Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SPN07/06

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness VII:Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: disposizzjonijiet transitorji, Rumanija - 6.Politika tat-transport

ĠU L 157, 21.6.2005, pp. 151–155 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12005SPN07/06

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness VII:Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: disposizzjonijiet transitorji, Rumanija - 6.Politika tat-transport

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0151 - 0155


6. POLITIKA TAT-TRASPORT

1. 31993 R 3118: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 tal- 25 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' skariġġ bit-triq ġewwa Stat Membru (ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1), kif emendat l-aħħar bi:

- 32002 R 0484: Ir-Regolament (KE) Nru 484/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 1.3.2002 (ĠU L 76, 19.3.2002, p. 1).

(a) B'deroga mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3118/93 u sa l-aħħar tat-tielet sena wara d-data ta' l-adeżjoni, trasportaturi stabbiliti fir-Rumanija għandhom jiġu esklużi mit-tħaddim ta' servizzi nazzjonali ta' skariġġ bit-triq fl-Istati Membri l-oħra, u trasportaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu esklużi mit-tħaddim ta' servizzi nazzjonali ta' skariġġ bit-triq fir-Rumanija.

(b) Qabel l-aħħar tat-tielet sena wara d-data ta' l-adeżjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar jekk humiex ser jestendu dan il-perjodu b'massimu ta' sentejn jew jekk humiex ser japplikaw b'mod sħiħ l-Artikolu 1 tar-Regolament minn dakinhar 'il quddiem. Fin-nuqqas ta' din in-notifika, għandu japplika l-Artikolu 1 tar-Regolament. Huma biss dawk it-trasportaturi stabbiliti f'dawk l-Istati Membri fejn japplika l-Artikolu 1 tar-Regolament li jistgħu jħaddmu servizzi nazzjonali ta' skariġġ bit-triq f'dawk l-Istati Membri l-oħra fejn japplika wkoll l-Artikolu 1.

(ċ) Dawk l-Istati Membri fejn japplika l-Artikolu 1 tar-Regolament bis-saħħa tal-paragrafu (b) ta' hawn fuq, jistgħu jirrikorru għall-proċedura stabbilita hawn taħt sa l-aħħar tal-ħames sena wara d-data ta' l-adeżjoni.

Meta Stat Membru msemmi fis-subparagrafu ta' qabel isofri taqlib serju fis-suq nazzjonali tiegħu jew parti minnu minħabba kabotaġġ jew aggravat minnu, bħal meta l-provista taqbeż b'mod serju d-domanda jew meta jkun hemm theddida għall-istabbiltà finanzjarja jew għas-sopravivenza ta' numru sinifikanti ta' intrapriżi ta' l-iskariġġ bit-triq, dak l-Istat Membru għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u għandu jgħaddilhom id-dettalji kollha rilevanti. Abbażi ta' din l-informazzjoni, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tissospendi, fl-intier jew f'parti minnu, l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament, sabiex ireġġa' lura s-sitwazzjoni għan-normal.

Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni abbażi ta' l-informazzjoni mgħoddija lilha mill-Istat Membru konċernat u għandha tiddeċiedi fi żmien xahar minn mindu tirċievi t-talba jekk hemmx bżonn li jiġu adottati miżuri ta' salvagwardja. Il-proċedura stabbilita fit-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-paragrafu 3, kif ukoll il-paragrafi 4, 5 u 6 ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament għandhom japplikaw.

F'każijiet urġenti u eċċezzjonali, Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' hawn fuq jista' jissospendi l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament, u jagħti notifika motivata ex-post lill-Kummissjoni.

(d) Sakemm l-Artikolu 1 tar-Regolament ma jiġix applikat bis-saħħa tal-paragrafi (a) u (b) ta' hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jirregolaw l-aċċess għas-servizzi nazzjonali tagħhom ta' skariġġ bit-triq billi jiskambjaw progressivament l-awtorizzazzjonijiet għall-kabotaġġ abbażi ta' ftehim bilaterali. Dan jista' jinkludi l-possibbiltà ta' liberalizzazzjoni sħiħa.

(e) L-applikazzjoni tal-paragrafi (a) sa (ċ) m'għandhiex twassal għal aċċess aktar ristrett għas-servizzi nazzjonali ta' skariġġ bit-triq minn dak li kien jeżisti fid-data tal-firma tat-Trattat ta' Adeżjoni.

