This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009R1222-20190726
Regulation (EC) No 1222/2009 of the European Parliament and of the Council of 25 November 2009 on the labelling of tyres with respect to fuel efficiency and other essential parameters (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
No longer in force
02009R1222 — MT — 26.07.2019 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (KE) Nru 1222/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342 22.12.2009, p. 46) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 |
L 62 |
1 |
9.3.2011 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1235/2011 tad-29 ta’ Novembru 2011 |
L 317 |
17 |
30.11.2011 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 1222/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2009
dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Għan u suġġett
1. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq permezz tal-promozzjoni ta’ tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u tajers sikuri u b’emissjonijiet ta’ storbju baxxi.
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, biex l-utenti finali jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tajers C1, C2, u C3.
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:
(a) tajers ittredjati mill-ġdid;
(b) tajers off-road professjonali;
(c) tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990;
(d) spare tyres tat-tip T għal użu temporarju;
(e) tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa;
(f) tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;
(g) tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali sabiex itejbu l-proprjetajiet tal-ġbid, bħal tajers bl-iskontri;
(h) tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi intenzjonati esklużivament għat-tlielaq.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:
1. “tajers C1, C2 u C3” tfisser klassijiet ta’ tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;
2. “spare tyre tip T għal użu temporarju” jfisser spare tyre għal użu temporarju ddisinjat għall-użu bi pressjoni tal-infiħ ogħla minn dik stabbilta għal tajers standard u rinforzati;
3. “punt tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u offruti għall-bejgħ lil utenti finali, inkluż showrooms tal-karozzi fir-rigward ta’ tajers li mhumiex armati fuq il-vetturi u li huma offruti għall-bejgħ lil utenti finali;
4. “materjal promozzjonali tekniku” tfisser manwali tekniċi, brochures, fuljetti u katalgi (sew jekk stampati jew f’forma elettronika jew onlajn), kif ukoll siti elettroniċi, li għandhom l-għan li jinnegozjaw il-bejgħ tat-tajers ma’ utenti finali jew distributuri, u li jiddeskrivu l-parametri tekniċi speċifiċi ta’ tajer.
5. “dokumentazzjoni teknika” tfisser informazzjoni dwar it-tajers, inkluż il-manifattur u l-marka tat-tajer; deskrizzjoni tat-tip tat-tajer jew il-grupp tat-tajers iddeterminat għad-dikjarazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel u l-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir; rapport tat-testijiet u preċiżjoni tat-testijiet.
6. “manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew it-trejdmark tagħha;
7. “importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tagħmel prodott minn pajjiż terz disponibbli fis-suq Komunitarju;
8. “rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi f’ismu b’relazzjoni għal kompiti speċifiċi fir-rigward tal-obbligi ta’ dan tal-aħħar skont dan ir-Regolament.
9. “fornitur” tfisser il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jew l-importatur;
10. “distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;
11. “disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas sew mingħajr ħlas;
12. “utent finali” tfisser konsumatur, kif ukoll maniġer ta’ flotta jew impriża tat-trasport bit-triq, li jixtri jew li huwa mistenni li jixtri tajer;
13. “parametru essenzjali” tfisser parametru ta’ tajer bħar-reżistenza għat-tidwir, il-qabda fuq l-imxarrab jew l-istorbju estern tat-tidwir li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza fit-triq jew is-saħħa waqt l-użu.
Artikolu 4
Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers
1. Il-fornituri għandhom jiżguraw li tajers C1 u C2, li jkunu fornuti lid-distributuri jew utenti finali, ikunu
(a) mgħammra bi stiker fuq it-tajer li turi tikketta li tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, Parti A, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir u kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B.
jew
(b) għal kull lott ta’ tajer identiku wieħed jew aktar fornuti, mgħammra b’ tikketta f’format stampat li tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, Parti A, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B.
2. Il-format tal-istiker u t-tikketta msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun kif preskritt fl-Anness II.
3. Il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir u, fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1, C2 u C3 fuq il-materjal promozzjonali tekniku, kif stipulat fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III.
4. Il-fornituri għandhom jagħmlu disponibbli dokumentazzjoni teknika għall-awtoritajiet tal-Istati Membri meta dawn jitolbuha, għal perijodu li jintemm ħames snin wara li l-aħħar tajer ta’ tip ta’ tajer partikolari tpoġġa disponibbli fis-suq. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtoritajiet jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qabda fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir.
Artikolu 5
Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers
1. Id-distributuri għandhom jiżguraw li
(a) fil-punt tal-bejgħ it-tajers ikollhom l-istiker ipprovdut mill-fornituri skont l-Artikolu 4(1)(a) f’pożizzjoni ċarament viżibbli
jew
(b) qabel il-bejgħ tat-tajer, it-tikketta msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) hija murija lill-utent finali u li tkun tidher b’mod ċar fil-prossimità immedjata tat-tajer fil-punt tal-bejgħ.
2. Meta t-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent finali, id-distributuri għandhom jipprovdu lill-utent finali b’informazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab u l-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta’ dawk it-tajers.
3. Għat-tajers C1, C2 u C3, id-distributuri għandhom jiddikjaraw, il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-valur imkejjel tal-istorbju estern u fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab, kif stipulat fl-Anness I fuq jew mal-kont mogħti lill-utent finali meta jixtri t-tajers.
Artikolu 6
Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi
Meta l-utenti finali jkunu offruti għażla fil-punt tal-bejgħ bejn tajers differenti biex jiġu armati fuq vettura ġdida li jkollhom l-intenzjoni li jixtru, il-fornituri u d-distributuri tal-vetturi għandhom, qabel il-bejgħ, jipprovdulhom informazzjoni, għal kull tajer offrut fl-għażla, dwar il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, u, fejn applikabbli, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab fil-każ tat-tajers C1, C2 u C3, kif stipulat fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża tal-anqas fil-materjal promozzjonali tekniku.
Artikolu 7
Metodi armonizzati ta’ ttestjar
L-informazzjoni pprovduta fl-Artikoli 4, 5, u 6 dwar il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers għandha tinkiseb billi jiġu applikati l-metodi armonizzati ta’ ttestjar imsemmija fl-Anness I.
Artikolu 8
Proċedura ta’ verifika
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u l-klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab fit-tifsira tal-Anness I, il-Partijiet A u B, u l-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir kif iddikjarat fit-tifsira tal-Anness I, Parti C, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Anness IV.
Artikolu 9
Suq intern
1. Fejn ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu osservati, l-Istati Membri la għandhom jipprojbixxu u lanqas jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tat-tajers imsemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
2. Dment li ma jkollhomx evidenza li turi kontra, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tikketti u l-infromazzjoni dwar il-prodott bħala konformi ma’ dan ir-Regolament. Jistgħu jeħtieġu li l-fornituri jipprovdu dokumentazzjoni teknika, f’konformità mal-Artikolu 4(4), sabiex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-valuri u l-klassijiet iddikjarati.
Artikolu 10
Inċentivi
L-Istati Membri m’għandhomx jagħtu inċentivi fir-rigward tat-tajers ta’ taħt il-livell ta’ klassi C la fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u lanqas tal-qabda fuq l-imxarrab fit-tifsira tal-Anness I, Partijiet A u B rispettivament. It-tassazzjoni u l-miżuri fiskali ma jikkostitwixxux inċentivi għall-għan ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Emendi u adattament għall-progress tekniku
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:
(a) l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C2 u C3, dment li jkunu disponibbli metodi ta’ ttestjar armonizzati adatti;
(b) l-adattament, fejn rilevanti, tal-klassifikazzjoni tal-qabda għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ tajers iddisinjati primarjament biex f’kundizzjonijiet ta’ silġ u/jew ta’ borra, jagħtu prestazzjoni aqwa minn dik ta’ tajer normali fir-rigward tal-abbiltà tagħhom li jibdew, imantnu, jew iwaqqfu l-moviment tal-vettura;
(c) l-adattament tal-Annessi I sa V għall-progress tekniku.
