parti Kontraenti tista f’data aktar tard, permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mad-Depożitarju, torbot lilha nfisha taħt dan it-Trattat fir-rigward ta’ territorju ieħor speċifikat fid-dikjarazzjoni. Fir-rigward ta’ dan it-territorju t-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fid-90 jum li jiġi wara l-irċevuta ta’ din id-dikjarazzjoni mid-Depożitarju.

    3. Kull dikjarazzjoni li tkun saret taħt iż-żewġ paragrafi preċedenti tista’, fir-rigward ta’ kull territorju speċifikat f’din id-dikjarazzjoni, tiġi rtirata permezz ta’ notifika lid-Depożitarju. L-irtirar għandu, bla ħsara għall-applikabilità ta’ l-Artikolu 47(3), jidħol fis-seħħ ma’ l-iskadenza ta’ sena wara d-data ta'l-iriċevuta ta’ din in-notifika mid-Depożitarju.

    4. Id-definizzjoni ta’ "zona"’ fl-Artikolu 1 (10) għandha titqies b’konsiderazzjoni għal kull dikjarazzjoni depożitata skond dan l-Artikolu.

    Artikolu 41

    Adeżjoni

    Dan it-Trattat għandu jiġi miftuħ għall-adeżjoni, mid-data li fiha t-Trattat jingħalaq għall-firma, minn Stati u Organizzazzjonijet għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li firmaw il-Karta, fuq termini li għandhom jiġu approvati mill-Konferenza tal-Karta. L-istrumenti ta’ l-adeżjoni għandhom jiġu depożitati għand id-Depożitarju.

    Artikolu 42

    Emendi

    1. Kull Parti Kontraenti tista’ tipproponi emendi għal dan it-Trattat.

    2. It-test ta’ kull emenda proposta għal dan it-Trattat għandha tiġi komunikata lill-Partijiet Kontraenti mis-Segretarjat ta’ lanqas tliet xhur qabel id-data li fiha tiġi proposta għall-adozzjoni mill-Konferenza tal-Karta.

    3. Emendi għal dan it-Trattat, li t-testi tagħhom ikunu ġew adottati mill-Konferenza tal-Karta, għandhom jiġu komunikati mis-Segretarjat lid-Depożitarju li għandu jressaqhom quddiem il-Partijet Kontraenti kollha għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

    4. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni ta’ l-emendi ta’ dan it-Trattat għandhom jiġu depożitati għand id-Depożitorju. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ bejn il-Partijiet Kontraenti li ratifikawhom, aċċettawhom jew approvawhom fid-90 jum wara d-depożitu għand id-Depożitarju ta’ l-istrumenti tar-ratifika, ta’ l-aċċettazzjoni jew ta’ l-approvazzjoni minn ta’ lanqas tliet-kwarti tal-Partijiet Kontraenti. Minn hemm' il quddiem l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ għal kull Parti Kontraenti oħra fid-90 jum wara li l-Parti Kontraenti tiddepożita l-Istrumenti tagħha tar-ratifika, ta’ l-aċċettazzjoni jew ta’ l-approvazzjoni ta’ l-emendi.

    Artikolu 43

    Ftehim ta’ l-assoċjazzjoni

    1. Il-Konferenza tal-Karta tista’ tawtorizza l-innegozjar tal-ftehim ta’ l-assoċjazzjoni ma’ Stati jew Organizzazzjonijiet għall-Integrazzjoni Ekonomika Regjonali, jew ma’ organizzazzjonijet internazzjonali, biex tfittex l-għanijiet u l-prinċipji tagħha tal-Karta u d-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat jew Protokoll wieħed jew aktar.

    2. Ir-relazzjoni li tiġi stabbilita u d-drittijiet li jitgawdew flimkien ma’ l-obbligi l-merfugħin minn Stat li qed jissieħeb, minn Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Regjonali, jew minn organizzazzjoni internazzjonali għandhom ikunu xierqa għaċ-ċirkostanzi partikolari ta’ l-assoċjazzjoni, u f’kull każ għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta’ l-assoċjazzjoni.

