EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21973A1123(01)

Skambju ta’ ittri li jemendaw l-Artikolu 7 ta’ l-Anness 6 mal-Protokoll Addizzjonali anness mal-Ftehim li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

ĠU L 34, 7.2.1974, p. 8–10 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

Related Council regulation

21973A1123(01)



Official Journal L 034 , 07/02/1974 P. 0008 - 0010
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0025
Greek special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0125
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0096
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 5 P. 0096


Skambju ta' ittri

li jemendaw l-Artikolu 7 ta' l-Anness 6 mal-Protokoll Addizzjonali anness mal-Ftehim li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

Brussel, …

Sinjur,

Matul in-negozjati li saru fit-22 ta' Mejju 1973, il-partijiet tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija qablu li jissostitwixxu t-test ta' l-Artikolu 7 ta' l-Anness 6 mal-Protokoll Addizzjonali anness mal-Ftehim imsemmi.

Kien miftiehem li l-Artikolu 7 l-ġdid ta' l-Anness 6 mal-Protokoll Addizzjonali għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan kienu ntemmu.

Inkunlek grat jekk tikkonferma l-irċevuta ta' din l-ittra u li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

ANNESS

L-Artikolu 7 ġdid ta' l-Anness 6 mal-Protokoll Addizzjonali anness mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

"1. Sakemm it-Turkija tapplika ħlas ta' esportazzjoni speċjali fuq żejt taż-żebbuġa barra minn żejt taż-żebbuġa rraffinat, li jaqa' fis-subtitolu Nru 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, u sakemm dan il-ħlas speċjali jkun rifless fil-prezz ta' importazzjoni, il-Komunità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li:

(a) it-taxxa fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' l-imsemmi żejt totalment prodott fit-Turkija u ttrasportat dirett minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità tkun it-taxxa kkalkolata skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet, u applikabbli wara l-importazzjoni, bi tnaqqis ta' 0.50 unita ta' kontijiet għall-100 kilogramma;

(b) l-ammont tat-taxxa kkalkolat skond (a) jitnaqqas b'ammont ugwali għal dak tal-ħlas speċjali filwaqt li ma jeċċedix 4.5 unita ta' kontijiet għall-100 kilogramma.

2. Jekk it-Turkija ma tapplikax il-ħlas speċjali li jirreferi għalih il-paragrafu 1, il-Komunità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li t-taxxa fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' żejt taż-żebbuġa barra minn żejt taż-żebbuġa rraffinat, li jaqa' fis-subtitolu Nru 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, tkun it-taxxa kkalkolata skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet (grassijiet), u applikabbli wara l-importazzjoni, bi tnaqqis ta' 0.50 unita ta' kontijiet għall-100 kilogramma.

3. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u, fil-każ ta' diffikultajiet jew wara t-talba tal-Parti l-oħra, għandha tforni l-informazzjoni meħtieġa għall-operat kif xieraq ta' l-arranġamenti.

4. Konsultazzjonijiet dwar l-operat ta' l-arranġamenti pprovduti f'dan l-Artikolu jistgħu jsiru fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni."

Brussel, …

Sinjuri,

Kontu ġentili ħafna li tikkomunikaw miegħi permezz ta' l-ittra li ġejja tagħkom bid-data ta' llum:

"Matul in-negozjati li saru fit-22 ta' Mejju 1973, il-partijiet tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija qablu li jissostitwixxu t-test ta' l-Artikolu 7 ta' l-Anness 6 mal-Protokoll Addizzjonali anness mal-Ftehim imsemmi.

Kien miftiehem li l-Artikolu 7 l-ġdid ta' l-Anness 6 mal-Protokoll Addizzjonali għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan kienu ntemmu.

Inkunlek grat jekk tikkonferma l-irċevuta ta' din l-ittra u li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra."

Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta tal-komunikazzjoni tagħkom u nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut tagħha.

Nitlobkom taċċettaw, Sinjuri, iċ-ċertezza ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-President tar-Repubblika tat-Turkija

ANNESS

L-Artikolu 7 ġdid ta' l-Anness 6 mal-Protokoll Addizzjonali anness mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

"1. Sakemm it-Turkija tapplika ħlas ta' esportazzjoni speċjali fuq żejt taż-żebbuġa barra minn żejt taż-żebbuġa rraffinat, li jaqa' fis-subtitolu Nru 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, u sakemm dan il-ħlas speċjali jkun rifless fil-prezz ta' importazzjoni, il-Komunità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li:

(a) it-taxxa fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' l-imsemmi żejt totalment prodott fit-Turkija u ttrasportat dirett minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità tkun it-taxxa kkalkolata skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet, u applikabbli wara l-importazzjoni, bi tnaqqis ta' 0.50 unita ta' kontijiet għall-100 kilogramma;

(b) l-ammont tat-taxxa kkalkolat skond (a) jitnaqqas b'ammont ugwali għal dak tal-ħlas speċjali filwaqt li ma jeċċedix 4.5 unita ta' kontijiet għall-100 kilogramma.

2. Jekk it-Turkija ma tapplikax il-ħlas speċjali li jirreferi għalih il-paragrafu 1, il-Komunità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li t-taxxa fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' żejt taż-żebbuġa barra minn żejt taż-żebbuġa rraffinat, li jaqa' fis-subtitolu Nru 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, tkun it-taxxa kkalkolata skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet (grassijiet), u applikabbli wara l-importazzjoni, bi tnaqqis ta' 0.50 unita ta' kontijiet għall-100 kilogramma.

3. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u, fil-każ ta' diffikultajiet jew wara t-talba tal-Parti l-oħra, għandha tforni l-informazzjoni meħtieġa għall-operat kif xieraq ta' l-arranġamenti.

4. Konsultazzjonijiet dwar l-operat ta' l-arranġamenti pprovduti f'dan l-Artikolu jistgħu jsiru fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni."

--------------------------------------------------

Top