This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0342
Commission Delegated Regulation (EU) No 342/2014 of 21 January 2014 supplementing Directive 2002/87/EC of the European Parliament and of the Council and Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for the application of the calculation methods of capital adequacy requirements for financial conglomerates Text with EEA relevance
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 tal- 21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 tal- 21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 100, 3.4.2014, pp. 1–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
3.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 342/2014
tal-21 ta' Jannar 2014
li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 21a(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Għall-konglomerati finanzjarji li jinkludu attivitajiet bankarji jew ta' investiment u negozju tal-assigurazzjoni sinifikanti, l-użu għal diversi drabi ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji fil-livell tal-konglomerat finanzjarju jiġifieri, l-ingranaġġ multiplu, kif ukoll il-ħolqien mhux adattat ta' fondi proprji fil-grupp, għandhom jitneħħew sabiex jirriflettu b'mod preċiż id-disponibbiltà tal-fondi proprji tal-konglomerati biex jassorbu t-telf u biex jiżguraw adegwatezza kapitali addizzjonali fil-livell tal-konglomerat finanzjarju. |
|
(2) |
Importanti li jiġi żgurat li l-fondi proprji li jeċċedu dawk meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' solvenza settorjali, jiġu inklużi biss fil-livell tal-konglomerat jekk ma jkun hemm l-ebda ostaklu għat-trasferiment tal-assi jew għar-rimborż tal-obbligazzjonijiet bejn l-entitajiet ta' konglomerat differenti, inkluż minn settur għal ieħor. |
|
(3) |
Matul il-kalkolu tal-fondi proprji tiegħu, konglomerat finanzjarju għandu jinkludi biss il-fondi proprji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' solvenza settorjali jekk dawn il-fondi jkunu trasferibbli minn entità għal oħra fi ħdan il-konglomerat finanzjarju. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jkun hemm regoli adattati li jqisu li r-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għas-settur huma mfassla biex ikopru r-riskji relatati ma' dak is-settur, u mhumiex maħsuba biex ikopru r-riskji 'l barra minn dak is-settur. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu ta' adegwatezza kapitali addizzjonali jiġi applikat b'mod konsistenti, għandhom jiġu elenkati r-rekwiżiti settorjali li jinkludu rekwiżiti ta' solvenza għal dan il-għan. Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu ta' ħsara għad-dispożizzjonijiet settorjali relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu wara li ma jkunux ġew irrispettati r-rekwiżiti settorjali ta' solvenza. B'mod partikolari, fejn jirriżulta defiċit fil-livell ta' konglomerat finanzjarju minħabba li ma jkunx ġie rrispettat ir-rekwiżit ta' bafer kombinat skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-miżuri neċessarji meħtieġa għandhom ikunu bbażati fuq dawk stabbiliti f'dan il-Kapitolu. |
|
(6) |
Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' adegwatezza kapitali addizzjonali ta' konglomerat finanzjarju, kemm ir-rekwiżit ta' solvenza nozzjonali kif ukoll il-livell nozzjonali tal-fondi proprji għandhom jiġu kkalkulati għall-entitajiet finanzjarji mhux regolati fi ħdan il-konglomerat finanzjarju. |
|
(7) |
Il-Parti II tal-Anness I ta' mad-Direttiva 2002/87/KE tistabbilixxi tliet metodi tekniċi għall-ikkalkular tar-rekwiżiti ta' adegwatezza kapitali fil-livell tal-konglomerat finanzjarju: Il-“Metodu ta' konsolidazzjoni ta' konteġġi” (il-metodu 1), il-“Metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni” (il-metodu 2) u l-“Kombinazzjoni tal-metodi” (il-metodu 3), li jippermetti l-kombinazzjoni tal-metodu 1 u tal-metodu 2. Il-metodi tekniċi ta' kalkolu 1 u 2 għandhom ikunu speċifikati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tagħhom. Barra minn hekk, għandhom jiġu speċifikati ċ-ċirkostanzi li fihom jintuża l-metodu 3 u għandu jkun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jippermettu l-użu ta' dak il-metodu f'ċirkostanzi simili, li dawn japplikaw kriterji komuni u li jeżiġu li l-metodu jiġi applikat b'mod konsistenti minn konglomerat finanzjarju għal ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu li jiġi applikat il-metodu 3 biss f'każ li konglomerat finanzjarju jista' juri li l-applikazzjoni tal-metodu 1 jew tal-metodu 2 waħdu ma tkunx raġonevolment fattibbli. L-użu tal-metodu 3 għandu jkun konsistenti maż-żmien sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti. Billi l-metodi tekniċi ta' kalkolu jitwettqu skont il-prinċipji tekniċi msemmija fil-Parti I tal-Anness I ta' mad-Direttiva 2002/87/KE, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati dawn il-prinċipji wkoll. |
