Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21987A0410(05)

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Możambik dwar relazzjonijiet tas-sajd

    ĠU L 98, 10.4.1987, p. 12–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1987/226(2)/oj

    Related Council decision
    Related Council regulation

    21987A0410(05)



    Official Journal L 098 , 10/04/1987 P. 0012 - 0024
    Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0184
    Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0184
    L 201 22/7/1987 P. 0002


    Il-Ftehim

    bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Możambik dwar relazzjonijiet tas-sajd

    IL-KOMUNITA` EKONOMIKA EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Komunità", u

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAL-MOŻAMBIK, hawn taħt imsejjaħ' il-"Możambik",

    JIKKUNSIDRAW l-ispirtu ta' koperazzjoni li rriżulta mill-Konvenzjoni Lome' u r-relazzjonijiet ta' koperazzjoni tajba li jeżistu bejn il-Komunità u l-Możambik;

    JIRRIKONOXXU l-importanza tal-konservazzjoni, it-tmexxija u l-esplojtazzjoni razzjonali tar-riżorsi tal-baħar;

    JFAKKRU li, fir-rigward tas-sajd fil-baħar, il-Możambik jeżerċità s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fuq żona li tesdendi sa 200 mil nawtiku mill-kosta tiegħu;

    JIKKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar iffirmata miż-żewġ partijiet;

    JAFFERMAW li l-eżerċizzju ta' l-Istati tal-kosta tad-drittijiet tagħhom fl-ibħra li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom, bl-għan li jesploraw, jesplojtaw, jikkonservaw u jmexxu r-riżorsi ħajjin, għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tal-liġi internazzjonali;

    ISPIRATI bir-rieda li tiġi żviluppata u intensifikata koperazzjoni vantaġġuża mutwa fil-qasam tas-sajd;

    DETERMINATI li jmexxu r-relazzjonijiet tagħhom fi spirtu ta' fiduċja u rispett tal-wieħed lejn l-ieħor fl-interess tal-wieħed lejn l-ieħor fl-isfera tas-sajd;

    ĦERQANA li jitwaqqfu t-termini u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet ta' sajd fl-interess komuni taż-żewġ partijiet,

    FTIEHMU kif ġej:

    Artikolu 1

    L-għan ta' dan il-ftehim hu li jiġu stabbiliti l-prinċipji u r-regoli li għandhom, fil-futur, u f'kull rispett, jikkontrollaw ir-relazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Komunità u l-Możambik li jinkludu sajd minn bastimenti li jġorru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità, minn hawn ‘il quddiem imsejħa "bastimenti tal-Komunità", fl-ilmijiet li fuqhom il-Możambik għandu s-sovranità u l-ġurisdizzjoni fir-rigward ta' sajd skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali, minn hawn ‘il quddiem imsejħa "l-ilmijiet tal-Możambik"

    Artikolu 2

    1. Il-Możambik għandu jippermetti s-sajd minn bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet tal-Możambik skond dan il-ftehim.

    2. L-attivitajiet ta' sajd taħt dan il-ftehim għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet tal-Możambik.

    Artikolu 3

    1. Il-Komunità taċċetta li tieħu l-passi xierqa biex tassigura li l-bastimenti tagħha josservaw d- dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim u l-liġijiet relatati mas-sajd fl-ilmijiet tal-Możambik li huma konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar u regoli oħra tal-Liġi Internazzjonali.

    2. L-awtoritajiet tal-Możambik għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej b'xi bdil f'dawn il-liġijiet.

    3. Il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tal-Możambik biex jirregolaw is-sajd bl-għan ta' ħarsien għandhom ikunu bbażati fuq għanijiet u kriterji xjentifiċi u għandhom jgħoddu bl-istess mod għall-bastimenti tal-Komunità u bastimenti ta' pajjiżi terzi mingħajr preġudizzju u arranġamenti speċjali bejn Stati li għadhom qed jiżviluppaw fl-istess arja ġeografika, inklużi arranġamenti reċiproki fuq is-sajd.

    Artikolu 4

    1. L-attivitajiet ta' sajd minn bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet tal-Możambik taħt il-ftehim preżenti għandhom ikunu suġġetti għall-pussess ta' liċenzja maħruga fuq talba tal-Kommunità mill-awtoritajiet tal-Możambik.

