This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-gateway diġitali unika se tiffaċilita l-aċċess online għall-informazzjoni, il-proċeduri amministrattivi ewlenin u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi li ċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jikkuntattjaw jekk jiltaqgħu ma’ problemi meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern waqt li jkunu qed jgħixu jew jagħmlu negozju fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE).
Il-funzjonament tal-gateway ser jiġi appoġġjat minn għodod tekniċi żviluppati mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni ma’ amministrazzjonijiet nazzjonali. Grupp ta’ koordinazzjoni dwar il-gateway magħmul mill-koordinaturi nazzjonali u l-Kummissjoni se jappoġġa l-implimentazzjoni tar-Regolament. L-applikazzjoni tar-Regolament se tiġi riveduta f’Diċembru 2022 u l-funzjonament tal-gateway se jiġi rivedut kull sentejn mill-2022.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1121
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1463
Ir-Regolament (UE) 2018/1724 ilu japplika mit-. Madankollu, l-artikoli li jikkonċernaw id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri, id-disponibbiltà transfruntiera tal-proċeduri u l-użu ta’ sistema ta’ “darba biss” se japplikaw mit-. L-obbligu dwar id-disponibbiltà ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet muniċipali se japplika mit-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, , pp. 1-38).
l-aħħar aġġornament