|
(8) |
Il-metodu 1 għall-ikkalkular tas-solvenza tal-grupp, kif stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-metodu 1 għall-ikkalkular tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali, kif stabbilit fid-Direttiva 2002/87/KE, għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti billi ż-żewġ metodi huma konsistenti mal-objettivi ewlenin tas-superviżjoni addizzjonali. Iż-żewġ metodi jiżguraw it-tneħħija tal-ħolqien ta' fondi proprji fi ħdan il-grupp u l-kalkolu tal-fondi proprji f'konformità mad-definizzjonijiet u mal-limiti stabbiliti fir-regoli settorjali rilevanti. |
|
(9) |
L-għoti ta' setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji, previst fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa marbut mill-qrib mal-għoti ta' setgħa previst fl-Artikolu 21a(3) tad-Direttiva 2002/87/KE, billi t-tnejn li huma jindirizzaw l-applikazzjoni konsistenti tal-metodi ta' kalkolu stipulati fl-Anness ta' ma' dik id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata l-koerenza fil-metodi ta' kalkolu speċifikati għall-finijiet ta' dawn l-atti leġiżlattivi u biex jiġi ffaċilitat li jinkisbu stampa komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni soġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jiġu stabbiliti l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont dawn l-għotjiet ta' setgħa f'regolament uniku. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat fuq ir-reġimi ta' solvenza settorjali l-ġodda li ġew stabbiliti fl-Unjoni bil-għan li tkun żgurata l-aktar applikazzjoni konsistenti tal-metodi ta' kalkolu. Għalhekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Ir-regoli li jiddependu fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom jibdew japplikaw mid-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għalhekk, l-implimentazzjoni nazzjonali eżistenti tal-kalkolu tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali, għandha tibqa' tintuża f'dawk l-oqsma li ma ġewx armonizzati b'dan ir-Regolament, fil-perjodu qabel ma dan ikun japplika b'mod sħiħ, u l-kalkoli sottostanti bbażati fuq regoli settorjali tal-assigurazzjoni għandhom jiġu bbażati fuq ir-regoli settorjali tal-assigurazzjoni li japplikaw fil-mument meta jkun qed isir il-kalkolu. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji mressqa b'mod konġunt mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) u mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) quddiem il-Kummissjoni. |
|
(12) |
L-ABE, l-EIOPA u l-ESMA wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom jissejjes dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati, f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur Bankarju stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jispeċifika l-prinċipji tekniċi u l-metodi tekniċi ta' kalkolu elenkati fl-Anness I ta' mad-Direttiva 2002/87/KE għall-finijiet tal-alternattivi għat-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-finijiet tal-ikkalkular tal-fondi proprji u tar-rekwiżit addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali, kif stipulat fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“konglomerat finanzjarju mmexxi minn assigurazzjoni” tfisser konglomerat finanzjarju li l-aktar settur finanzjarju importanti tiegħu huwa l-assigurazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE; |
|
(2) |
“konglomerat finanzjarju mmexxi minn attivitajiet bankarji jew minn investiment” tfisser konglomerat finanzjarju li l-aktar settur finanzjarju importanti tiegħu huwa s-settur bankarju jew inkella dak tas-servizzi ta' investiment, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE. |
KAPITOLU II
PRINĊIPJI TEKNIĊI
Artikolu 3
It-tneħħija tal-ingranaġġ multiplu u l-ħolqien ta' fondi proprji fil-grupp
Il-fondi proprji li jirriżultaw direttament jew indirettament minn tranżazzjonijiet fil-grupp ma jiġux inklużi meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali fil-livell ta' konglomerat finanzjarju.