    2. L-awtoritajiet tal-Możambik għandhom joħorġu liċenzji tas-sajd fil-limiti mniżżla fil-Protokoll li hemm referenza għalih fl-Artikolu 8 ta' dan il-ftehim.

    3. Il-liċenzji għandhom ikunu validi fiż-żoni definiti fl-Anness.

    4. Il-liċenzji għandhom ikunu validi skond it-talba tas-sid tal-bastiment għal perjodi definiti fl-Anness.

    5. Liċenzja għanda toħroġ għal bastiment partikolari u ma tkunx tista' tiġi trasferita lil bastiment ieħor.

    6. Fuq talba tal-Komunità, liċenzja ta' bastiment tas-sajd tista', fil-każ ta' forza maġġuri, tiġi ssostitwita b'liċenzja ta' bastiment ieħor li ma jkunx jesa' iktar mill-bastiment oriġinali.

    Artikolu 5

    1. Il-liċenzji tas-sajd għandhom jiġu maħruġa mill-awtoritajiet tal-Możambik kontra ħlas ta' drittijiet mis-sid ikkonċernat.

    2. Id-dritt għas-sajd tat-tonn għandu jkun stabbilit għal kull tunnellata ta' tonn maqbud fl-ilmijiet tal-Możambik; id-dritt għal bastimenti li jiġbdu tartarun għall-gambli għandu jkun stabbilit skond it-tunnellati gross irreġistrati li huma ammissibli skond dawn il-liċenzji.

    3. L-ammonti ta' dawn id-drittijiet u l-mod ta' pagament huma stiplulati fl-Anness.

    Artikolu 6

    Il-partijiet jaċċettaw li jikkonsultaw wieħed lill-ieħor, direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali biex jassiguraw it-tmexxija u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajja fl-Oċean Indjan, u l-koperazzjoni fir-riċerka xjentifika rilevanti.

    Artikolu 7

    Il-bastimenti li huma awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Możambik skond il-prinċipji ta' dan il-ftehim għandhom jikkomunikaw lis-servizzi kompetenti tal-Możambik l-istqarrijiet tal-qbid u informazzjoni oħra rilevanti skond il-modalitajiet definiti fl-Anness.

    Artikolu 8

    Bi tpattija għall-opportunitajiet ta' sajd mogħtija taħt l-Artiklu 2, il-Komunità għandha tħallas, skond il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti stipulati fil-Protokoll anness ma' dan il-ftehim, kontribuzzjoni finanzjarja lill-Możambik, mingħajr preġudizzju għal finanzjament riċevut mill-Możambik taħt il-Konvenzjoni ta' Lome.

    Artikolu 9

    1. Il-partijiet jaqblu li jikkonsultaw dwar mistoqsijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni u l-funzjoni xierqa ta' dan il-ftehim.

    2. F'każ ta' argument dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-ftehim, argument ta' dan it-tip għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni bejn iż-żewġ partijiet.

    Artikolu 10

    1. Bl-għan li jiġu adottati miżuri prattiċi għall-applikazzjoni ta' dan il-ftehim, il-partijiet jaqblu li jwaqqfu Kumitat konġunt. Il-Kumitat għandu jkollu il-kompetenzi li ġejjin:

    - li jissorvelja l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u t-tħaddim xieraq tal-ftehim imsemmi,

    - li jassigura l-komunikazzjoni neċessarja dwar kwistjonijiet ta' interess komuni,

    - li jaqblu fuq:

    - id-drittijiet ta' liċenzji għal bastimenti li jistadu għall-gambli,

    - il-limiti kwantitattivi għall-ispeċi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u 1 (2) tal-Protokoll.

    2. Il-Kumitat konġunt għandu jiltaqa' ta' l-inqas darba fis-sena preferibbilment matul l-ewwel tliet xhur tas-sena, alternattivament fir-Repubblika Popolari tal-Możambik u l-Komunità, jew f'każ straordinarju fuq talba ta' parti jew oħra skond fejn u meta jiġi miftehem.