Artikolu 12
Infurzar
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq jivverifikaw il-konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 12a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
▼M3 —————
Artikolu 14
Reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi dan ir-Regolament, billi tqis, fost l- oħrajn:
(a) l-effettività tat-tikketta f’termini ta’ sensibilizzazzjoni mill-utent finali, b’mod partikolari jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(b) kinux effettivi daqs dawk tal-Artikolu 4(1)(a) fil-kontribut għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament;
(b) jekk l-iskema tat-tikkettar għandhiex tiġi estiża biex tinkludi t-tajers ittredjati mill-ġdid;
(c) jekk għandhomx jiġu introdotti parametri ġodda għat-tajers, bħall-għadd tal-kilometri;
(d) l-informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers ipprovduta mill-fornituri u d-distributuri tal-vetturi lill-utenti finali.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2016, u, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 15
Dispożizzjoni transizzjonali
L-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għal tajers prodotti qabel l-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
KLASSIFIKAR TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS
Parti A: Klassijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil
Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC) skont l-iskala A sa G speċifikata aktar ‘l isfel u mkejla skont l-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness IVa.
Jekk tip ta’ tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi ta’ tajer waħda (pereżempju C1 u C2), l-iskala tal-klassifika użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dan it-tip ta’ tajer għandha tkun applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (pereżempju C2, mhux C1).
|
Tajers C1 |
Tajers C2 |
Tajers C3 |
|||
|
RRC f’kg/t |
Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
RRC f’kg/t |
Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
RRC f’kg/t |
Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
|
RRC ≤ 6,5 |
A |
RRC ≤ 5,5 |
A |
RRC ≤ 4,0 |
A |
|
6.6 ≤ RRC ≤ 7,7 |
B |
5,6 ≤ RRC ≤ 6,7 |
B |
4,1 ≤ RRC ≤ 5,0 |
B |
|
7.8 ≤ RRC ≤ 9,0 |
C |
6,8 ≤ RRC ≤ 8,0 |
C |
5,1 ≤ RRC ≤ 6,0 |
C |
|
Vojt |
D |
Vojt |
D |
6,1 ≤ RRC ≤ 7,0 |
D |
|
9,1 ≤ RRC ≤ 10,5 |
E |
8,1 ≤ RRC ≤ 9,2 |
E |
7,1 ≤ RRC ≤ 8,0 |
E |
|
10,6 ≤ RRC ≤ 12,0 |
F |
9,3 ≤ RRC ≤ 10,5 |
F |
RRC ≥ 8,1 |
F |
|
RRC ≥ 12,1 |
G |
RRC ≥ 10,6 |
G |
Vojt |
G |
Parti B: Klassijiet tal-Qabda fuq l-Imxarrab
1. Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala A sa G speċifikata fit-tabella aktar ‘l isfel, ikkalkulata skont il-punt 3 u mkejla skont l-Anness V.
2. Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C2 u C3 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala A sa G speċifikata fit-tabella aktar ’l isfel, ikkalkulata skont il-punt 3 u mkejla skont l-ISO 15222:2011, fejn għandhom jintużaw dawn it-Tajers għat-Test ta’ Referenza Standard (SRTT):
(i) għal tajers C2, l-SRTT 225/75 R 16 C, ASTM F 2872-11;
(ii) għal tajers C3 b’Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni idjaq minn 285 mm, l-SRTT 245/70R19.5, ASTM F 2871-11;
(iii) għal tajers C3 b’Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni usa’ minn 285 mm, l-SRTT 315/70R22.5, ASTM F 2870-11.
3. Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G)
G = G(T) – 0,03
fejn: G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu ta’ prova wieħed.
|
Tajers C1 |
Tajers C2 |
Tajers C3 |
|||
|
G |
Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab |
G |
Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab |
G |
Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab |
|
1,55 ≤ G |
A |
1,40 ≤ G |
A |
1,25 ≤ G |
A |
|
1,40 ≤ G ≤ 1,54 |
B |
1,25 ≤ G ≤ 1,39 |
B |
1,10 ≤ G ≤ 1,24 |
B |
|
1,25 ≤ G ≤ 1,39 |
C |
1,10 ≤ G ≤ 1,24 |
C |
0,95 ≤ G ≤ 1,09 |
C |
|
Vojt |
D |
Vojt |
D |
0,80 ≤ G ≤ 0,94 |
D |
|
1,10 ≤ G ≤ 1,24 |
E |
0,95 ≤ G ≤ 1,09 |
E |
0,65 ≤ G ≤ 0,79 |
E |
|
G ≤ 1,09 |
F |
G ≤ 0,94 |
F |
G ≤ 0,64 |
F |
|
Vojt |
G |
Vojt |
G |
Vojt |
G |
Parti C: Il-klassijiet u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir.
Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir (N) għandu jiġi ddikjarat f’decibels u mkejjel skont ir-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu.
Il-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-valuri tal-limitu (LV) stipulati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 kif ġej.
|
N f’dB |
Storbju estern tat-tidwir |
|
N ≤ LV – 3 |
|
|
LV-3 < N ≤ LV |
|
|
N > LV |
|
ANNESS II
IL-FORMAT TAT-TIKKETTA
1. Disinn tat-tikketta
|
1.1. |
It-tikketta msemmija fl-Artikoli 4(1) u 5(1), trid tkun skont l-illustrazzjoni hawn taħt:
|
|
1.2. |
Dan li ġej jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għat-tikketta:
|
|
1.3. |
It-tikketta trid tkun mill-inqas 75 mm wiesgħa u 110 mm twila. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq. |
|
1.4. |
It-tikketta għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) Il-kuluri huma CMYK - cyan, maġenta, isfar u iswed – u jingħataw skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed; (b) In-numri mniżżla isfel jirreferu għall-ispjegi indikati fil-punt 1.2:
Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19.5 mm, għoli: 18.5 mm – Kwadru għall-pittogramm; linja: 3.5 pt, wisa’: 26 mm, għoli: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni: linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3.5 pt, wisa’: 36 mm – Kulur: X-10-00-05;
Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19 mm, għoli: 19 mm – Kwadru għall-pittogramma: linja: 3.5 pt, wisa’: 26 mm, għoli: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni: linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3.5 pt, wisa’: 26 mm – Kulur: X-10-00-05;
Pittogramma kif fornuta: wisa’: 14 mm, għoli: 15 mm – Kwadru għall-pittogramma: linja: 3.5 pt, wisa’: 26 mm, għoli: 24 mm – Kwadru għall-valur: linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3.5 pt, għoli: 24 mm – Kulur: X-10-00-05;
Vleġeġ: għoli: 4.75 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0.75 mm, linja sewda: 0.5 pt – kuluri: — A: X-00-X-00; — B: 70-00-X-00; — C: 30-00-X-00; — D: 00-00-X-00; — E: 00-30-X-00; — F: 00-70-X-00; — G: 00-X-X-00. Kitba: Helvetica Bold 12 pt, 100 % abjad, bordura sewda: 0.5 pt;
Vleġġa: wisa’: 16 mm, għoli: 10 mm, 100 % iswed; Kitba: Helvetica Bold 27pt, 100 % abjad;
Vleġġa: wisa’: 25.25 mm, għoli: 10 mm, 100 % iswed; Kitba: Helvetica Bold 20 pt, 100 % abjad; Kitba tal-unità: Helvetica Bold pt, 100 % abjad;
Referenza tal-klassi tat-tajer: Helvetica Bold 7.5 pt, 100 % iswed;
(c) L-isfond irid ikun abjad. |
|
1.5. |
Il-klassi tat-tajer (C1 jew C2) għandha tiġi indikata fuq it-tikketta fil-formatt preskritt fl-illustrazzjoni li tidher fil-punt 1.2. |
2. Stiker
|
2.1. |
L-istiker imsemmija fl-Artikoli 4(1) u 5(1) tikkonsisti minn żewġ partijiet: (i) tikketta stampata fil-format deskritt fil-punt 1 ta’ dan l-Anness u (ii) l-ispazju tal-marka stampat f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fil-punt 2(2) ta’ dan l-Anness. |
|
2.2. |
Post għall-marka: Il-fornituri għandhom iżidu isimhom jew it-trade mark tagħhom, il-linja tat-tajer, il-qies tat-tajer, l-indiċi tat-tagħbija, il-klassifikazzjoni tal-veloċità u speċifikazzjonijiet tekniċi fuq l-istiker ma’ tul it-tikketta fi kwalunkwe kulur, format u disinn, dment li dan ma jfixkilx jew iħawwad il-messaġġ fuq it-tikketta definit fil-punt 1 ta’ dan l-Anness. Il-wiċċ totali tal-istiker m’għandux jaqbeż l-250 cm2 u d-daqs totali tal-istiker m’għandux jaqbeż il-220 mm. |
ANNESS III
L-informazzjoni pprovduta fil-materjal promozzjonali tekniku
|
1. |
L-informazzjoni dwar it-tajers għandha tiġi pprovduta fl-ordni speċifikat kif ġej: (i) il-klassi tal-effiċjenza tal-uzu tal-fjuwil (ittra A sa G); (ii) il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra A sa G); (iii) il-valur imkejjel u l-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir (dB). |
|
2. |