    Artikolu 44

    Dħul fis-seħħ

    1. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data tad-depożitu tat-tletin strument tar-ratifika, ta’ l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni tiegħu, jew ta’ l-adeżjoni għalih, minn Stat jew minn Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Regjonali li jkunu firmatarji għall-Karta mis-16 ta’ Ġunju 1995.

    2. Għal kull Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Regjonali Ekonomika li jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw dan it-Trattat jew jaċċedu għaliha wara d-depożitu tat-30 strument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data tad-depożitu minn Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Regjonali bħal din ta’ l-istrumenti tagħha tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni.

    3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kull strument iddepożitat minn Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Regjonali m’għandux jiġi meqjus bħala addizzjonali għal dawk iddepożitati minn Stati Membri ta’din l-Organizzazzjoni.

    Artikolu 45

    Applikazzjoni proviżorja

    1. Kull firmatarju jaqbel li japplika dan it-Trattat proviżorjament sad-dħul fis-seħħ għal dak il-firmatarju skond l-Artikolu 44, sakemm dik l-applikazzjoni proviżorja ma tkunx inkonsistenti mal-kostituzzjoni, l-liġijiet jew ir-regolamenti tagħha.

    2. (a) Minkejja l-paragrafu 1 kull firmatarju jista’, meta jkun qed jiffirma, jikkonsenja għand id-Depożitartju dikjarazzjoni li hu ma jkunx jista’ jaċċetta applikazzjoni proviżorja. L-obbligazzjoni li tkun fil-paragrafu1 m’għandhiex tgħodd għal firmatarju li jkun qed jagħmel din id-dikjarazzjoni. Kwalunkwe firmatarju minn dawn jista’ f’kull ħin jirtira dik id-dikjarazzjoni permezz ta’ notifika bil-miktub lid-Depożitarju.

    (b) La firmatarju li jagħmel dikjarazzjoni skond is-sub-paragrafu (a) u lanqas investituri ta’ dak il-firmatarju ma jistgħu jitolbu l-benefiċċji ta’ applikazzjoni proviżorja skond il-paragrafu 1.

    (ċ) Minkejja s-sub-paragrafu (a), kull firmatarju li jkun qed jagħmel dikjarazzjoni msemmija fis-sub-paragrafu (a) għandu japplika l-Parti VII proviżorjament sad-dħul fis-seħħ tat-Trattat għal dak il-firmatarju b’konformità ma’ l-Artikolu 44, safejn dik l-applikazzjoni proviżorja ma tkunx inkonsistenti mal-ligijiet jew ir-regolamenti.

    3. (a) Kull firmatarju inkella Parti Kontraenti tista’ tittermina l-applikazzjoni proviżorja tagħha ta’dan it-Trattat permezz ta’ notifika bil-miktub lid-Dipożitarju dwar l-intenzjoni tagħha li ma ssirx Parti Kontraenti għat-Trattat. It-termininazzjoni ta’ applikazzjoni proviżorja għal kull firmatarju għandha tidħol fis-seħħ fl-iskadenza tas-60 jum mid-data li fiha din in-notifika bil-miktub tal-firmatarju tiġi riċevuta mid-Dipożitarju.

    (b) Fil-każ li firmatarju jittermina l-applikazzjoni proviżorja skond is-sub-paragrafu (a), l-obbligazzjoni tal-firmatarju skond il-paragrafu 1 biex japplika l-Partijiet III u V fir-rigward ta’ xi investimenti li jkunu saru f’din iż-żona waqt din l-applikazzjoni proviżorja minn investituri ta’ xi firmatarji oħra għandha, minkejja kollox, tibqa’ fis-seħħ fir-rigward ta’ dawk l-investimenti għal 20 sena wara d-data effettiva tat-termininazzjoni, minbarra fejn previst fis-sub-paragrafu (ċ).