    3. Il-partijiet għandhom jikkonsultaw ta' lanqas 30 jum qabel dwar id-data u l-aġenda tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

    Artikolu 11

    F'każ li l-awtoritajiet tal-Możambik jiddeċiedu li, bħala riżultat ta' żviluppi fl-istat tal-ħażniet tal-ħut, jieħdu miżuri ta' konservazzjoni li jaffetwaw lill-bastimenti tal-Komunità, għandu jkun hemm konsultazzjonijiet bejn il-partijiet sabiex jiġu adattati l-Anness u l-Protokoll mehmuża ma' dan il-ftehim.

    Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju li, kull tnaqqis sostanzjali mid-drittijiet ta' sajd li huma pprovduti fil-Protokoll, għandhom iwasslu għal tnaqqis ekwivalenti mill-kumpens finanzjarju li għandu jiġi mħallas mill-Komunità.

    Artikolu 12

    Dak kollu li jinsab f'dan il-ftehim, m'għandu bl-ebda mod jaffetwa jew jippreġudika l-viżjoni ta' parti jew oħra fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-Liġi tal-Baħar.

    Artikolu 13

    Dan l-arranġament għandu japplika, min-naħa, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dan it-Trattat, u fuq in-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika Popolari tal-Możambik.

    Artikolu 14

    L-Anness u l-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-ftehim u kull referenza li ssir għal dan il-ftehim għandha tinkludi wkoll referenza għall-Anness u l-Protokoll.

    Artikolu 15

    Dan il-ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu inizzjali ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Sa kemm wieħed mill-partijiet ma jibqax iżomm ruħu marbut bih billi jagħti avviż għal dan l-effett sitt xhur qabel id-data ta' tmiem tal-perjodu ta' ħames snin, il-ftehim jibqa fis-seħħ għal perjodu addizzjonali ta' sentejn sakemm ma jiġix denunzjat b'avviż mogħti ta' l-anqas tliet xhur mid-data tat-tmiem tal-perjodu ta' sentejn imsemmi.

    Fl-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin, u wara dan, fl-aħħar tal-perjodi ta' sentejn, u fl-aħħar taż-żmien ta' kemm idum il-Protokoll, il-Partijiet Kontraenti għandhom jibdew negozjati biex jiddeterminaw bi qbil komuni x'emendi jew addizzjonijiet hemm bżonn li jsiru lill-Anness jew lill-Protokoll. Fil-każ illi Parti Kontraenti tagħti avviż ta' tmiem li bih tiddenunzja l-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jibdew jinnegozjaw.

    Artikolu 16

    Dan il-ftehim, imfassal f'żewġ kopji bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol, kull kopja ta' dawn it-testi ugwalment awtentika, għandu jidħlu fis-seħħ fid-data ta' meta jiġi ffirmat.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    KONDIZZJONIJIET DWAR L-ATTIVITAJIET TA' SAJD MINN BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ F'ILMIJIET TAL-MOŻAMBIK

    A. APPLIKAZZJONI GĦALL-LIĊENZJA U L-FORMALITAJIET TAL-ĦRUĠ

    Il-proċedura ta' l-applikazzjoni u l-ħruġ ta' liċenzji li jawtorizzaw lill-bastimenti tal-Kommunità li jistadu fl-ilmijiet tal-Możambik għandhom ikunu kif ġej:

    L-awtoritajiet rilevanti tal-Komunità għandhom jippreżentaw lis-Segretarat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd tar-Repubblika tal-Możambik, via d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Możambik, applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad taħt dan il-ftehim:

    - għal bastimenti tal-gambli qabel l-1 ta' Awissu ta' kull sena,

    - għal bastimenti tat-tonn ta' l-anqas 30 jum qabel id-data tal-bidu tal-perjodu ta' validità mitlub.

    L-applikazzjonjiet għandhom isiru fuq il-formoli pprovduti mill-Możambik, kampjun ta' liema huwa hawnhekk anness.

    Il-liċenzji għandhom jintbagħtu lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom. Il-liċenzji għandhom jinżammu abbord f'kull ħin.

    I. Dispożizzjonijiet applikabbli għal-bastimenti tal-gambli

    (a) Id-drittijiet għal-liċenzji huma stabbiliti kif ġej:

    - 151 ECU/grt fis sena għal bastimenti li jistadu esklussivament għall-gambli ta' ilmijiet fondi,

    - 266 ECU/grt fis-sena għal bastimenti li jistadu għall-gambli f'ilmijiet baxxi u fondi,

    u jridu jitħallsu f'erba' pagamenti ndaqs fl-ewwel jum ta' kull tliet xhur tas-sena kurrenti.