L-informazzjoni pprovduta fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: (i) tinqara faċilment; (ii) tinftiehem faċilment; (iii) jekk ikun disponibbli klassifikar differenti għal tajer partikolari u skont il-qisien jew parametri oħra, għandha tġi ddikjarata l-medda bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni u t-tajer bl-aħjar prestazzjoni. |
|
3. |
Il-fornituri għandhom ukoll ipoġġu disponibbli fuq is-siti elettroniċi tagħhom dan li ġej: (i) link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament; (i) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta; (ii) stqarrija li tenfasizza l-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej: — l-ekosewqan jista’ jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b’mod sinifikanti; — il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għall-aħjar qabda fuq l-imxarrab u għall-aħjar effiċjenza tal-uzu tal-fjuwil; — id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b’mod strett. |
ANNESS IV
Proċedura ta’ verifika
Il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-uzu tal-fjuwil u tal-qabda fuq l-imxarrab, kif ukoll il-valur iddikjarat u l-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir għandha tiġi vvalutata għal kull tip ta’ tajer jew għal kull grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:
(a)
(i) l-ewwel, jiġi ttestjat tajer wieħed jew set ta’ tajers wieħed. Jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju tad-dawrien, fil-limiti ta’ tolleranza ddefiniti fit-Tabella 1, it-tajer jista’ jitqies li jkun għadda mit-test; u
(ii) jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju tad-dawrien, fil-firxa tal-valuri definita fit-Tabella 1, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers oħra jew tliet settijiet ta’ tajers. Il-valur medju tal-kejl tat-tliet tajers jew settijiet ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-informazzjoni ddikjarata fil-firxa ta’ valuri ddefinita fit-Tabella 1; jew
(b) meta l-klassijiet jew il-valuri tat-tikketti jkunu ġejjin mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tipi f’konformità mad-Direttiva 2001/43/KE, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew ir-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jużaw dejta tal-kejl li tkun ġejja minn testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers.
Il-valutazzjoni tad-dejta tal-kejl li tkun ġejja mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers għandha tqis it-tolleranzi ddefiniti fit-Tabella 1.
Tabella 1
|
Parametru mkejjel |
Tolleranzi tal-verifika |
|
Koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil) |
Il-valur medju allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 kg/1 000 kg. |
|
Storbju estern tad-dawrien |
Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB(A). |
|
Qabda fuq l-Imxarrab |
Il-valur imkejjel ma għandux ikun taħt il-limitu minimu (l-iżgħar valur ta’ G) tal-klassi ddikjarata. |
ANNESS IVa
Proċedura ta’ allinjament f’laboratorji għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien
1. DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament f’laboratorji, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(1) “Laboratorju ta’ Referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji msemmija għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament f’pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li kapaċi jikseb ir-riżultati tat-testijiet bil-preċiżjoni indikata fit-taqsima 3;
(2) “Laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament u li ma jkunx laboratorju ta’ referenza;
(3) “Tajer tal-allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament;
(4) “Sett ta’ tajers tal-allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar.
(5) “Valur assenjat” tfisser valur teoretiku ta’ tajer tal-allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li jirrappreżenta n-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament.
2. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
2.1. Il-prinċipju
Il-Koefiċċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien imkejjel (RRCm ) f’laboratorju ta’ referenza (l) għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.
L-RRCm f’laboratorju kandidat (c) għandu jiġi allinjat minn laboratorju ta’ referenza tan-netwerk magħżul mil-laboratorju kandidat.
2.2. Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers
Għall-proċedura ta’ allinjament skont il-kriterji indikati hawn taħt, għandu jintgħażel sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar. Għandu jintgħażel sett wieħed għal tajers C1 u C2 flimkien, u sett wieħed għal tajers C3.
(a) Is-sett ta’ tajers tal-allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u C2 flimkien, jew tat-tajers C3. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers, u l-aktar valur baxx ta’ RRCm tas-sett ta’ tajers għandha tkun mill-inqas
(i) 3 kg/t għal tajers C1 u C2, u
(ii) 2 kg/t għal tajers C3
(b) L-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (c jew l) abbażi tal-valuri ta’ RRC iddikjarati ta’ kull tajer tal-allinjament tas-sett għandha tkun mifruxa kif ġej u mqassma b’mod uniformi:
(i) 1,0 +/– 0,5 kg/t għal tajers C1 u C2, u
(ii) 1,0 +/– 0,5 kg/t għal tajers C3.
(ċ) Il-wisa’ tas-sezzjoni tat-tajer magħżul għal kull tajer tal-allinjament għandha tkun:
(i) ≤ 245 mm għall-magni li jkejlu tajers C1 u C2, u
(ii) ≤ 385 mm għall-magni li jkejlu tajers C3.
(d) Id-dijametru ta’ barra tat-tajer magħżul għal kull tajer tal-allinjament għandu jkun:
(i) bejn 510 u 800 mm għall-magni li jkejlu tajers C1 u C2, u
(ii) bejn 771 u 1 143 mm għall-magni li jkejlu tajers C3.
(e) Il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tal-Forza tar-Reżistenza għad-Dawrien (RRF) ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.
Kull tajer ta’ allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża u għandu jiġi sostitwit meta:
(a) juri kundizzjoni li tagħmlu mhux adattat għal aktar testijiet, u/jew
(b) ikun hemm devjazzjonijiet fl-RRCm ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe drift tal-magna.
2.3. Metodu tal-kejl
Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu u japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu.
Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n jiġi speċifikat fit-taqsima 5 u jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu u japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu.
Kull darba li jitkejjel tajer tal-allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna u l-proċedura kollha tat-test, speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.
Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:
(a) il-valur imkejjel ta’ kull tajer tal-allinjament kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tad-drum ta’ 2 m),
(b) il-valur medju tal-aħħar tliet valuri (fil-każ tal-laboratorji ta’ referenza) jew tal-aħħar n valuri (fil-każ tal-laboratorji kandidati) mkejla għal kull tajer tal-allinjament, u
(c) id-devjazzjoni standard (σm), kif ġej:
fejn:
|
i |
hija l-kuntatur minn 1 sa p għan-numru ta’ tajers tal-allinjament |
|
j |
hija l-kuntatur minn 2 sa n għan-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kull kejl għal tajer tal-allinjament partikolari |
|
n |
hija n-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl ta’ tajers (n ≥ 4) |
|
p |
hija n-numru ta’ tajers tal-allinjament (p ≥ 5) |
2.4. Formati tad-dejta li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati
— Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tad-drum u t-temperatura għandhom jiġu aġġustati sa 2 ċifri wara l-punt deċimali.
— Wara, il-kalkoli kollha għandhom isiru biċ-ċifri sħaħ: ma jsirux aktar aġġustamenti għajr fl-ekwazzjonijiet finali tal-allinjament.
— Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa 3 ċifri wara l-punt deċimali.
— Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa 2 ċifri wara l-punt deċimali.
— Il-koeffiċjenti kollha tal-allinjament (A1 l, B1 l, A2c u B2c) għandhom jiġu aġġustati u indikati sa 4 ċifri wara l-punt deċimali.
3. REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI TA’ REFERENZA U BIEX IKUNU DDETERMINATI L-VALURI ASSENJATI
Il-valuri assenjati għal kull tajer tal-allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Wara sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u validità tal-valuri assenjati.
Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jżomm il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, b’devjazzjoni standard (σm) kif ġej:
(i) mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassijiet C1 u C2, u
(ii) mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassi C3.
Is-settijiet ta’ tajers tal-allinjament, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-taqsima 2.2, għandhom jiġu mkejla skont it-taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.
Il-valur assenjat ta’ kull tajer tal-allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer ta’ allinjament.
4. PROĊEDURA GĦALL-ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU TA’ REFERENZA GĦALL-VALURI ASSENJATI
Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu mal-valuri assenjati għas-sett ta’ tajers tal-allinjament billi juża teknika ta’ rigressjoni lineari, A1 l u B1 l, ikkalkulati kif ġej:
RRC = A1 l * RRC m,l + B1 l
fejn:
|
RRC |
hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien; |
|
RRCm |
hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza “l” (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum). |
5. REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI KANDIDATI
Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn u dejjem wara kwalunkwe bidla sinifikanti fil-magna jew kwalunkwe drift fid-dejta tal-monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll tal-magna.
Sett komuni ta’ ħames tajers differenti, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-taqsima 2.2, għandu jiġi mkejjel skont it-taqsima 2.3 mil-laboratorju kandidat u minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers tal-allinjament.
Il-laboratorju ta’ referenza għandu jirċievi s-sett ta’ tajers tal-allinjament mingħand il-laboratorju kandidat.
Il-laboratorju kandidat (c) għandu jżomm il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, u preferibbilment, b’devjazzjonijiet standard (σm ) kif ġej:
(i) mhux akbar minn 0,075 kg/t għat-tajers C1 u C2, u
(ii) mhux akbar minn 0,06 kg/t għat-tajers C3.
F’każ li d-devjazzjonijiet standard (σm) tal-laboratorju kandidat ikunu akbar mill-valuri li jidhru hawn fuq bi tliet kejlijiet, in-numru ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl għandhom jiżdiedu kif ġej:
n = (σm/γ)2, aġġustat għall-eqreb u l-ogħla numru sħiħ
fejn:
|
γ |
= |
0,043 kg/t għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2 |
|
γ |
= |
0,035 kg/t għat-tajers tal-Klassi C3 |
6. PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU KANDIDAT
Laboratorju ta’ referenza (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni ta’ rigressjoni lineari tal-laboratorju kandidat (c), A2c u B2c, kif ġej:
RRC m,l = A2c × RRCm,c + B2c
fejn:
|
RRCm,l |
hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum) |
|
RRCm,c |
hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum) |
L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat jiġi kkalkulat kif ġej:
RRC = (A1 l × A2c) × RRCm,c + (A1 l × B2c + B1 l )
ANNESS V
Metodu tal-ittestjar għall-kejl tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) tat-tajers C1
1. STANDARDS OBBLIGATORJI
Japplikaw id-dokumenti elenkati li ġejjin.
(1) ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008), Metodu Standard tat-Test għal Kejl tal-Proprjetajiet Frizzjonali tas-Superfiċi bl-Użu tat-Tester tal-Pendlu Brittanniku (British Pendulum Tester);
(2) ASTM E 501-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Standard bir-Raded għal Testijiet tar-Reżistenza għaż-Żliq fuq Ċangar tat-Triq;
(3) ASTM E 965-96 (Approvat mill-ġdid 2006), Metodu Standard tat-Test għall-Kejl tal-Fond tal-Makrotessut taċ-Ċangar bl-Użu ta’ Teknika Volumetrika;
(4) ASTM E 1136-93 (Approvata mill-ġdid 2003), Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″);
(5) ASTM E 2493-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT16″).
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “ġirja ta” prova’ tfisser li tajer mgħobbi jgħaddi darba fuq korsa partikolari għal-ittestjar;
(2) “tajer(s) tal-prova” tfisser tajer kandidat, tajer ta’ referenza jew tajer ta’ kontroll jew sett ta’ tajers użat f’ġirja ta’ prova;
(3) “tajer(s) kandidat(i) (T)” tfisser tajer jew sett ta’ tajers li huwa ttestjat sabiex jiġi kkalkulat l-indiċi tagħhom tal-qabda fuq l-imxarrab;
(4) “tajer(s) ta’ referenza (R)” tfisser tajer jew sett ta’ tajers li għandhom il-karatteristiċi indikati fl-ASTM F 2493-08 u msejjaħ Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test 16-il pulzier (SRTT16″);
(5) “tajer(s) ta’ kontroll (C)” tfisser tajer intermedju jew sett ta’ tajers intermedji li jintużaw meta t-tajer kandidat u t-tajer ta’ referenza ma jistgħux jitqabblu direttament fuq l-istess vettura;
(6) “il-forza tal-ibbrejkjar ta” tajer’ tfisser il-forza lonġitudinali, espressa fi newton, li tkun ġejja mill-applikazzjoni tat-torque tal-ibbrejkjar tal-applikazzjoni;
(7) “il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer (BFC)” tfisser il-proporzjon tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tagħbija vertikali;
(8) “koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima ta” tajer’ tfisser il-valur massimu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer li jseħħ qabel ma tissakkar ir-rota hekk kif jiżdied progressivament it-torque tal-ibbrejkjar;
(9) “sokor tar-rota” tfisser il-kundizzjoni ta’ rota li fiha l-veloċità tat-tidwir fuq l-assi tagħha huwa żero u tinżamm milli ddur fil-preżenza ta’ torque applikat tar-rota;
(10) “tagħbija vertikali” tfisser it-tagħbija espressa f’newtons imposta fuq it-tajer perpendikolarment għal wiċċ it-triq;
(11) “vettura għat-testijiet tat-tajers” tfisser vettura apposta għal għanijiet speċjali li jkollha strumenti għall-kejl tal-forzi vertikali u lonġitudinali fuq tajer wieħed tat-test waqt l-ibbrejkjar.
3. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST
3.1 Karatteristiċi tal-korsa
Il-korsa għat-test għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
(1) Il-wiċċ għandu jkollu ċangar dens tal-asfalt b’pendil ta’ mhux aktar minn 2 % u m’għandux jiddevja aktar minn 6 mm meta ttestjat b’xifer dritt ta’ 3 m.
(2) Il-wiċċ għandu jkollu ċangar ta’ età, għamla, u therrir uniformi. Il-wiċċ tat-test għandu jkun ħieles minn materjal li jinqala’ u depożiti ta’ materjal barrani.
(3) Id-daqs massimu taż-żrar għall kisi għandu jkun ta’ 10mm (tolleranzi permess bejn 8 mm u 13 mm).
(4) Il-profondità tat-tessut kif mkejla bil-metodu tal-fond tar-ramel għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,3 mm. Għandu jitkejjel skont l-ASTM E 965-96 (approvat mill-ġdid fl-2006)
(5) Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu bil-metodu (a) jew (b) fit-taqsima 3.2.
3.2 Metodi għall-kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ
(a) Metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku British Pendulum Number (BPN)
Il-metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku għandu jkun kif definit fl-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid fl-2008)
Il-formulazzjoni u l-proprjetajiet fiżiċi tal-komponent tal-gomma tal-kuxxinett għandhom ikunu kif speċifikati fl-ASTM E 501-08.
Il-valur medju tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku (BPN) għandu jkun bejn 42 u 60 BPN wara l-korrezzjoni tat-temperatura kif ġej.
Il-BPN għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq. Sakemm ma jkunx hemm rakkomandazzjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-temperatura indikati mill-produttur tal-pendlu Brittanniku, tintuża l-formula li ġejja:
BPN = BPN (valur imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura
korrezzjoni tat-temperatura = – 0,0018 t 2 + 0,34 t – 6,1
fejn t hija t-temperatura ta’ wiċċ it-triq imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.
Effetti tat-therrir tal-kuxxinett tal-islajder: Il-kuxxinett għandu jitneħħa minħabba t-therrir massimu meta t-therrir fuq il-parti li tagħmel kuntatt jilħaq 3.2 mm fuq il-pjan tal-islajder jew 1.6 mm vertikali għalih skont it-taqsima 5.2.2 u l-Grafika 3 tal-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008).
