This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1991
Commission Regulation (EC) No 1991/2004 of 19 November 2004 amending Regulation (EC) No 753/2002 laying down certain rules for applying Council Regulation (EC) No 1493/1999 as regards the description, designation, presentation and protection of certain wine sector products
1991/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1991/2004 tad- 19 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid
1991/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1991/2004 tad- 19 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid
ĠU L 344, 20.11.2004, pp. 9–10
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, pp. 56–57
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0607
|
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
56 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1991/2004
tad-19 ta' Novembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (2), kif emendata mid-Direttiva 2003/89/KE (3) f’dak li jirrigwarda l-indikazzjoni tal-ingredjenti preżenti fl-oġġetti tal-ikel jipprovdi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(3a) tiegħu li kwalunkwe ingredjent imsemmi fl-Anness IIIa għalih għandu jkun imniżżel fuq it-tikketti ta' kwalunkwe xarba li jkun fiha aktar minn 1,2 % f'volum ta' alkoħol. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(3a)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE jipprovdi li r-regoli dettaljati tal-preżentazzjoni tal-ingredjenti msemmija fl-Anness IIIa jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. |
|
(3) |
L-ewwel paragrafu tal-punt D tal-Anness VII u l-ewwel paragrafu tal-punt E tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistipulaw li t-tagħrif fuq it-tikketti għandu jingħata f'waħda jew aktar mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità biex b'hekk il-konsumatur aħħari jkun jista' faċilment jifhem il-punti kollha ta' dan it-tagħrif. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (4) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-25 ta' Novembru 2004, jiġifieri mal-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/89/KE. |
|
(6) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
|
2) |
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 3, għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dettalji obbligatorji msemmija fl-Artikolu 12.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta' Novembru 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Novembru 2004
Għall-Kummissjoni
Franz FISCHLER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.
(2) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.
(3) ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15.
(4) ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 263, 10.8.2004, p. 11).