    Fuq talba ta' Parti jew oħra, id-drittijiet tal-liċenzji jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan il-ftehim, f'każ li jkun hemm bidla fil-grt.

    Il-liċenzji huma validi għal perjodu ta' sena jew sakemm jiġu eżawriti l-limiti kwantitattivi ffissati fl-Artikolu 1 tal-Protokoll. Għall-ħruġ tal-liċenzji, il-basitmenti jkollhom jiġu mqiegħda fil-port ta' Maputo. Dan il-port għandu jkun il-port bażiku għall-attivitajiet ta' sajd fejn għandha tibda u tispiċċa kull kampanja ta' sajd. Il-krustaċji kollha maqbuda oltre l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu l-propjetà tal-Uffiċju tas-Segretarjat tal-Istat responsabbli mis-Sajd u għandhom jintbagħtu b'xejn fil-port ta' bażi.

    (b) Il-bastimenti kollha li huma awtorizzati jistadu taħt dan il-ftehim fl-ilmijiet tal-Możambik għandhom l-obbligu li jgħaddu rapport tal-qabda ta' kuljum, miktub mill-kaptan skond il-kampjun hawnhekk anness lis-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd.

    Barra minn hekk, kull bastiment irid jippreżenta rapport kull xahar lis-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd li fih ikun hemm il-kwantità maqbuda matul ix-xahar u l-kwantità abbord fl-aħħar jum tax-xahar. Dan ir-rapport għandu jkun ippreżentat mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xahar ta' wara dak ikkonċernat. Jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux miżmuma, il-Możambik jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment li jikser din id-dispożizzjoni sakemm il-formalità ma tiġix imħarsa.

    (ċ) Kull bastiment tal-gambli li jkun qed jistad fl-ilmijiet tal-Możambik taħt dan il-ftehim għandu jinforma bir-radju kuljum lir-"Radju Navali" bil-pożizzjoni ġeografika tiegħu. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jiġu mgħarrfa bis-sinjal ta' sejħa fil-mument ta' l-għotja tal-liċenzja tas-sajd.

    Il-bastimenti tal-gambli ma jistgħux iħallu l-ilmijiet tal-Możambik mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tas-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd u wara li l-ħut abbord jiġi kkontrollat.

    II. Dispożizzjonijiet applikabbli għal bastimenti tat-tonn

    (a) Id-drittijiet għandhom jiġu stabbiliti għal 20 ECU għal kull tunnellata ta' tonn maqbuda fl-ilmijiet tal-Możambik.

    (b) L-applikazzjonjiet għal-liċenzji għall-bastimenti tat-tonn għandhom jinħarġu wara li tiġi mħallsa lill-Możambik is-somma mħallsa f'daqqa bil-quddiem ta' 1000 ECU kull sena, għal kull dgħajsa li tiġbed tartarun biex taqbad it-tonn, l-ekwivalenti tad-drittijiet għal 50 tunnellata ta' tonn maqbuda fl-ilmijiet tal-Możambik fis-sena. Stqarrija proviżjonali tad-drittijiet li għandhom jiġu mħallsa għas-sena ta' sajd, għandha tiġi miktuba mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fl-aħħar ta' kull sena kalendarja fuq il-bażi ta' l-istqarrija tal-qabda magħmula mis-sidien tal-bastimenti u mgħoddija fl-istess ħin lill-awtoritajiet tal-Możambik u lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. L-ammont korrispondenti għandu jiġi mħallas mis-sidien tal-bastimenti lit-Teżorier tal-Możambik sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara. L-isqarrija finali tad-drittijiet li għandhom jiġu mħallsa għal sena ta' sajd għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u s-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd tal-Możambik f'daqqa, b'kunsiderazzjoni ta' l-opinjoni xjentifika disponibbli, partikolarment tal-ORSTOM, l-Istitut Spanjol tal-Oċeanografija (IEO) u ta' l-Istitut tar-Riċerka fuq is-Sajd (IIP), u xi fatti statistiċi magħrufa li jistgħu jiġu miġbura minn organizzazzjoni tas-sajd internazzjonali fl-Oċean Indjan. Is-sidien tal-basimenti għandhom jiġu mgħarrfa bl-isqarrija mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għandhom ikollhom 30 jum matul liema huma jridu jħallsu l-obbligi finanzjarji tagħhom. Jekk l-ammont tas-somma li għandha tiġi mħallsa għall-operazzjonijiet ta' sajd ma tkunx ugwali għas-somma mħallsa bil-quddiem, sid il-basitment ma jkunx jista' jerġa' jikseb id-differenza fis-somma.