Sabiex tiġi ċċekkjata l-konsistenza BPN tal-wiċċ tal-korsa għall-kejl tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ karozza strumentata tal-passiġġieri: il-valuri BPN tal-korsa tal-ittestjar m’għandhomx ivarjaw tul id-distanza kollha tal-waqfien sabiex titnaqqas id-dispersjoni tar-riżultati tat-test. Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu ħames darbiet ma’ kull punt tal-kejl BPN kull 10 metri u l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-BPN medju m’għandux jaqbeż l-10%.
(b) Metodu ASTM E 1136 Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″)
B’deroga mill-punt (4) tat-taqsima 2, dan il-metodu juża t-tajer ta’ referenza li għandu l-karatteristiċi indikati fl- ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003) u msemmi SRTT14″ ( 2 ).
Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,1 b’65 km/h.
Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq kif ġej:
koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) = koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura
korrezzjoni tat-temperatura = 0,0035 × (t – 20)
fejn t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.
3.3 Kundizzjonijiet atmosferiċi
Il-kundizzjonijiet tar-riħ m’għandhomx jaffettwaw it-tixrib tal-wiċċ (huwa permess ilqugħ għar-riħ).
Sew it-temperatura tal-wiċċ imxarrba u t-temperatura ambjentali għandhom ikunu bejn 2°C u 20°C għat-tajers tal-borra u 5°C and 35°C għat-tajers normali.
It-temperatura tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tvarja waqt it-test b’iktar minn 10°C.
It-temperatura ambjentali trid tibqa’ qrib it-temperatura tal-wiċċ imxarrab; id-differenza bejn it-temperaturi ambjentali u tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tkun inqas minn 10°C.
4. METODI TAL-ITTESTJAR TAL-QABDA FUQ L-IMXARRAB
Għall-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) ta’ tajer kandidat, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer kandidat jitqabbel mal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer ta’ referenza għaddej dritt fuq wiċċ ippavimentat imxarrab. Jitkejjel b’wieħed minn dawn il-metodi:
— metodu tal-vettura li jikkonsisti minn sett ta’ tajers armati fuq karozza tal-passiġġieri strumentata
— metodu tal-ittestjar b’karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers, mgħammra bit-tajer(s) tat-test.
4.1 Metodu tal-ittestjar b’karozza tal-passiġġieri strumentata
4.1.1 Il-prinċipju
Il-metodu tal-ittestjar ikopri proċedura għall-kejl tal-prestazzjoni tad-deċelerazzjoni ta’ tajers C1 waqt l-ibbrejkjar, bl-użu ta’ karozza tal-passiġġieri strumentata mgħammra b’Antilock Braking System (ABS), fejn “karozza tal-passiġġieri strumentata” tfisser karozza tal-passiġġieri armata bit-tagħmir tal-kejl imniżżel fit-taqsima 4.1.2.2 għall-għanijiet ta’ dan il-metodu ta’ ttestjar. Minn veloċità inizjali definita, il-brejkijiet jingħafsu biżżejjed fuq erba’ roti fl-istess ħin biex jiġi attivat l-ABS. Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn żewġ veloċitajiet predefiniti.
4.1.2 Tagħmir
4.1.2.1
Modifiki permessi fuq il-karozza tal-passiġġieri huma kif ġej:
— dawk li jippermettu li jiżdied l-għadd ta’ daqsijiet tat-tajers li jistgħu jiġu armati;
— dawk li jippermettu l-attivazzjoni awtomatika tal-mezz tal-apparat tal-ibbrejkjar li għandu jiġi installat.
Mhi permessa l-ebda modifika oħra tas-sistema tal-ibbrejkjar.
4.1.2.2
Il-vettura għandha tiġi armata b’sensur xieraq għall-kejl tal-veloċità fuq wiċċ imxarrab u distanza koperta bejn żewġ veloċitajiet.
Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema mingħajr kuntatt għal-kejl tal-veloċità.
4.1.3 L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova u l-kundizzjoni tat-tixrib
Il-wiċċ tal-korsa tal-prova jrid jixxarrab mill-inqas nofs siegħa qabel l-ittestjar sabiex jiġu ekwalizzati t-temperatura tal-wiċċ u t-temperatura tal-ilma. It-tixrib estern għandu jiġi pprovdut kontinwament waqt l-ittestjar. Għaż-żona kollha tal-ittestjar, il-fond tal-ilma għandu jkun ta’ 1.0 ± 0.5 mm, imkejjel mix-xifer ta’ fuq tal-bankina.
Il-korsa tal-prova għandha mbagħad tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’90km/h.
4.1.4 Tajers u rimmijiet
4.1.4.1
It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.
It-tajers tat-test għandhom jiġu mmuntati fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.
Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat l-użu eċċessiv tal-lubrikant sabiex it-tajer ma jkunx jista’ jiżloq minn fuq ir-rimm tar-rota.
It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.
Għar-running-in tat-tajer, isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar.
4.1.4.2
It-tagħbija statika fuq kull tajer tal-fus trid tkun ta’ bejn 60 % u 90 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajers ittestjata. It-tagħbijiet tat-tajers fuq l-istess fus m’għandhomx ivarjaw b’aktar minn 10 %.
4.1.4.3
Fuq il-fusien ta’ wara u ta’ quddiem, il-pressjonijiet tal-infiħ għandhom ikunu ta’ 220 kPa (għal tajers b’piż standard u extra). Il-pressjoni tat-tajer trid tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi mmodiifkata jekk meħtieġ.
4.1.5 Il-proċedura
4.1.5.1
Il-proċedura tat-test li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:
(1) Il-karozza tal-passiġġier tinsaq f’linja dritta sa 85 ± 2 km/h.
(2) Ġaladarba l-karozza tal-passiġġieri tkun laħqet 85 ± 2 km/h, il-brejkijiet jiġu dejjem attivati fl-istess post fuq il-korsa tat-test, imsemmi “l-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar”, b’tolleranza lonġitudinali ta’ 5 m u tolleranza trasversali ta’ 0,5 m.
(3) Il-brejks jiġu attivati awtomatikament jew inkella manwalment.
(i) L-attivazzjoni awtomatika tal-brejkijiet issir permezz ta’ sistema ta’ rilevament magħmula minn żewġ partijiet, waħda indiċjata mal-korsa tat-test u l-oħra fuq il-karozza tal-passiġġieri.
(ii) L-attivazzjoni manwali tal-brejkijiet tiddependi mit-tip ta’ trażmissjoni kif ġej. Fiż-żewġ każi, huma meħtieġ sforzi minimi fuq il-pedala ta’ 600 N.
Għat-trażmissjoni manwali, is-sewwieq għandu jħalli l-klaċċ u jagħfas il-brejk bil-qawwa, u jżommu magħfus kemm ikun hemm bżonn sabiex jittieħed il-kejl.
Għat-trażmissjoni manwali, is-sewwieq għandu jħalli l-klaċċ u jagħfas il-brejk bil-qawwa, u jżommu magħfus kemm ikun hemm bżonn sabiex jittieħed il-kejl.
(4) Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn 80 km/h u 20 km/h.
Jekk xi waħda mill-ispeċifikazzjonijiet elenkati fuq (inklużi t-tollerenza tal-veloċità, it-tolleranza lonġitudinali u trasversali għall-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar, u l-ħin li jieħu l-ibbrejkjar) ma tintlaħaqx meta ssir ġirja ta’ prova, il-kejl jiġi injorat u ssir ġirja ta’ prova ġdida.
4.1.5.2
Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ sett ta’ tajers kandidati (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fl-istess direzzjoni u sa tliet settijiet differenti ta’ tajers kandidati jistgħu jitkejlu fi ħdan l-istess ċiklu ta’prova:
(1) L-ewwel, jiġi mmuntat is-sett ta’ tajers ta’ referenza fuq il-karozza strumentata tal-passiġġieri.
(2) Wara li jkunu saru mill-inqas tliet tikjiliet validi skont it-taqsima 4.1.5.1, is-sett ta’ tajers ta’ referenza jiġi ssostitwit minn sett ta’ tajers kandidati.
(3) Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati.
(4) I-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova.