    (ċ) Is-sub-paragrafu (b) m’għandux jgħodd għal kull firmatarju elenkat fl-Anness PA. Firmatarju għandu jitneħħa mil-lista fl-Anness PA effettiva malli tasal it-talba relattiva tieghu lid-Depożitarji.

    4. Sad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat il-firmatarji għandhom jiltaqgħu minn żmien għal żmien fil-Konferenza tal-Karta proviżorja, waqt li l-ewwel laqgħa għandha tissejjaħ mis-Segretarjat proviżorju msemmi fil-paragrafu 5 mhux aktar tard minn 180 jum wara d-data tal-ftuħ għall-firma tat-Trattat hekk kif speċifikat fl-Artikolu 38.

    5. Il-funzjonijiet tas-Segretarjat għandhom jitwettqu fuq bażi interim minn Segretarjat proviżorju sad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat b’konformità ma’ l-Artikolu 44 u t-twaqqif ta’ Segretarjat.

    6. Il-firmatarji għandhom, b’konformità u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew is-sub-paragrafu 2 (ċ) kif xieraq, jikkontribwixxu għall-ispejjeż tas-Segretarjat proviżorju bħallikieku l-firmatarji jkunu Partijiet Kontraenti skond l-Artikolu 37(3). Il-modifiki kollha li jkunu saru fl-Anness B mill-firmatarji għandhom jintemmu mad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat.

    7. Stat jew Organizzazzjoni għall-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali li, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat, jidhlu fit-Trattat b’konformità ma’ l-Artikolu 41, sad-dħul fis-seħħ tat-Trattat, għandhom ikollhom id-drittijiet minbarra li jassumu l-obbligazzjonijiet ta’ firmatarju skond dan l-Artikolu.

    Artikolu 46

    Riservi

    L-ebda riserva ma tista’ ssir għal dan it-Trattat.

    Artikolu 47

    Irtirar

    1. F’kull waqt wara l-ħames snin mid-data li fiha dan it-Trattat ikun daħal fis-seħħ għal Parti Kontraenti, dik il-Parti Kontraenti tista’ tagħti notifika bil-miktub lid-Depożitarju dwar l-irtirar tagħha mit-Trattat.

    2. Kull irtirar bħal dan għandu jidħol fis-seħħ ma’ l-iskadenza ta’ sena wara d-data ta'l-irċevuta tan-notifika mid-Depożitarju, jew f’data aktar tard hekk kif jista’ jiġi speċifikat fin-notifika ta’ l-irtirar.

    3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat għandhom jibqgħu jgħoddu għall-investimenti li jkunu saru fiż-żona ta’ Parti Kontraenti minn investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra jew fiż-żona ta’ Partjiet Kontraenti oħra minn investituri ta’ dik il-Parti Kontraenti mid-data li fiha l-irtirar ta’ dik il-Parti Kontraenti mit-Trattat jidħol fis-seħħ għal perjodu ta’ 20 sena’ minn dik id-data.

    4. Il-Protokolli kollha li għalihom Parti Kontraenti ghandha sehem iridu jieqfu milli jibqgħu fis-seħħ għal dik il-Parti Kontraenti fid-data effettiva ta’ l-irtirar tagħha minn dan it-Trattat.

    Artikolu 48

    Status ta’ Annessi u Deċiżjonijiet

    L-Annessi għal dan it-Trattat u d-Deċiżjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 ta’ l-Att Finali tal-Konferenza tal-Karta Ewropea ta’ l-Enerġija firmata f’Lisbona fis-17 ta’ Diċembru 1994 huma partijiet integrali tat-Trattat.

    Artikolu 49

    Depożitarju

    Il-Gvern tar-Repubblika Portugiza għandu jkun id-Depożitarju ta’ dan it-Trattat.