    (ċ) Kull tlett ijiem matul il-perjodu ta' sajd fl-ilmijiet tal-Możambik, il-bastimenti għandhom jikkomunikaw bir-radju l-pożizzjoni u l-qabdiet tagħhom lill-istazzjon tar-radju "Radju Navali". Meta jidħlu jew joħorġu fl-ilmijiet tal-Możambik, il-bastimenti għandhom jikkomunikaw ma' l-istazzjoni tar-radju "Radju Navali" il-pożizzjoni tagħhom u l-volum tal-qabdiet abbord.

    Barra minn hekk, il-Kaptan għandu jlesti ġurnal ta' abbord tas-sajd, hekk kif jidher fl-Anness, għal kull perjodu ta' sajd fl-ilmijiet tal-Możambik.

    Din il-formola għandha tkun li tista' tinqara u għandha tkun iffirmata mill-kaptan tal-bastiment u mibgħuta lis-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd tar-Repubblika Popolari tal-Możambik via d-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ġo Maputo kemm jista' jkun malajr wara l-perjodu ta' sajd fl-ilmijiet tal-Możambik.

    B. IS-SOTTOSKRIZZJONI TAL-BAĦRIN

    Is-sidien tal-bastimenti li nħarġitilhom liċenzja għas-sajd jistgħu iqabbdu persuni ta' nazzjonalità tal-Możambik bħala sajjieda.

    Is-salarju u l-kontribuzzjoni soċjali għandhom jiġu mħallsa permezz ta' aġent lokali maħtur mis-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli għas-Sajd tar-Repubblika Popolari tal-Możambik.

    Ċ. ŻONI TA' SAJD

    (a) Iż-żoni ta' sajd aċċessibli għall-bastimenti tal-gambli għandhom jinkludu l-ilmijiet kollha li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Popolari tal-Możambik, fin-nofsinhar b' 10° 30' S u fit-tramuntana b' 26° 30' S u ‘l barra mill-ewwel 12-il mil nawtiku mil-linji ta' bażi.

    (b) Iż-żoni ta' sajd aċċessibli għall-bastimenti tat-tuna għandhom jinkludu l-ilmijiet kollha li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Popolari tal-Możambik nofsinhar b'10° 30' S u tramuntana b' 26° 30' S u ‘l barra 200 m isobath.

    D. SPEZZJONI U OSSERVAZZJONI TA' L-ATTIVITAJIET TA' SAJD

    Kull bastiment tal-Komunità li jkun qed jistad fl-ilmijiet tal-Możambik għandu jħalli abbord u jassissti għat-twettiq ta' dmirijietu, kull uffiċjal tal-Możambik responsabbli mill-ispezzjoni u l-osservazzjoni.

    E. BIDLA TA' QLUGĦ

    Bidliet fil-qlugħ għandhom jiġu mgħoddija lill-Uffiċċju tas-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd għall-awtorizzazzjoni.

    F. IDENTIFIKAZZJONI TA' BASTIMENTI TAL-GAMBLI

    Kull bastiment tal-gambli awtorizzat għas-sajd fl-ilmijiet tal-Możambik taħt dan il-ftehim għandu jkun jista' jiġi identifikat permezz ta' numru ta' reġistrazzjoni mogħti mis-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd.

    G. "BY-CATCHES"

    "By-catches" ta' gambli fil-meddiet tal-baħar fejn jinqabad il-ħut għandhom jiġu mħollija fil-port ta' Maputo għall-provvista tas-suq intern, bi prezz iffissat mis-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd.

    H. ADDITIVI KIMIĊI

    Is-sidien ta' bastimenti tal-gambli huma awtorizzati li jużaw biss, għal raġunijiet ta' trasformazzjoni, dawk l-additivi kimiċi li huma awtorizzati mill-leġislazzjoni tal-Komunità.