— L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T3) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:
— R-T1-T2-T3-R
— L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T5) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:
— R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R
4.1.6 Ħarsa ġenerali tar-riżultati tal-kejl
4.1.6.1
Id-deċelerazzjoni medja (AD) hija kkalkulata għal ġirja ta’ prova valida f’m.s– 2 kif ġej:
fejn:
Sf hija l-veloċità finali f’ m·s-1; Sf = 20 km/h = 5,556 m.s– 1
Sf hija l-veloċità inizjali f’ m·s-1; Sf = 80 km/h = 22,222 m.s– 1
d hija d-distanza koperta f’m bejn Si u Sf .
4.1.6.2
Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD jiġi kkalkulat kif ġej:
(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100
Għat-tajers ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD ta’ kwalunkwe żewġ gruppi konsekuttivi ta’ tliet ġirjiet ta’ prova tas-sett tat-tajer tar-referenza jkun ogħla minn 3 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test mtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajers kandidati u t-tajers ta’ referenza).
Għat-tajers kandidati (T) : Il-koeffiċjenti tal-varjazzjoni AD jiġu kkalkulati għal kull sett ta’ tajers kandidati. Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni jkun ogħla minn 3 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test mtenni għal dak is-sett ta’ tajers kandidati.
4.1.6.3
Id-deċelerazzjoni medja (AD) tas-sett ta’ tajers ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar huwa aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull sett ta’ tajers kandidati f’ċiklu ta’ prova partikolari.
Dan l-AD aġġustat tat-tajer ta’ referenza (Ra) jiġi kkalkulat f’m.s–2 skont it-tabella 1 fejn R1 huwa l-medja tal-valuri AD fl-ewwel test tas-sett ta’ tajers ta’ referenza (R) u R2 huwa l-medja tal-valuri AD values fit-tieni test tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza (R).
Tabella 1
|
Numru ta’ settijiet ta’ tajers kandidati ta’ referenza fi ħdan ċiklu wieħed |
Sett ta’ tajers kandidati |
Ra |
|
1 (R 1 -T1-R 2 ) |
T1 |
Ra = 1/2 (R 1 + R 2 ) |
|
2 (R 1 -T1-T2-R 2 ) |
T1 |
Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2 |
|
T2 |
Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2 |
|
|
3 (R 1 -T1-T2-T3-R 2 ) |
T1 |
Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2 |
|
T2 |
Ra = 1/2 (R 1 + R2 ) |
|
|
T3 |
Ra = 1/4 R1 + 3/4 R2 |
4.1.6.4 (BFC)
Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar (BFC) jiġi kkalkulat għall-ibbrejkjar fuq iż-żewġ fusien skont it-Tabella 2 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-valuri AD għal kull sett ta’ tajers kandidati (T) li huma parti minn ċiklu ta’ prova.
Tabella 2
|
Tajer ta’ Prova |
Koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar |
|
Tajer ta’ referenza |
BFC(R) = |Ra/g| |
|
Tajer kandidat |
BFC(T) = |Ta/g| |
|
g huwa l-aċċelerazzjoni dovuta għall-gravità, g= 9,81 m·s–2 |
|
4.1.6.5
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulatkif ġej:
fejn:
— t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab mkejla fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat
— t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab, t0 = 20°C għal tajers normali u t0 = 10 °C għal tajers tal-borra
— BFC(R0) huwa l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza, BFC(R0) = 0,68
— a = – 0,4232 u b = – 8,297 għal tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għal tajers tal-borra
4.1.7 Tqabbil tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab bejn tajer kandidat u tajer ta’ referenza bl-użu ta’ tajer ta’ kontroll
4.1.7.1
Meta d-daqs ta’ tajer kandidat huwa apprezzabbilment differenti minn dak ta’ tajer ta’ referenza, tqabbil dirett fuq l-istess karozza strumentata tal-passiġġieri jista’ ma jkunx possibbli. Il-metodu tal-ittestjar juża tajer intermedju, minn hawn “il quddiem imsejjaħ it-tajer ta” kontroll kif iddefinit fil-punt 5 tas-sezzjoni 2.
4.1.7.2
Il-prinċipju huwa l-użu ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll u żewġ karozzi strumentati differenti tal-passiġġieri għaċ-ċiklu tat-test ta’ sett ta’ tajers kandidati bi tqabbil ma’ sett ta’ tajers ta’ referenza.
Karozza strumenta tal-passiġġieri waħda tiġi mmuntata bis-sett ta’ tajers ta’ referenza segwit mis-sett ta’ tajers ta’ kontroll, l-oħra bis-sett ta’ tajers ta’ kontroll segwit mis-sett ta’ tajers kandidati.
L-ispeċifikazzjonijiet elenkati fit-taqsimiet 4.1.2 sa 4.1.4 japplikaw.
L-ewwel ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers ta’ kontroll u s-sett ta’ tajers ta’ referenza.
It-tieni ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers kandidati u s-sett ta’ tajers ta’ kontroll. Isiru fuq l-istess korsa ta’ prova u waqt l-istess jum bħal tal-ewwel ċiklu ta’ prova. It-temperatura tal-wiċċ imxarrab għandha tkun fi ħdan medda ta’ ± 5 °C tat-temperatura tal-ewwel ċiklu. L-istess sett ta’ tajers ta’ kontroll għandu jintuża għall-ewwel u t-tieni ċikli ta’ prova.
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:
G(T) = G 1 × G 2
fejn:
— G1 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer ta’ kontroll (C) imqabbel mat-tajer ta’ referenza (R) ikkalkulat kif ġej:
—
— G2 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) imqabbel mat-tajer ta’ kontroll (C) ikkalkulat kif ġej:
—
4.1.7.3
Huwa neċessarju li t-tajers kollha ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll ikunu nħażnu fl-istess kundizzjonijiet. Malli s-sett ta’ tajers ta’ kontroll ikun ġie ttestjat bi tqabbil mat-tajer ta’ referenza, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin definiti f’ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003)
4.1.7.4
Meta therrir jew ħsara irregolari jirriżultaw mit-testijiet, jew meta t-therrir jinfluwenza r-riżultati tat-test, l-użu tat-tajer għandu jitwaqqaf.
4.2 Metodu tal-ittestjar bl-użu ta’ karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers
4.2.1 Prinċipju
Il-kejl isir fuq tajers tat-test armati fuq karru rmunkat minn vettura (minn hawn ’il quddiem vettura tal-irmonk) jew fuq vettura għat-testijiet tat-tajers. Il-brejk fil-pożizzjoni tat-test jiġi applikat bis-sod sakemm jiġi ġġenerat biżżejjed torque tal-ibbrejkjar sabiex tiġi prodotta l-forza massima tal-ibbrejkjar li tkun se sseħħ qabel is-sokor tar-rota b’veloċità ta’ prova ta’ 65 km/h.
4.2.2 Tagħmir
4.2.2.1
— Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha jkollha l-kapaċità li żżomm il-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h anki taħt il-forzi massimi tal-ibbrejkjar.
— Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’post wieħed fejn it-tajer ikun jista’ jitwaħħal għall-għanijiet tal-kejl, minn issa ’l quddiem “il-pożizzjoni tat-test” u l-aċċessorji li ġejjin:
—
(i) tagħmir biex jattiva l-brejkijiet fil-pożizzjoni tat-test;
(ii) tank tal-ilma li jaħżen biżżejjed ilma sabiex tiġi fornuta s-sistema tat-tixrib tal-wiċċ tat-triq, sakemm ma jintużax tixrib estern;
(iii) tagħmir tar-reġistrazzjoni biex jiġu rreġistrati sinjali minn trasdutturi installati fil-pożizzjoni tat-test u sabiex tiġi mmonitorjata r-rata tal-applikazzjoni tal-ilma jekk tintuża l-alternattiva tat-tixrib awtonomu.
— Il-varjazzjoni massima tal-issettjar tat-toe u l-angolu tal-camber għall-pożizzjoni tat-test għandha tkun sa ± 0,5° mat-tagħbija vertikali massima. Is-suspenxin u l-boxxliet tal-buttun tar-rota għandhom ikollhom biżżejjed riġidità sabiex jilgħabu mill-inqas u jiżguraw il-konformità mal-applikazzjoni tal-forzi massimi tal-ibbrejkjar. Is-sistema tas-suspenxin għandha tipprovdi kapaċità xierqa għall-irfigħ tat-tagħbija u tkun iddisinjata b’tali mod li tiżola r-riżonanza tas-suspenxin.