    Artikolu 50

    Testi awtentiċi

    B’xhieda ta’ dan, dawn li firmaw hawn taħt, li huma awtorizzati kif imiss f’dan is-sens, iffirmaw dan it-Trattat bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bir-Russu u bl-Ispanjol, li minnhom kull test huwa awtentiku ndaqs, f’oriġinal wieħed, li se jiġi depożitat għand il-Gvern tar-Repubblika Portugiża.

    Done at Lisbon on the seventeenth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-four.

    Fait à Lisbonne, le dix-sept décembre mil neuf cent quatre-vingt-quatorze.

    Geschehen zu Lissabon am siebzehnten Dezember neunzehnhundertvierundneunzig.

    Fatto a Lisbona il diciassettesimo giorno del mese di dicembre dell’anno millenovecentonovantaquattro.

    Совершено в Лиссабоне в семнадцатый день декабря одна тысяча девятьсот девяносто четвертого года.

    Hecho en Lisboa, el diecisiete de diciembre de mil novecientos noventa y cuatro.

    Udfærdiget i Lissabon, den syttende december nittenhundrede og fireoghalvfems.

    Έγινε στη Λισαβόνα, στις δέκα επτά Δεκεμβρίου του έτους χίλια ενιακόσια ενενήντα τέσσερα.

    Gedaan te Lissabon, de zeventiende december negentienhonderd vierennegentig.

    Feito em Lisboa, aos dezassete de Dezembro de mil novecentos e noventa e quatro.

    Për Republikën e Shqipërisë

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    For Australia

    +++++ TIFF +++++

    Für die Republik Österreich

    +++++ TIFF +++++

    Азербайдан ачынчан

    +++++ TIFF +++++

    Pour le royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgiëFür das Königreich Belgien

    +++++ TIFF +++++

    Cette signature engage également la Communauté française de Belgique, la Communauté flamande, la Communauté germanophone de Belgique, la Région wallonne, la Région flamande et la région de Bruxelles-Capitale.

    Deze handtekening bindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap van België, de Duitstalige Gemeenschap van België, het Waals Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

    Diese Unterschrift bindet ebenso die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft Belgiens, die Deutschsprachige Gemeinschaft Belgiens, die Flämische Region, die Wallonische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

    Ад імя Рэспублікі Беларусь

    +++++ TIFF +++++

    За Република България

    +++++ TIFF +++++

    For CanadaPour le Canada

    za Republiku Hrvatsku

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of Cyprus

    +++++ TIFF +++++

    Za Českou Republiku

    +++++ TIFF +++++

    For Kongeriget Danmark

    +++++ TIFF +++++

    Eesti Vabariigi nimel

    +++++ TIFF +++++

    Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τις Ευρωπαϊκές ΚοινότητεςFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunità europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades Europeias

    +++++ TIFF +++++

    Suomen tasavallan puolesta

    +++++ TIFF +++++

    Pour la République française

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Für die Bundesrepublik Deutschland

    +++++ TIFF +++++

    Για την Ελληνική Δημοκρατία

    +++++ TIFF +++++

    A Magyar Köztársaság nevében

    Fyrir hönd Lyöveldisins íslands

    +++++ TIFF +++++

    Thar cheann na hÉireannFor Ireland

    +++++ TIFF +++++

    Per la Repubblica italiana

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Казахстан Республикасынын атынан