2. 31996 L 0053: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal- 25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata l-aħħar bi:

- 32002 L 0007: Id-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18.2.2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

B'deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/53/KE, vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tal-kategoriji 3.2.1, 3.4.1, 3.4.2, 3.5.1 speċifikati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva jistgħu jużaw biss dawk il-partijiet min network tat-toroq Rumen li l-livell tagħhom mhux imtejjeb sal- 31 ta' Diċembru 2013 jekk jikkonformaw mal-limiti tal-piż tal-fus Rumeni.

Mid-data ta' l-adeżjoni, l-ebda restrizzjoni ma tista' tiġi imposta fuq l-użu, minn vetturi li jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 96/53/KE, tar-rotot ta' transitu prinċipali stabbiliti fl-Anness 5 tal-Ftehim tat-Trasport KE/Rumanija [11] u l-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għal-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew [12], li huma elenkati hawn taħt:

1. Alba Iulia — Turda — Zalău — Satu Mare — Halmeu (it-triq E 81)

2. Zalău — Oradea — Borş (it-toroq 1H u E 60)

3. Mărăşeşti — Bacău — Suceava — Siret (it-triq E 85)

4. Tişiţa — Tecuci — Huşi — Albiţa (it-triq E 581)

5. Simeria — Haţeg — Rovinari — Craiova — Calafat (it-triq E 79)

6. Lugoj — Caransebeş — Drobeta-Turnu Severin — Filiaşi — Craiova (it-triq E 70)

7. Craiova — Alexandria — Bucureşti (it-triq 6)

8. Drobeta-Turnu Severin — Calafat (it-triq 56 A)

9. Bucureşti — Buzău (it-toroq E 60/E 85)

10. Bucureşti — Giurgiu (it-toroq E 70/E 85)

11. Braşov — Sibiu (it-triq E 68)

12. Timişoara — Stamora Moraviţa

Ir-Rumanija għandha taderixxi ma' l-iskeda ta' żmien stabbilita fit-tabella hawn taħt biex ittejjeb in-network tat-toroq sekondarji tagħha kif muri fil-mappa hawn taħt. Kull investiment ta' infrastruttura li jinvolvi l-użu ta' fondi mill-budget Komunitarju għandu jiżgura li l-arterji jiġu mibnija jew il-livell tagħhom imtejjeb sabiex ikollhom il-kapaċità li jifilħu piż ta' 11,5 tunnellata metrika għal kull fus.

Flimkien mat-tlestija tat-titjib fil-livell, għandu jkun hemm ftuħ progressiv tan-network tat-toroq sekondarji Rumen għal vetturi fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva. Fejn hu teknikament possibbli, matul il-perjodu transitorju kollu għandu jitħalla l-użu ta' partijiet min network tat-toroq sekondarji li l-livell tagħhom mhux imtejjeb għall-iskopijiet ta' tagħbija u ħatt.

Mid-data ta' l-adeżjoni, il-vetturi kollha fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva 96/53/KE għandhom ikunu soġġetti biss għal ħlasijiet addizzjonali temporanji fuq in-network ta' trasport bit-triq sekondarju Rumen jekk jeċċedu l-limiti nazzjonali tal-piż tal-fus. Dawn il-vetturi m'għandhomx ikunu soġġetti għal tali ħlasijiet addizzjonali temporanji fuq in-network ta' trasport bit-triq sekondarju Rumen jekk jeċċedu l-limiti nazzjonali fir-rigward tad-daqs jew tal-piż totali tal-vettura. Barra minn dan dawk il-vetturi fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva 96/53/KE u huma mgħammra bis-sospensjoni ta' l-arja, għandhom ikunu soġġetti għal ħlasijiet b' mill-inqas 25 % aktar baxxi.