— Il-pożizzjoni tat-test għandha tkun mgħammra b’sistema tal-brejkijiet tipika jew waħda speċjali awtomotiva li tista’ tapplika biżżejed torque tal-ibbrejkjar sabiex tipproduċi l-valur massimu tal-forza loġitudinali tal-ibbrejkjar fuq ir-rota tal-prova fil-kundizzjonijiet speċifikati.
— Is-sistema tal-applikazzjoni tal-brejkijiet għandha tkun kapaċi tikkontrolla l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inizjali tal-brejk u l-forza lonġitudinali massima kif speċifika fit-taqsima 4.2.7.1.
— Il-karru jew il-vettura tat-tajers għat-test għandhom ikunu ddisinjati biex jakkomodaw il-varjetà ta’ daqsijiet ta’ tajers kandidati li għandhom jiġu ttestjati.
— Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandu jkollha mezzi għall-aġġustament tat-tagħbija vertikali kif speċifikat fit-taqsima 4.2.5.2.
4.2.2.2
— Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test.
— Rekwiżiti ġenerali għal sistema ta’ kejl: Is-sistema tal-istrumentazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti kumplessivi li ġejjin f’temperaturi ambjentali bejn 0 °C and 45 °C:
—
(i) preċiżjoni ġenerali tas-sistema, forza: ± 1,5 % tal-iskala sħiħa tat-tagħbija vertikali jew tal-forza tal-ibbrejkjar;
(ii) preċiżjoni ġenerali tas-sistema, forza: ± 1,5 % tal-veloċità jew ± 1,0 km/h, liema tkun l-ikbar.
— Il-veloċità tal-vettura Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema tal-kejl tal-veloċità mingħajr kuntatt.
— Forzi tal-ibbrejkjar: It-trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar għandhom ikejlu l-forza lonġitudinali ġġenerata mill-interfaċċa tajer-triq bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ brejk fuq medda bejn 0 % sa mill-inqas 125 % tat-tagħbija vertikali applikata. Id-disinn u l-lokazzjoni tat-trasduttur għandhom jimminimizzaw l-effetti tal-inerzja u riżonanza mekkanika indotta mill-vibrazzjonijiet.
— It-tagħbija vertikali It-trasduttur li jkejjel it-tagħbija vertikali għandu jkejjel it-tagħbija vertikali mal-pożizzjoni tat-test waqt l-applikazzjoni tal-brejk. It-trasduttur għandu jkollu l-istess speċifikazzjonijiet kif deskritt qabel.
— L-ikkundizzjonar tas-sinjal u s-sistema ta’ reġistrazzjoni: Kull tagħmir tal-ikkundizzjonar tas-sinjal u tar-reġistrazzjoni għandu jipprovdi riżultat lineari bil-gwadanni (gain) u r-riżoluzzjoni tal-qari tad-dejta neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti speċifikati qabel. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw:
—
(i) Ir-rispons minimu tal-frekwenza għandu jkun ċatt minn 0 Hz sa 50 Hz (100 Hz) fi ħdan skala ta’ ± 1 %.
(ii) Il-proporzjon sinjal-storbju għandu jkun ta’ mill-inqas 20/1.
(iii) Il-gwadann għandu jkun biżżejjed biex jippermetti wiri fuq skala sħiħa għal-livell tas-sinjal tad-dħul fuq skala sħiħa.
(iv) L-impedenza tad-dħul għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet akbar mill-impedenza tal-ħruġ tas-sors tas-sinjal.
(v) It-tagħmir m’għandux ikun sensittiv għall-vibrazzjonijiet, l-aċċelerazzjoni, u l-bidliet fit-temperatura ambjnetali.
4.2.3 L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova
Il-korsa tal-prova għandha tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’65 ± 2 km/h.
4.2.4 Kundizzjonijiet tat-tixrib
Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test. L-ilma applikat liċ-ċanġar qabel it-testijiet tat-tajers għandu jiġi minn żennuna ddisinjata b’mod xieraq biex tiżgura li s-saff tal-ilma li jiltaqa’ miegħu t-tajer tal-prova ikollu sezzjoni trasversali uniformi mal-veloċità tal-prova sabiex ikun hemm minimu ta’ raxx u titjir.
Il-konfigurazzjoni u l-pożizzjoni taż-żennuna għandhom jiżguraw li l-ġettijiet tal-ilma jiġi diretti lejn it-tajer tal-prova u ppuntati lejn iċ-ċangar b’angolu ta’ 20° sa 30°.
L-ilma għandu jolqot iċ-ċanara 0.25m sa 0.45 m lil hinn miċ-ċentru tal-kuntatt tat-tajer. Iż-żennuna trid tkun qiegħda 25 mm miċ-ċangar jew l-għoli minimu meħtieġa biex tevita l-ostakli li t-tester għandu mnejn jiltaqa’ magħhom, iżda fl-ebda każ aktar minn 100 mm minn fuq iċ-ċanġar.
Is-saff tal-ilma għandu jkunu mill-inqas 25 mm usa’ mit-tiflil ta’ wiċċ it-tajer tal-prova u applikat sabiex it-tajer jinsab fiċ-ċentru bejn ix-xfar. Ir-rata tal-ħruġ tal-ilma għandha tiżgura fond tal-ilma ta’ 1.0 ± 0.5 mm u għandu jkun konsistenti tul it-test kollu fi ħdan medda ta’ ± 10 fil-mija. Il-volum tal-ilma għal kull unità ta’ wisa’ mxarrba jrid ikun direttament proporzjonali għall-veloċità tat-test. Il-kwantità tal-ilma applikata b’65 km/h għandha tkun ta’ 18 l·s–1 għal kull metru ta’ wisa’ ta’ wiċċ imxarrab f’każ ta’ fond tal-ilma ta’ 1.0 mm.
4.2.5 Tajers u rimmijiet
4.2.5.1
It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.
It-tajer tal-prova għandu jiġi mmuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.
Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat użu eċċessiv ta’ lubrikant sabiex it-tajer ma jiżloqx minn fuq ir-rimm tar-rota.
It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.
Għar-running-in tat-tajer, għandhom isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar bit-tagħbija, il-pressjoni u l-veloċità speċifikati f’ 4.2.5.2, 4.2.5.3 u 4.2.7.1 rispettivament.
4.2.5.2
It-tagħbija tat-test fuq it-tajer tal-prova hija 75 ± 5 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajer tal-prova.
4.2.5.3
Il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ tat-tajers tat-test għandha tkun 180 kPa għal tajers b’tagħbija standard. Għal tajers b’tagħbija żejda, il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ għandha tkun ta’ 220 k Pa.
Il-pressjoni tat-tajers għandha tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi aġġustata jekk meħtieġ.
4.2.6 Tħejjija tal-vettura tal-irmonk u karru jew vettura għat-testijiet tat-tajers
4.2.6.1
Għal karrijiet b’fus wieħed, l-għoli tal-ġanċ tal-irmonk u l-pożizzjoni trasversali għandhom jiġu aġġustati darba li r-rota tal-prova tkun tgħabbiet bit-tagħbija speċifika tal-prova sabiex jiġi evitat kull tfixkil għar-riżultati tal-kejl. Id-distanza lonġitudinali mil-linja taċ-ċentru tal-punt tal-artikolazzjoni ta’ ras l-aġġanċ sal-linja taċ-ċentru trasversa tal-karru għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet l-għoli tal-ġanc jew l-għoli ta’ ras l-aġġanċ.
4.2.6.2
Il-ħames rota, meta użata, għandha tiġi installata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u titqiegħed kemm jista’ jkun qrib il-pożizzjoni f’nofs il-korsa tal-karru tal-irmonk jew tal-vettura għat-testijiet tat-tajers.
4.2.7 Il-proċedura
4.2.7.1
Il-proċedura li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:
(1) Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura tat-tajer tal-prova tinsaq fuq il-korsa tal-prova f’linja dritta bil-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h.
(2) Tinbeda s-sistema ta’ reġistrazzjoni.