Artikolu 4
It-trasferibbiltà u d-disponibbiltà ta' fondi proprji
1. Il-fondi proprji rikonoxxuti fil-livell ta' entità regolata, li jeċċedu dawk meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' solvenza settorjali, kif speċifikat fl-Artikolu 9, ma jistgħux jiġu inklużi fil-kalkolu tal-fondi proprji ta' konglomerat finanzjarju, jew f'dak tat-total tal-fondi proprji ta' kull entità mis-settur finanzjarju, sew jekk regolata sew jekk mhux regolata, f'konglomerat finanzjarju, sakemm ma jkun hemm l-ebda ostaklu attwali jew previst, legali jew prattiku, għat-trasferiment tal-fondi bejn l-entitajiet fil-konglomerat finanzjarju.
2. Meta l-entità msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2002/87/KE tressaq quddiem il-koordinatur ir-riżultati tal-kalkolu u d-dejta rilevanti għall-kalkolu msemmi f'dan is-subparagrafu, hija tikkonferma u tipprovdi evidenza lill-koordinatur li l-paragrafu 1 ikun ġie rrispettat.
Artikolu 5
Il-fondi proprji speċifiċi għas-settur
1. Il-fondi proprji msemmija fil-paragrafu 2 li huma disponibbli fil-livell ta' entità regolata jkunu eliġibbli għall-kopertura tar-riskji li jirriżultaw mis-settur li jirrikonoxxi dawn il-fondi proprji, u ma jiġux ikkunsidrati bħala eliġibbli għall-kopertura tar-riskji li jirriżultaw minn setturi finanzjarji oħra.
2. Il-fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 huma fondi proprji li mhumiex is-segwenti:
|
(a) |
fondi proprji ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, entrati ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 Addizzjonali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(b) |
entrati ta' fondi proprji bażiċi ta' impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE, meta dawn l-entrati huma kklassifikati fil-Grad 1 jew fil-Grad 2, f'konformità mal-Artikolu 94(1) u (2) ta' din id-Direttiva. |
Artikolu 6
Id-defiċit ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju
1. Meta fil-livell ta' konglomerat finanzjarju jkun hemm defiċit ta' fondi proprji, jintużaw biss l-entrati ta' fondi proprji li huma eliġibbli skont ir-regoli settorjali tas-settur bankarju kif ukoll tas-settur tal-assigurazzjoni biex jiġi kopert dak id-defiċit.
2. Il-fondi proprji msemmija fil-paragrafu 1 huma s-segwenti:
|
(a) |
kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif definit fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(b) |
entrati ta' fondi proprji bażiċi meta dawn l-entrati jkunu kklassifikati fil-Grad 1 f'konformità mal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2009/138/KE u meta l-inklużjoni ta' dawn l-entrati ma tkunx limitata mill-atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 99 ta' din id-Direttiva; |
|
(c) |
kapital ta' Grad 1 Addizzjonali kif definit fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(d) |
entrati ta' fondi proprji bażiċi meta dawn l-entrati jkunu kklassifikati fil-Grad 1 f'konformità mal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2009/138/KE u meta l-inklużjoni ta' dawn l-entrati ma tkunx limitata mill-atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 99 ta' din id-Direttiva; |
|
(e) |
kapital ta' Grad 2 kif definit fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u |
|
(f) |
entrati ta' fondi proprji bażiċi meta dawn l-entrati jkunu kklassifikati fil-Grad 2 f'konformità mal-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2009/138/KE. |
3. L-entrati ta' fondi proprji li huma użati biex jiġi kopert id-defiċit jikkonformaw mal-Artikolu 4(1).
Artikolu 7
Il-konsistenza
L-entitajiet regolati jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta f'konglomerat finanzjarju japplikaw il-metodu ta' kalkolu b'mod konsistenti matul iż-żmien.