Ħlasijiet addizzjonali temporanji għall-użu ta' partijiet tan-network sekondarju li l-livell tagħhom mhux imtejjeb minn vetturi fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva għandhom jiġu imposti b'mod non-diskriminatorju. Is-sistema tal-ħlasijiet imposti għandha tkun trasparenti, u l-pagament ta' dawn il-ħlasijiet m'għandux jgħabbi lill-utent b'piż amministrattiv jew dewmien żejjed, u lanqas m'għandu jwassal għal kontroll sistematiku tal-limiti tal-piż tal-fus fuq il-fruntiera. L-infurzar tal-limiti tal-piż tal-fus għandu jiġi żgurat b'mod non-diskriminatorju fit-territorju kollu u għandu jkun effettiv ukoll fir-rigward ta' vetturi reġistrati fir-Rumanija.

Il-ħlasijiet għal vetturi mingħajr sospensjoni ta' l-arja li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttiva 96/53/KE m'għandhomx jeċċedu l-livell ta' ħlasijiet stabbiliti fit-tabella hawn taħt (espressi f'ċifri ta' l-2002). Vetturi mgħammra bis-sospensjoni ta' l-arja li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttiva 96/53/KE għandhom ikunu soġġetti għal ħlasijiet b' mill-inqas 25 % aktar baxxi.

Livell massimu ta' ħlasijiet (ċifri ta' l-2002) għal vetturi mingħajr sospensjoni ta' l-arja li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttiva 96/53/KE

Piż dikjarat tal-fus waħdieni ta' vettura minn - sa | Ammont ta' ħlas addizzjonali għall-użu ta' kilometru ta' triq ta' livell mhux imtejjeb (b'kapaċità massima ta' ġarr ta' 10 tunnellati metriċi kull fus) f'euro (ċifri ta' l-2002) |

minn 10 tunnellati metriċi kull fus sa 10,5 tunnellati metriċi għal kull fus | 0,11 |

minn 10,5 tunnellati metriċi kull fus sa 11 tunnellati metriċi għal kull fus | 0,30 |

minn 11-il tunnellata metrika kull fus sa 11,5 tunnellati metriċi għal kull fus | 0,44 |

Skeda ta' żmien għat-titjib tal-livell tan-network tat-toroq sekondarji fejn ser ikun hemm ftuħ progressiv għall-vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva 96/53/KE

Perjodu | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

Km qed isiru [13] | 3031 | 2825 | 1656 | 1671 | 1518 | 1529 | 1554 | |

Km mdaħħla fis-servizz [14] | 960 | 1674 | 528 | 624 | 504 | 543 | 471 | |

Xogħlijiet kumulati (f'km) | 3916 | 5590 | 6118 | 6742 | 7246 | 7789 | 8260 | 8260 |

+++++ TIFF +++++

NATIONAL ROADS REHABILITATION - PROJECTSTO BE COMPLETED BY 2013Stages I-XIIILength = 8 260 kmValue = 6 489.3 Mil Euro

3. 31999 L 0062: Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42), kif emendata l-aħħar bi:

- 12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

B'deroga mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 1999/62/KE, ir-rati minimi ta' taxxa stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija għall-vetturi okkupati esklużivament f'operazzjonijiet ta' trasport domestiku sal- 31 ta' Diċembru 2010.

Matul dan il-perjodu, ir-rati li għandhom jiġu applikati mir-Rumanija għal dawn il-vetturi għandhom jilħqu gradwalment ir-rati minimi ta' taxxa stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva skond l-iskeda li ġejja:

- sa l- 1 ta' Jannar 2007, ir-rati li għandhom jiġu applikati mir-Rumanija m'għandhomx ikunu inqas minn 60 % tar-rati minimi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva;

- sa l- 1 ta' Jannar 2009, ir-rati li għandhom jiġu applikati mir-Rumanija m'għandhomx ikunu inqas minn 80 % tar-rati minimi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva;

[11] Ftehim dwar Transitu bit-Triq bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija għall-ġarr ta' merkanzija tat- 28 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 142, 31.5.2002, p. 75).

[12] ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1).

[13] Km qed isiru = sezzjonijiet ta' toroq li qegħdin isiru xogħlijiet għalihom matul is-sena ta' referenza. Dawn ix-xogħlijiet jistgħu jibdew fis-sena ta' referenza jew jistgħu jkunu bdew fis-snin ta' qabel.

[14] Km mdaħhla fis-servizz = sezzjonijiet ta' toroq li għalihom ix-xogħlijiet tlestew jew iddaħħlu fis-servizz fis-sena ta' referenza.

--------------------------------------------------

Top