    I. IL-PROPJETÀ TA' SPEĊI RARI

    L-ispeċi kollha tal-baħar li l-preżervazzjoni tagħhom hija ġġustifikata minħabba r-rarità ta' l-ispeci jew minħabba riċerka bioloġika u li jinqabdu mill-bastimenti tal-Komunità li huma awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Możambik għandhom ikunu l-propjetà ta' l-Uffiċċju tas-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd u għandhom għaldaqstant jiġu mibgħuta malajr kemm jista' jkun, b'xjen u fl-aħjar kondizzjoni possibli, lill-Uffiċċju tas-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd fil-port ta' Maputo.

    J. TRASBORD TA' GAMBLI

    Mhumiex permessi trasbordi, li mhumiex ta' bejn il-bastimenti tal-gambli tal-Komunità, ‘l barra mill-port ta' bażi.

    Safejn huma kkonċernati trasbordi li jseħħu fil-port ta' bażi, dawn għandhom ikunu awtorizzati biss taħt il-kontroll tas-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd.

    K. OSSERVATURI LI JITĦALLEW JITILGĦU ABBORD

    (a) Kull bastiment tas-sajd tal-gambli għandu jieħu abbord osservatur nominat mis-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd tar-Repubblika Popolari tal-Możambik. L-osservatur għandu jiġi akkordat il-kondizzjonijiet li jgawdu minnhom uffiċjali ta' dak il-bastiment. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali għandhom jaqgħu f'idejn l-awtoritajiet tal-Możambik L-osservaturi għandhom igawdu mill-faċilitajiet kollha neċessarji biex jaqdu dmirijithom inkluż l-aċċess permanenti għal kotba ta' abbord ta' sajd u ta' navigazzjoni u t-tagħmir ta' navigazzjoni u komunikazzjoni.

    (b) Il-bastimenti kollha tal-Komunità jistgħu jiġu mitluba mill-awtoritajiet tal-Możambik biex itellgħu abbord bioloġista.

    L. PROJBIZZJONI TA' ARMI TAN-NAR

    Armi tan-nar, inklużi dawk maħsuba għad-difiża personali, għandhom ikunu pprojbiti minn fuq il-bastimenti kollha li huma awtorizzati għas-sajd fiż-żona tal-Możambik.

    M. PIENI

    Kull ksur ta' liġi għandu jiġi ppenalizzat kif ġej:

    - ħlas ta' multa ta' mhux aktar minn 100000 ECU skond il-gravita' tal-ksur tal-liġi ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness,

    - il-liċenzja ma tiġix imġedda jekk wieħed jonqos milli jissupplixxi d-dikjarazzjoni tal-qabda.

    Jekk il-pieni ma jiġux imħallsa, il-bastiment ikkonċernat jew kull bastiment ieħor tal-istess sid jistgħu jiġu miżmuma bħala garanzija tal-pagament u l-bastimenti jistgħu jiġu kkonfiskati mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-sid tal-bastiment biex jappella għal qorti rilevanti.

