Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32015D0646

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/646 tat-23 ta' April 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kulturi tal-batterji intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi u li jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2015/2573

ĠU L 106, 24.4.2015, p. 79–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/646/oj

24.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/79


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/646

tat-23 ta' April 2015

skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kulturi tal-batterji intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi u li jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' April 2014, l-Irlanda talbet lill-Kummissjoni tiddeċiedi, skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dwar jekk żewġ prodotti, li jikkonsistu minn kulturi tal-batterji, intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi u li jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan, humiex prodotti bijoċidali għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-informazzjoni fornuta, l-ewwel prodott idewweb l-ħama organika, inaqqas il-livelli tas-sulfur tal-idroġenu u l-ammonijaka tan-nitroġenu u jippurifika l-ilma tal-vaski u l-laguni, — u t-tieni prodott jaċċellera l-ossidazzjoni bijoloġika tal-iskart organiku solidu u d-degradazzjoni organika bijoloġika, itejjeb l-effiċjenza tad-diġestjoni aerobika, inaqqas il-ħama organika fil-qiegħ tal-lagi, il-vaski u sistemi tal-iskart tal-ilma u jnaqqas il-produzzjoni odoruża gassuża.

(3)

Dawn il-prodotti, bħala effett sekondarju, jirriduċu l-iżvilupp tal-algi fl-ilma iżda ma humiex intenzjonati għal dak il-għan u ma saret l-ebda stqarrija li jistgħu jintużaw għalhekk.

(4)

Skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huma biss il-prodotti li huma intenzjonati li jeqirdu, jimpedixxu, jrendu mhux dannuż, jipprevjenu l-azzjoni ta', jew li jeżerċitaw b'mod ieħor effett ta' kontroll fuq kwalunkwe organiżmu ta' ħsara bi kwalunkwe mezz għajr b'azzjoni sempliċiment fiżika jew mekkanika, li jikkostitwixxu prodotti bijoċidali.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kulturi tal-batterji intenzjonati li jirriduċu s-solidi organiċi, għandhom jitqiegħdu fis-suq għal dak il-għan u l-unika effett sekondarju tagħhom huwa li jirriduċu l-iżvilupp tal-algi fl-ilma għalkemm ma humiex intenzjonati għal dak il-għan, ma humiex prodotti bijoċidali għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.


Fuq