Artikolu 8
Il-konsolidament
Fir-rigward tal-konglomerati finanzjarji mmexxija mill-assigurazzjoni, il-metodu 1 għall-ikkalkular tas-solvenza tal-grupp ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kif stabbilit fl-Artikoli 230, 231 u 232 tad-Direttiva 2009/138/KE, jitqies bħala ekwivalenti għall-metodu 1 għall-ikkalkular tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali tal-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, kif stabbilit fl-Anness I ta' mad-Direttiva 2002/87/KE, sakemm il-kamp ta' applikazzjoni tas-superviżjoni tal-grupp skont it-Titolu III tad-Direttiva 2009/138/KE mhuwiex materjalment differenti mill-kamp ta' applikazzjoni tas-superviżjoni addizzjonali skont il-Kapitolu II tad-Direttiva 2002/87/KE.
Artikolu 9
Ir-rekwiżit tas-solvenza
1. Meta jiġu applikati r-regoli tas-settur tal-assigurazzjoni, ir-Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza msemmija fl-Artikoli 100 u 218 tad-Direttiva 2009/138/KE, inklużi kwalunkwe rekwiżiti ta' kapital addizzjonali applikati f'konformità mal-Artikolu 37 ta' din id-Direttiva, li jirriżultaw mill-Artikolu 216(4), l-Artikolu 231(7), l-Artikolu 232, l-Artikolu 233(6) u l-Artikolu 238(2) u (3) ta' din id-Direttiva, jitqiesu bħala rekwiżiti tas-solvenza għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali.
2. Meta jiġu applikati r-regoli tas-settur bankarju jew dawk tas-settur tas-servizzi ta' investiment, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kif stabbilit fil-Kapitolu 1 tat-Titolu I tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u r-rekwiżiti skont dan ir-Regolament jew skont id-Direttiva 2013/36/UE ta' żamma ta' fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti, inkluż ir-rekwiżit li jirriżulta mill-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali intern fl-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva, kwalunkwe rekwiżit impost minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 104(1)(a) ta' din id-Direttiva, ir-rekwiżit ta' bafer kombinat kif definit fl-Artikolu 128(6) ta' din id-Direttiva, u l-miżuri adottati skont l-Artikoli 458 jew 459 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jitqiesu bħala rekwiżiti tas-solvenza għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali.
Artikolu 10
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u r-rekwiżiti tas-solvenza għall-konglomerat finanzjarju
1. Soġġetti għall-paragrafi 7, 8 u 9 tal-Artikolu 14, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u r-rekwiżiti tas-solvenza għall-konglomerat finanzjarju jiġu kkalkulati f'konformità mad-definizzjonijiet u mal-limiti stabbiliti fir-regoli settorjali rilevanti.
2. Il-fondi proprji tal-kumpaniji maniġerjali tal-assi jiġu kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 2(1)(l) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Ir-rekwiżiti tas-solvenza tal-kumpaniji maniġerjali tal-assi huma r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(a) ta' din id-Direttiva.
3. Il-fondi proprji tal-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv jiġu kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 4(1)(ad) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Ir-rekwiżiti tas-solvenza tal-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv huma r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 11
It-trattament ta' parteċipazzjonijiet transsettorjali
1. Meta entità f'konglomerat finanzjarju mmexxi minn attivitajiet bankarji jew minn investiment ikollha parteċipazzjoni f'entità fis-settur finanzjarju li tkun tappartjeni għas-settur tal-assigurazzjoni u li titnaqqas skont l-Artikoli 14(3) jew 15(3), din il-parteċipazzjoni ma twassalx biex jinħoloq xi rekwiżit addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali fil-livell tal-konglomerat finanzjarju.
2. Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 twassal għal bidla diretta fl-ammont ta' telf mistenni skont l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna fit-tifsira tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ammont ekwivalenti għal dik il-bidla jiġi miżjud mal-fondi proprji tal-konglomerat finanzjarju.
Artikolu 12
Il-fondi proprji nozzjonali u r-rekwiżiti nozzjonali ta' solvenza għall-entitajiet mhux regolati tas-settur finanzjarju
1. Meta kumpanija holding finanzjarja mħallta jkollha parteċipazzjoni f'entità mhux regolata tas-settur finanzjarju, il-fondi proprji nozzjonali u r-rekwiżiti nozzjonali ta' solvenza għal dik l-entità jiġu kkalkulati skont ir-regoli settorjali tal-aktar settur importanti fil-konglomerat finanzjarju.
2. Għal entità mhux regolata tas-settur finanzjarju għajr dik imsemmija fil-paragrafu 1, il-fondi proprji nozzjonali u r-rekwiżiti nozzjonali ta' solvenza għal dik l-entità jiġu kkalkulati skont ir-regoli settorjali tal-eqreb settur finanzjarju tal-entità mhux regolata tas-settur finanzjarju. Id-determinazzjoni tal-eqreb settur finanzjarju tiġi bbażata fuq il-firxa ta' attivitajiet tal-entità rilevanti u fuq il-punt sa fejn din twettaq dawn l-attivitajiet. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi identifikat l-eqreb settur finanzjarju b'mod ċar, jintużaw ir-regoli settorjali tal-aktar settur importanti fil-konglomerat finanzjarju.
Artikolu 13
L-arranġamenti settorjali tranżitorji u ta' anterjorità
Ir-regoli settorjali applikati fil-kalkolu tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali jinkludu kwalunkwe dispożizzjonijiet tranżitorji jew ta' anterjorità li japplikaw fil-livell settorjali.
KAPITOLU III
METODI TEKNIĊI TA' KALKOLU
Artikolu 14
L-ispeċifikazzjoni tal-kalkolu tekniku skont il-metodu 1 f'konformità mad-Direttiva 2002/87/KE
1. Il-fondi proprji ta' konglomerat finanzjarju jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-kontijiet ikkonsolidati skont il-qafas ta' kontabbiltà rilevanti, applikat għall-kamp ta' applikazzjoni tas-superviżjoni addizzjonali skont id-Direttiva 2002/87/KE, filwaqt li jikkunsidraw il-paragrafu 5 fejn applikabbli.
2. Fir-rigward tal-konglomerati finanzjarji mmexxija minn attivitajiet bankarji jew minn investiment, it-trattamenti segwenti jiġu applikati għall-investimenti mhux ikkonsolidati meta jiġu kkalkulati l-fondi proprji tal-konglomerat finanzjarju:
|
(a) |
l-investimenti sinifikanti mhux ikkonsolidati miżmuma f'entità tas-settur finanzjarju, fit-tifsira tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tappartjeni għas-settur tal-assigurazzjoni, jitnaqqsu kompletament mill-fondi proprji tal-konglomerat; |
|
(b) |
l-investimenti mhux ikkonsolidati, għajr dawk imsemmija fil-punt (a), miżmuma f'entità tas-settur finanzjarju li tappartjeni għas-settur tal-assigurazzjoni jitnaqqsu kompletament mill-fondi proprji tal-konglomerat f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
3. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, kwalunkwe fondi proprji maħruġa minn entità f'konglomerat finanzjarju u miżmuma minn entità oħra f'dak il-konglomerat finanzjarju jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-konglomerat jekk ma jkunux diġà tneħħew matul il-proċess ta' konsolidament tal-kontabbiltà.