    +++++ TIFF +++++

    Киргиз Республикасы Учун

    +++++ TIFF +++++

    Latvijas Republikas varda

    +++++ TIFF +++++

    Für das Fürstentum Liechtenstein

    +++++ TIFF +++++

    Lietuvos Respublikos vardu

    +++++ TIFF +++++

    Pour le grand-duché de Luxembourg

    +++++ TIFF +++++

    For the Republic of Malta

    +++++ TIFF +++++

    Pentru Republica Moldova

    +++++ TIFF +++++

    Voor het Koninkrijk der Nederlanden

    +++++ TIFF +++++

    For Kongeriket Norge

    +++++ TIFF +++++

    Za Rzeczpospolitą Polską

    +++++ TIFF +++++

    Pela República Portuguesa

    +++++ TIFF +++++

    Pentru Rômania

    +++++ TIFF +++++

    За Российскую Федерацию

    +++++ TIFF +++++

    Za Slovenskú republiku

    +++++ TIFF +++++

    Za Republiko Slovenijo

    +++++ TIFF +++++

    Por el Reino de España

    +++++ TIFF +++++

    För Konungariket Sverige

    +++++ TIFF +++++

    Für die Schweizerische EidgenossenschaftPour la Confédération suissePer la Confederazione svizzera

    +++++ TIFF +++++

    Лз поми Тауикистои

    +++++ TIFF +++++

    Türkiye Cumhuriyeti adina

    +++++ TIFF +++++

    Туркменистан Хекуметинин адындан

    За Укpaїну

    +++++ TIFF +++++

    For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

    +++++ TIFF +++++

    For the United States of America

    Узбекистои Республикаси Хукумати иомидан

    --------------------------------------------------

    ANNESS I GĦAT-TRATTAT TAL-KARTA TA’ L-ENERĠIJA

    TABELLA TAL-KONTENUTI

    | Paġna |

    1.Anness EM

    Materjali u prodotti ta’ l-enerġija (B’konformità ma’ l-Artikolu 1(4)) | 240 |

    2.Anness NI

    Materjali u prodotti ta’ l-enerġija mhux applikabbli għad-definizzjoni ta’ "attività ekonomika fis-settur ta’ l-enerġija" (B’konformità ma’ l-Artikolu 1(5)) | 242 |

    3.Anness TRM

    Notifika u eliminazzjoni gradwali (TRIMs) (B’konformità ma’ l-Artikolu 5(4)) | 243 |

    4.Anness N

    Lista ta’ Partijiet Kontraenti li jeħtieġu ta’ lanqas tliet zoni separati li għandhom jiġu involuti fi tranżitu (B’konformità ma’ l-Artikolu 7(10) (a)) | 244 |

    5.Anness VC

    Lista ta’ Partijiet Kontraenti li dahlu volontarjament ghal impenji li jorbtu fir-rigward ta’ l-Artikolu 10(3) (B’konformità ma’ l-Artikolu 10(6)) | 245 |

    6.Anness ID

    Lista ta’ Partijiet Kontraenti li ma jippermettux li investitur jerġa’ jressaq l-istess tilwima quddiem l-arbitraġġ internazzjonali fi stadju aktar tard b’konformità ma’ l-Artikolu 26 (B’konformità ma’ l-Artikolu 26(3) (b) (i)) | 246 |

    7.Anness IA

    Lista ta’ Partijiet Kontraenti li ma jippermettux investitur jew Parti Kontraenti li tressaq tilwima rigward l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 10(1) għal arbitraġġ internazzjonali (B’konformità ma’ l-Artikoli 26(3) (ċ) u 27 (2)) | 247 |

    8.Anness P

    Proċedura speċjali għal tilwima sub-nazzjonali (B’konformità ma’ l-Artikolu 27(3)(i)) | 248 |

    9.Anness G

    Eċċezzjonijiet u regoli li jiggwidaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-GATT u l-Istrumenti Relatati (B’konformità ma’ l-Artikolu 29(2) (a)) | 249 |

    10.Anness TFU

    Dispożizzjonijiet rigward il-ftehim kummerċjali bejn l-Istati li kienu partijiet kostitwenti ta’ dik li kienet qabel l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi (B’konformità ma’ l-Artikolu 29(2) (b)) | 253 |

    11.Anness D

    Dispożizzjonijiet interim għal soluzzjoni ta’ tilwim kummerċjali (B’konformità ma’ l-Artikolu 29(7)) | 254 |