    --------------------------------------------------

    APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA TAS-SAJD TAL-GAMBLI FL-ILMIJIET TAL-MOŻAMBIK

    PARTI A 1. Isem is-sid:…

    2. Nazzjonalità tas-sid:…

    3. Indirizz kummerċjali tas-sid:…

    4. Kwota ta' sajd mitluba:

    (a) Gambli ta' ilmijiet fondi (tunnellati)…

    (b) Gambli ta' ilmijiet baxxi u gambli ta' ilmijiet fondi (tunnellati)…

    5. Addittivi kimiċi li jistgħu jintużaw (Isem tad-ditta u kompożizzjoni):…

    PARTI B DIN IL-PARTI TRID TIMTELA' GĦAL KULL BASTIMENT

    1. Perjodu ta' validità:…

    2. Isem il-bastiment:…

    3. Sena tal-kostruzzjoni:…

    4. Bandiera tal-pajjiż oriġinali:…

    5. Il-bandiera li qed tiġ mtajra bħalissa:…

    6. Data tal-akkwist tal-bandiera kurrenti:…

    7. Data ta' l-akkwist:…

    8. Port u numru ta' reġistrazzjoni:…

    9. Metodu ta' sajd:…

    10. Tunnellaġġ gross irreġistrat:…

    11. Sinjal ta' sejħa bir-radju:…

    12. Tul ġenerali (m):…

    13. Pruwa (m):…

    14. Fond (m):…

    15. Materjal tal-kostruzzjoni tal-buq:…

    16. Potenza tal-magna (bhp):…

    17. Veloċità (knots):…

    18. Volum tal-kabina:…

    19. Volum tat-tankijiet tal-karburanti (m3):…

    20. Volum tal-ħażniet tal-ħut (m3):…

    21. Kulur tal-buq:…

    22. Kulur tas-soprastruttura:…

    23. Tagħmir ta' komunikazzjoni abbord:…

    +++++ TIFF +++++

    24. Tagħmir ta' navigazzjoni u ta' osservazzjoni installat

    +++++ TIFF +++++

    25. Isem il-Kaptan:…

    26. Nazzjonalità tal-kaptan:…

    Li jrid jiġi anness:

    - tliet ritratti bil-kulur tal-bastiment (mill-ġenb),

    - diagramma u deskrizzjoni ddettaljata tat-tagħmir użat,

    - dokument li jagħti prova ta' l-awtorità tar-rappreżentant tas-sid biex dan ikun jista' jiffirma din l-applikazzjoni.

    … | … |

    (Data ta' l-applikazzjoni) | (Firma tar-rappreżentant tas-sid) |

    --------------------------------------------------

    APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA GĦAS-SAJD TAT-TONN FL-ILMIJIET TAL-MOŻAMBIK

    PARTI A 1. Isem is-sid:…

    2. Nazzjonalità tas-sid:…

    3. Indirizz kummerċjali tas-sid:…

    PARTI B DIN IL-PARTI TRID TIMTELA' GĦAL KULL BASTIMENT

    1. Perjodu ta' validità:…

    2. Isem il-bastiment:…

    3. Sena tal-kostruzzjoni:…

    4. Bandiera tal-pajjiż oriġinali:…

    5. Il-bandiera li qed tiġi mtajra bħalissa:…

    6. Data ta' l-akkwist tal-bandiera kurrenti:…

    7. Data ta' l-akkwist:…

    8. Port u numru ta' reġistrazzjoni:…

    9. Metodu ta' sajd:…

    10. Tunnellaġġ gross irreġistrat:…

    11. Sinjal ta' sejħa bir-radju:…

    12. Tul ġenerali (m):…

    13. Poppa (m):…

    14. Fond (m):…

    15. Materjal tal-kostruzzjoni tal-buq:…

    16. Potenza tal-magna (bhp):…

    17. Veloċità (knots):…

    18. Volum tal-kabina:…

    19. Volum tat-tankijiet tal-karburanti (m3):…

    20. Volum tal-ħażniet tal-ħut (m3):…

    21. Volm tal-friża (tonnellati/24 siegħa) u s-sistema ta' friża użata:…

    22. Kulur tal-buq:…

    23. Kulur tas-soprastruttura:…

    24. Tagħmir ta' komunikazzjoni abbord:…

    +++++ TIFF +++++

    25. Tagħmir ta' navigazzjoni u ta' osservazzjoni nstallat

    +++++ TIFF +++++

    26. Bastimenti awżiljari wżati (għal kull bastiment):…

    26.1. Tunnellaġġ gross irreġistrat:…

    26.2. Tul ġenerali (m):…

    26.3. Poppa (m):…

    26.4. Fond (m):…

    26.5. Materjal tal-kostruzzjoni tal-buq:…

    26.6. Potenza tal-magna (bhp):…

    26.7. Veloċità (knots):…

    27. Tagħmir awżiljarju għall-iskoperta tal-ħut (anki jekk dan ma jinstabx abbord):…

    28. Port:…

    29. Isem il-Kaptan:…

    30. Nazzjonalità tal-kaptan:…

    Li jrid jiġi anness:

    - tliet ritratti bil-kulur tal-bastiment (mill-ġenb) u tal-bastiment tas-sajd awżiljarji u ta' tagħmir awżiljari ta' l-ajru għall-iskoperta tal-ħut,

    - diagramma u deskrizzjoni ddettaljata tat-tagħmir użat,

    - dokument li jagħti prova ta' l-awtorità tar-rappreżentant tas-sid biex dan ikun jista' jiffirma din l-applikazzjoni.