4. Impriża li hija entità kkontrollata b'mod konġunt għall-finijiet tal-qafas tal-kontabbiltà rilevanti, tiġi ttrattata skont ir-regoli settorjali dwar il-konsolidament proporzjonali jew l-inklużjoni tal-ishma proporzjonali.
5. Meta entità, fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE, tifforma parti minn konglomerat finanzjarju, il-kalkolu tar-rekwiżit addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, ikun ibbażat fuq il-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ikkalkulati f'konformità mat-Taqsima 1 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I tad-Direttiva 2009/138/KE.
6. Meta l-valuri tal-assi jew tal-obbligazzjoni jkunu soġġetti għal filtri prudenzjali u għal tnaqqis f'konformità mat-Titolu I tal-Parti 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-valuri tal-assi jew tal-obbligazzjoni użati għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali jkunu dawk attribwibbli għall-entitajiet rilevanti skont dan ir-Regolament, minbarra l-assi u l-obbligazzjonijiet attribwibbli għal entitajiet oħra tal-konglomerat finanzjarju.
7. Meta r-regoli settorjali jkunu jirrikjedu li jiġi kkalkulat il-livell massimu jew il-limitu, dan jiġi kkalkulat fil-livell tal-konglomerat abbażi tad-dejta kkonsolidata tal-konglomerat finanzjarju u wara li jsir it-tnaqqis stipulat fil-paragrafi 2 u 3.
8. Għall-finijiet tal-ikkalkular tal-livelli massimi jew tal-limiti, l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sitwazzjoni kkonsolidata ta' istituzzjoni skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jittieħdu inkunsiderazzjoni flimkien.
9. Għall-finijiet tal-ikkalkular tal-livelli massimi jew tal-limiti, l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' superviżjoni skont it-Titolu III tad-Direttiva 2009/138/KE, jittieħdu inkunsiderazzjoni flimkien.
10. Għall-finijiet tal-ikkalkular tal-livelli massimi jew tal-limiti fil-livell ta' entità regolata, l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju li għalihom la japplika l-paragrafu 8 u lanqas il-paragrafu 9, jikkalkulaw il-livelli massimi u l-limiti rispettivi tagħhom fuq bażi individwali, skont ir-regoli settorjali tal-entità regolata.
11. Meta jingħaddu flimkien ir-rekwiżiti tas-solvenza settorjali rilevanti, ma għandu jkun hemm l-ebda aġġustament għajr dak stipulat fl-Artikolu 11 jew dak li jirriżulta minn aġġustamenti tal-livelli massimi u tal-limiti settorjali skont il-paragrafu 7.
Artikolu 15
L-ispeċifikazzjoni tal-kalkolu tekniku skont il-metodu 2 f'konformità mad-Direttiva 2002/87/KE
1. Meta l-fondi proprji ta' entità regolata jkunu soġġetti għal filtru prudenzjali skont ir-regoli settorjali rilevanti, japplika wieħed mit-trattamenti segwenti:
|
(a) |
l-ammont iffiltrat, li huwa l-ammont nett li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-fondi proprji tal-parteċipazzjonijiet, jiżdied mal-valur kontabilistiku tal-parteċipazzjonijiet f'konformità mas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2002/87/KE, jekk l-ammont iffiltrat iżid il-kapital regolatorju; |
|
(b) |
l-ammont iffiltrat imsemmi fil-punt (a), jitnaqqas mill-valur kontabilistiku tal-parteċipazzjonijiet f'konformità mas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2002/87/KE, jekk l-ammont iffiltrat inaqqas il-kapital regolatorju. |
2. Għall-konglomerati finanzjarji mmexxija minn attivitajiet bankarji jew minn investiment, l-investimenti sinifikanti, skont it-tifsira tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li mhumiex parteċipazzjonijiet, f'entità tas-settur finanzjarju li tappartjeni għas-settur tal-assigurazzjoni, jitnaqqsu kompletament mill-entrati ta' fondi proprji tal-entità li tkun id-detentur tal-istrument, f'konformità mar-regoli settorjali applikabbli għal dik l-entità.