    12.Anness B

    Formola biex jiġu allokati l-ispejjeż tal-karta (B’konformità ma’ l-Artikolu 37(3)) | 258 |

    13.Anness PA

    Lista ta’ firmatarji li ma jaċċettawx l-applikazzjoni proviżorja ta’ l-Artikolu 45(3)(b) (B’konformità ma’ l-Artikolu 45(3)(ċ)) | 259 |

    14.Anness T

    Miżuri transizzjonali tal-Partijiet Kontraenti (B’konformità ma’ l-Artikolu 32(1)) | 260 |

    --------------------------------------------------

    ANNESS 2

    DEĊIŻJONIJIET FIR-RIGWARD TAT-TRATTAT TAL-KARTA TA' L-ENERĠIJA

    Il-Konferenza Ewropea tal-Karta ta' l-Enerġija adottat id-Deċiżjonijiet li ġejjin:

    1. Fir-rigward tat-Trattat fl-intier tiegħu

    Fil-każ ta' konflitt bejn it-trattat li jikkonċerna Spitsbergen tad-9 ta' Frar 1920 (it-Trattat tal-Svalbard) u l-Karta tat-Trattat ta' l-Enerġija, it-trattat rigward Spitsbergen għandu jipprevali safejn jidħol il-konflitt, mingħajr preġudizzju għall-posizzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tat-Trattat ta' Svalbard. Fil-każ ta' konflitt bħal dan jew ta' tilwima fuq jekk hemmx dan il-konflitt jew l-entità tiegħu, l-Artikolu 16 u l-Parti V tat-Trattat tal-Karta ta' l-enerġija m'għandhomx jgħoddu.

    2. Fir-rigward ta' l-artikolu 10(7)

    Il-Federazzjoni Russa tista' teħtieġ li kumpanniji b'parteċipazzjoni barranija jġibu approvazzjoni leġislattiva għall-kiri ta' proprjetà li tappartjeni għall-federazzjoni, basta l-Federazzjoni Russa taċċerta ruħha mingħajr eċċezzjoni li dan il-proċess ma jiġix applikat b'mod li jiddiskrimina fost investimenti ta' investituri ta' Partjiet Kontraenti oħrajn.

    3. Fir-rigward ta' l-Artikolu 14 [1]

    1. It-terminu "ħelsien ta'trasferiment" fl-Artikolu 14(1) ma jżommx Parti Kontraenti (min issa l quddiem imsejħa Parti li "Tillimita") milli tapplika restrizzjonijiet fuq moviment ta' kapital mill-investituri tagħha stess, basta li:

    (a) dawn ir-restrizzjonijiet ma jippreġudikawx id-drittijiet mogħtija skond l-Artikolu 14(1) lil investituri ta' Partijiet Kontraenti oħra fir-rigward ta' l-investimenti tagħhom;

    (b) dawn ir-restrizzjonijiet ma jeffettwawx tranżazzjonijiet kurrenti; u

    (ċ) il-Parti Kontraenti tiżgura li investimenti fiż-żona tagħha ta' l-investituri tal-Partijiet Kontraenti kollha jingħataw, fir-rigward ta' trasferimenti, trattament xejn anqas favorevoli minn dak li hi tagħti lil investimenti ta' investituri ta' kull Parti Kontraenti oħra jew ta' kull Stat terz, liema minnhom ikun l-aktar favorevoli.

    2. Din id-Deċiżjoni għandha tkun soġġetta għall-eżami mill-Konferenza tal-Karta ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat, imma mhux aktar tard mid-data maħsuba fl-Artikolu 32(3).

    3. L-ebda Parti Kontraenti m'għandha tkun eliġibbli biex tapplika dawn ir-restrizzjonijiet sakemm ma tkunx Parti Kontraenti li tkun Stat li kien parti kostitwenti ta' dik li qabel kienet l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi, li notifikat lis-Segretarjat proviżorju bil-miktub mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1995 li hi teleġġi biex tkun eliġibbli biex tapplika restrizzjonijiet skond din id-Deċiżjoni.