(3) Jingħata l-ilma liċ-ċangar qabel it-test tat-tajer bejn wieħed u ieħor 0.5s qabel l-applikazzjoni tal-brejk (għas-sistema tat-tixrib intern).
(4) Il-brejkijiet tal-karru jiġu attivati ma’ 2 metri minn punt ta’ kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ u l-fond tar-ramel skont il-punti 4 u 5 tat-taqsima 3.1. Ir-rata tal-applikazzjoni tal-ibbrejkjar għandha tkun tali li l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inzjali tal-forza u l-forza lonġitudinali massima jkunu fil-medda bejn 0.2 sa 0.5 s.
(5) Titwaqqaf s-sistema ta’ reġistrazzjoni.
4.2.7.2
Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fuq l-istess punt fuq il-kors tal-prova u fl-istess direzzjoni. Jistgħu jitkejlu sa tliet tajers kandidati fi ħdan l-istess ċiklu tat-test, dejjem sakemm it-testijiet jitlestew fi żmien ġurnata.
(1) L-ewwel, jiġi ttestjat it-tajer ta’ referenza.
(2) Wara mill-inqas sitt tikjiliet validi mwettqa skont it-taqsima 4.2.7.1, it-tajer ta’ referenza jiġi ssostitwit mit-tajer kandidat.
(3) Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati.
(4) Iċ-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova.
— L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet tajers kandidati (T1 sa T3) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:
— R-T1-T2-T3-R
— L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames tajers kandidati (T1 sa T5) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:
— R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R
4.2.8 L-ipproċessar tar-riżultati tal-kejl
4.2.8.1
Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) tat-tajer huwa l-ogħla valur ta’ μ(t) qabel ma jseħħ is-sokor, ikkalkulat kif ġej għal kull ġirja ta’ prova. Is-sinjali analogi għandhom jiġi ffiltrati sabiex jitneħħa l-istorbju. Sinjali rreġistrati diġitalment iridu jiġi ffiltrati bl-użu ta’ teknika tal-medja mobbli.
fejn:
μ(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar tat-tajer f’ħin reali;
fh(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar f’ħin reali, f’N;
fv(t) huwa t-tagħbija vertikali dinamika f’ħin reali, f’N;
4.2.8.2
Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni μpeak jiġi kkalkulat kif ġej:
(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100
Għat-tajer ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-forza massima tal-ibbrejkjar (μpeak) tat-tajer ta’ referenza jkun ogħla minn 5 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test imtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajer(s) kandidat(i) u t-tajer ta’ referenza).
Għat-tajer(s) kandidati(i) (T) : Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) jiġi kkalkulat għal kull tajer kandidat Jekk koeffiċjent ta’ varjazzjoni wieħed ikun ogħla minn 5 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test imtenni għal dan it-tajer kandidat.
4.2.8.3
Il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima użat għall-kalkolu tal-koefiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar tiegħu jiġi aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull tajer kandidat f’ċiklu ta’ prova partikolari.
Dan il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima (Ra) jiġi kkalkulat skont it-tabella 3 fejn R1 huwa l-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fl-ewwel test tat-tajer ta’ referenza (R) u R2 huwa il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fit-tieni test tal-istess tajer ta’ referenza (R).
Tabella 3
|
Numru ta’ tajers kandidati fi ħdan ċiklu ta’ prova wieħed |
Tajer kandidat |
Ra |
|
1 (R 1 -T1-R 2 ) |
T1 |
Ra = 1/2 (R 1 + R 2 ) |
|
2 (R 1 -T1-T2-R 2 ) |
T1 |
Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2 |
|
T2 |
Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2 |
|
|
3 (R 1 -T1-T2-T3-R 2 ) |
T1 |
Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2 |
|
T2 |
Ra = 1/2 (R 1 +R 2 ) |
|
|
T3 |
Ra = 1/4 R 1 + 3/4 R 2 |
4.2.8.4
Il-valur medju tal-koeffiċjenti tal-forza tal-ibbrejkjar massima tat-tajer (μpeak,ave ) jiġi kkalkulat skont it-Tabella 4 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-koeffiċjenti massimi tal-forza tal-ibbrejkjar imkejla għal tajer kandidat wieħed f’ ċiklu ta’ prova wieħed.
Tabella 4
|
Tajer ta’ prova |
μpeak,ave |
|
Tajer ta’ referenza |
μpeak,ave(R)=Ra skont it-Tabella 3 |
|
Tajer kandidat |
μpeak,ave (T) = Ta |
4.2.8.5
L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
— t hija t-temperatura mkejla tal-wiċċ imxarrab fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat
— t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab.
— t0 = 20°C għat-tajers normali t0 = 10°C għat-tajers tal-borra
— μpeak,ave(R0) = 0,85 hija l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza.
— a = –0,4232 u b = –8,297 għat-tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għat-tajers tal-borra.
Appendiċi A
Eżempji ta’ rapporti tat-testijiet tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab
EŻEMPJU 1 Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karru
|
Numru tar-rapport tat-test: |
|
Data tat-test: |
|
Tip ta’ wiċċ tat-triq: |
|
Fond tat-tessut (mm): |
|
μ peak (SRTT14″ E 1136): |
|
BPN: |
|
Veloċità (km/h): |
|
Fond tal-ilma (mm): |
|
Nru. |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
|
|
Daqs |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deskrizzjoni tas-servizz |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Identifikazzjoni tat-tajer |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rimm |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pattern |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tagħbija (N) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pressjoni (kPa) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
μ peak) |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Medja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Devjazzjoni standard σ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(σ/medja) ≤ 5 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ra, Aġġustat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Temperatura tal-wiċċ (°C) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Temperatura ambjentali (°C) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kummenti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
EŻEMPJU 2 Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karozza tal-passiġġier
|
Sewwieq: |
|
Data tat-test: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Korsa: |
|
Karozza tal-Passiġġier: |
|
Veloċità inizjali (km/h): |
|
|
|
Fond tat-tessut (mm): |
|
Ditta: |
|
Veloċità finali (km/h): |
|
BPN: |
|
Mudell: |
|
|
|
|
Fond tal-ilma (mm): |
|
Tip |
|
|
|
|
Nru. |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
||||||
|
Ditta |
Uniroyal |
TAJER B |
TAJER C |
TAJER D |
Uniroyal |
||||||
|
Pattern |
ASTM F 2493 SRTT16″ |
PATTERN B |
PATTERN C |
PATTERN D |
ASTM F 2493 SRTT16″ |
||||||
|
Daqs |
P225/60R16 |
SIZE B |
SIZE C |
SIZE D |
P225/60R16 |
||||||
|
Deskrizzjoni tas-servizz |
97S |
LI/SS |
LI/SS |
LI/SS |
97S |
||||||
|
Identifikazzjoni tat-tajer |
XXXXXXXXX |
YYYYYYYYY |
ZZZZZZZZZ |
NNNNNNNNN |
XXXXXXXXX |
||||||
|
Rimm |
|
|
|
|
|
||||||
|
Pressjoni fuq il-fus ta’ quddiem (kPa) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Pressjoni fuq il-fus ta’ wara (kPa) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Tagħbija fuq il-fus ta’ quddiem (N) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Temperatura tal-wiċċ (°C) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Temp. ambjentali (°C) |
|
|
|
|
|
||||||
|
|
Ibbrejkjar distance (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
Distanza tal-ibbrejkjar (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
Distanza tal-ibbrejkjar (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
Distanza tal-ibbrejkjar distance (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
Distanza tal-ibbrejkjar (m) |
Deċelerazzjoni medja (m/s2) |
|
|
Kejl |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Medja AD (m/s2) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Devjazzjoni standard (m/s2) |
|
|
|
|
|
||||||
|
Validazzjoni tar-riżultati Koeff. Tal-varjazzjoni (%) < 3 % |
|
|
|
|
|
||||||
|
Medja aġġustata AD tat-tajer ta’ ref.: (m/s2) |
|
|
|
|
|
||||||
|
BFC(R) tajer ta’ referenza (SRTT16″) |
|
|
|
|
|
||||||
|
BFC(T) tajer kandidat |
|
|
|
|
|
||||||
|
Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) |
|
|
|
|
|
||||||
( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 2 ) Id-daqs tal-ASTM E 1136 SRTT huwa P195/75R14.