3. L-investimenti fil-grupp fi strumenti kapitali li huma eliġibbli bħala fondi proprji f'konformità mar-regoli settorjali, jitnaqqsu jew jiġu esklużi mill-kalkolu tal-fondi proprji, filwaqt li jitqiesu l-limiti settorjali.
4. Il-kalkolu tar-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-adegwatezza kapitali jitwettaq skont il-formula mniżżla fl-Anness.
Artikolu 16
L-ispeċifikazzjoni tal-kalkolu tekniku skont il-metodu 3 f'konformità mad-Direttiva 2002/87/KE
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu biss li jiġi applikat il-metodu 3 kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE, f'waħda miċ-ċirkostanzi segwenti:
|
(a) |
meta ma jkunx raġonevolment fattibbli li jiġi applikat il-metodu 1 għall-entitajiet kollha kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE jew il-metodu 2 għall-entitajiet kollha f'konglomerat finanzjarju kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE, b'mod partikolari, għar-raġuni li entità waħda jew aktar ikunu joħorġu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidament u għalhekk il-metodu 1 ma jkunx jista' jiġi applikat għalihom, jew għar-raġuni li entità regolata tkun stabbilita f'pajjiż terz u ma jkunx possibbli li tinkiseb biżżejjed informazzjoni biex jiġi applikat wieħed mill-metodi għal dik l-entità; |
|
(b) |
meta l-entitajiet li jkunu japplikaw wieħed mill-metodi jkunu kollettivament ta' interess negliġibbli fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni tal-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju. |
2. Il-metodu 1 jew inkella l-metodu 2 jintuża mill-entitajiet regolati kollha f'konglomerat finanzjarju li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1.
3. L-applikazzjoni tal-metodu 3 permessa min-naħa ta' awtorità kompetenti fir-rigward ta' konglomerat finanzjarju tkun konsistenti matul iż-żmien.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 17
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 5, l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 14(5) u (9) jibdew japplikaw mid-data tal-applikazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 309(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(3) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(4) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(8) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(9) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
ANNESS
Metodoloġija ta' kalkolazzjoni għall-Metodu 2 skont id-Direttiva 2002/87/KE
Il-Metodu ta' tnaqqis u aggregazzjoni
Il-kalkolu tar-rekwiżiti ta' adegwatezza kapitali supplementari skont il-metodu 2 għandu jitwettaq fuq il-bażi tal-qafas ta' kontabilità applikabbli għal kull waħda mill-entitajiet fil-grupp skont l-espressjoni formulajka ta' hawn taħt:
fejn fondi proprji (OFi ) jeskludu istrumenti kapitali intragrupp li huma eliġibbli bħala fondi proprji skont ir-regoli settorjali.
Ir-rekwiżiti ta' adegwatezza kapitali supplementari (scar) għaldaqstant jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn:
|
1. |
it-total tal-fondi proprji (OFi ) ta' kull entità tas-settur finanzjarju regolata jew le (i) fil-konglomerat finanzjarju; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikkwalifikaw skont ir-regoli settorjali relevanti; u |
|
2. |
it-total tar-rekwiżiti ta' solvenza (REQi) għal kull entità tas-settur finanzjarju regolata u mhux regolata (i) fil-grupp (G); ir-rekwiżiti ta' solvenza ikunu kkalkolati skont ir-regoli settorjali relevanti; u l-valur kontabilistiku (BVj) tal-parteċipazzjonijiet f'entitajiet oħra (j) tal-grupp. |
Fil-każ ta' entitajiet fis-settur finanzjarju mhux regolati, rekwiżit spekulattiv ta' solvenza jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 12. Fondi propjri u rekwiżiti ta' solvenza jitqiesu għas-sehem proporzjonali tagħhom (x) kif ipprovdut fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2002/87/KE u skont l-Anness I ta' dik id-Direttiva.
Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.