    4. Biex jiġi evitat id-dubju, xejn f'din id-Deċiżjoni m'għandu jidderoga, fejn għandu x'jaqsam l-Artikolu 16, mid-drittijiet ta'hawn taħt ta' Parti Kontraenti, l-investituri tagħha jew l-investimenti tagħhom, jew mill-obbligazzjonijiet ta' Parti Kontraenti.

    5. "Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:" tranżazzjonijet kurrenti' huma ħlasijiet kurrenti konnessi mal-moviment ta'merkanzija, servizzi jew persuni li jkunu saru b'konformità mal-prattika internazzjonali normali, u li ma jinkludux arranġamenti li jikkostitwixxu materjalment kombinazzjoni ta' ħlas kurrenti u tranzazzjoni ta' kapitali, bħalma huma posponimenti tal-ħlasijiet u avvanzi li jkunu maħsuba biex jiskartaw il-leġislazzjoni rispettiva tal-Parti li Tillimita fil-qasam.

    4. Fir-rigward ta' l-Artikolu 14(2) Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta' l-Artikolu 14 u l-obbligazzjonijiet internazzjonali l-oħra tagħha, r-Rumanija għandha taħseb biex matul it-transizzjoni lejn konvertibilità sħiħa tal-munita nazzjonali tagħha tieħu passi xierqa biex ittejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri tagħha għat-trasferimenti tal-qliegħ mill-investiment u għandha f'kull każ tiggarantixxi trasferimenti bħal dawn f'munita liberament konvertibbli mingħajr restrizzjoni jew dewmien li jaqbeż is-sitt xhur.

    Ir-Rumanija għandha tiżgura li investimenti fiż-żona tagħha ta' l-investituri tal-Partijiet Kontraenti l-oħra kollha jingħataw, fir-rigward tat-trasferimenti, trattament xejn anqas favorevoli minn dak li hi tagħti lil investimenti ta' investituri ta' kull Parti Kontraenti oħra jew ta' kull Stat terz, liema minnhom ikun l-aktar favorevoli.

    5. Fir-rigward ta' l-Artikoli 24(4)(a) u 25

    Kull investiment ta' investitur imsemmi fl-Artikolu 1(7)(a) (ii), ta' Parti Kontraenti li ma tkunx parti għall-EIA jew ta' membru ta' zona ta' kummerċ ħieles jew ta' unjoni doganali, għandu jkun intitolat għall-trattament mogħti taħt EIA, zona ta' kummerċ ħieles jew unjoni doganali, basta l-investiment:

    (a) ikollu l-uffiċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fiż-żona ta' parti għal dik l-EIA jew membru ta' dik iż-żona tal-kummerċ ħieles jew unjoni doganali; jew

    (b) fil-każ li din ikollha biss l-uffiċċju reġistrat f'dik iż-żona, ikollha rabta effettiva u kontinwa ma' l-ekonomija ta' waħda mill-partijiet għall-dik l-EIA jew membru ta' dik iż-żona ta' kummerċ ħieles jew unjoni doganali.

    [1] Din id-Deċiżjoni ġiet abbozzata bil-fehma li l-Partijiet Kontraenti li beħsiebhom japprofittaw ruħhom minnha u li wkoll ġa daħlu fi Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni mal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom li fihom artikolu li jiċħad dak il-Ftehim favur it-Trattat, se jiskambjaw ittri ta' ftehim li għandhom l-effett legali li jagħmlu l-Artikolu 16 tat-Trattat applikabbli bejniethom f'relazzjoni ma' din id-Deċiżjoni. L-Iskambju ta' Ittri għandu jitlesta kmieni biżżejjed qabel l-iffirmar.

    --------------------------------------------------

    Top