    … | … |

    (Data ta' l-applikazzjoni) | (Firma tar-rappreżentant tas-sid) |

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Protokoll

    li jistabbilixxi id-drittijiet ta' sajd u l-kontribuzzjonjiet previsti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Możambik fuq relazzjonijiet tas-sajd

    Artikolu 1

    Mill-1 ta' Jannar 1987, għal perjodu ta' tliet snin, il-limiti kif imsemmi fl-Artikolu 2 għandhom ikunu kif ġej:

    1. Bastimenti tal-gambli li jistadu esklussivament għal gambli f'ilmijiet fondi: 1100 tunnellaġġ gross rreġistrat fix-xahar fuq medja ta' sena.

    2. Bastimenti tal-gambli li jistadu għal gambli f'ilmijiet baxxi u għal gambli f'ilmijiet fondi: 3700 tunnellaġġ gross rreġistrat fix-xahar fuq medja ta' sena.

    Il-kwantitajiet li jistadu l-bastimenti tal-Komunità fl-1987 ma jistgħux jaqbżu l-1000 tunnellata metrika ta' gambli ta' lmijiet fondi u l-1500 tunnellata metrika ta' gambli ta' lmijiet baxxi. Dawn il-limiti kwantitattivi ser jiġu riveduti, għal kull sena ta' wara mill-Kumitat imħallat kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan il-ftehim. Il-piż tad-dnieb tal-gambli li jinżamm abbord jiġi kkonvertit f'piż sħiħ billi wieħed japplika l-ko-effiċjent 1,67.

    3. Sakemm aktar tagħrif estensiv fir-rigward tar-riżorsi tat-tonn ikun disponibbli u mingħajr preġudizzju għal arranġamenti futuri, 40 dgħajjes tat-tonn bil-friża li joħorġu fl-oċean huma awtorizzati li jistadu fl-istess ħin.

    Artikolu 2

    1. Il-kumpens finanzjarju li hemm referenza għalih fl-Artikolu 8 ta' dan il-ftehim għall-perjodu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll, huwa ffissat għal 6900000 ECU, pagabbli fi tliet pagamenti annwali.

    2. Jekk fil-perjodu ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll l-ammont ta' tonn maqbud mill-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet tal-Możambik jaqbeż it-18000 tunnellata, il-kumpens finanzjarju jiġi miżjud b' 50 ECU għal kull tunnellata maqbuda aktar minn dan il-limitu kwantitattiv.

    3. L-użu li jsir minn dan il-kumpens għandu jaqa' taħt ir-responsabbiltà waħdanija tal-gvern tal-Możambik.

    4. Il-kumpens għandu jiġi mħallas f'kont miftuħ ta' istituzzjoni finanzjarja jew kull korp ieħor nominat mill-Możambik.

    Artikolu 3

    Fil-każ illi jkun hemm żieda fil-possibilitajiet ta' sajd fuq talba tal-Komunità, il-limiti tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 1(1) u 1 (2) jistgħu jiżdiedu. F'dan il-każ, il-kumpens finanzjarju msemmija fl-Artikolu 2 għandu jiżdied proporzjonalment pro rata temporis.

    Artikolu 4

    1. Il-Komunità għandha wkoll tikkontribwixxi matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 sitt mitt elf (600000) ECU għal finanzjament ta' programmi xjentifiċi u tekniċi fil-Możambik (eż. tagħmir u infrastruttura) biex issaħħaħ l-informazzjoni fuq ir-riżorsi ta' sajd fl-ilmijiet tal-Możambik.

    Fuq talba tal-Możambik, parti mill-ammont li ma jaqbżux is-60000 ECU jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni f'konferenzi internazzjonali li ma jkunux neċessarjament relatati mal-programmi xjentifiċi msemmija, bl-għan li jiġi mtejjeb l-għarfien fuq ir-riżorsi tas-sajd.

    2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Możambik għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni rapport qasir tal-użu tal-fondi.

    3. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għal programmi xjentifiċi u tekniċi għandha tiġi mħallsa f'kont speċikat f'kull okkażjoni mill-Uffiċċju tas-Segretarjat ta' l-Istat responsabbli mis-Sajd.

    Artikolu 5

    Jekk il-Komunità tonqos milli tagħmel il-pagamenti previsti f'dan il-Protokoll, il-ftehim fuq is-sajd jista' jiġi sospiż.

    --------------------------------------------------

    Top