Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Standards għal korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament indaqs u opportunitajiet indaqs

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2024/1499 dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament indaqs bejn persuni

Id-Direttiva (UE) 2024/1500 dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament indaqs u opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVI?

PUNTI EWLENIN

Korpi tal-ugwaljanza huma organizzazzjonijiet pubbliċi li jassistu vittmi ta’ diskriminazzjoni, jimmonitorjaw u jirrappurtaw dwar diskriminazzjoni, jippromwovu trattament indaqs u jikkontribwixxu biex iqajmu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tan-nies.

Id-direttivi jistabbilixxu rekwiżiti minimi komuni madwar l-UE kollha għal korpi tal-ugwaljanza f’numru ta’ oqsma ewlenin. B’mod partikolari, dawn jinkludu:

  • rekwiżiti għall-Istati Membri tal-UE biex:
    • jinnominaw xi korp jew korpi tal-ugwaljanza u jassikuraw li l-korpi jkunu indipendenti u liberi minn influwenza esterna;
    • jipprovdu lil korpi bir-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji li jkollhom bżonn biex iwettqu l-kompiti tagħhom;
    • jsaħħu lill-korpi biex jevitaw diskriminazzjoni u jippromwovu trattament indaqs, pereżempju billi jippromwovu integrazzjoni għall-ugwaljanza u azzjoni pożittiva;
    • jqajmu kuxjenza fost il-popolazzjoni ġenerali dwar l-eżistenza u s-servizzi tal-korpi;
    • jassikuraw li l-korpi jkunu mgħammra biex jipprovdu assistenza lil vittmi ta’ diskriminazzjoni;
    • jawtorizzaw lil korpi tal-ugwaljanza, jew korpi kompetenti oħra biex jagħmlu inkjesti u jieħdu sehem f’soluzzjoni alternattiva għat-tilwima f’każijiet ta’ diskriminazzjoni;
    • jawtorizzaw lil korpi tal-ugwaljanza biex jissottomettu osservazzjonijiet u jaġixxu f’proċedimenti ġudizzjarji f’każijiet ta diskriminazzjoni;
  • kooperazzjoni bejn korpi tal-ugwaljanza u bejn korpi tal-ugwaljanza u entitajiet oħra pubbliċi jew privati;
  • rekwiżit għal awtoritajiet nazzjonal biex jikkonsultaw il-korpi dwar kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni;
  • rekwiżit għal korpi ta’ ugwaljanza biex iwettqu:
    • programm ta’ ħidma li jistabbiloixxi l-prijoritajiet u attivitajiet prospettivi tagħhom;
    • rapport annwali tal-attività pubblikament disponibbli;
    • rapport kull 4 snin, b’rakkomandazzjonijiet dwar l-istat tat-trattament indaqs fl-Istat Membru tagħhom;
  • rekwiżit għall-korpi tal-ugwaljanza biex jiġbru data dwar l-attivitajiet tagħhom stess;
  • rekwiżit għall-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf lista ta’ indikaturi dwar il-funzjonament tal-korpi tal-ugwaljanza u biex tirrapporta dwar l-applikazzjoni u effetti prattiċi tad-direttivi;
  • possibbilità għall-Parlament Ewropew biex jiddiskuti l-funzjonament tal-korpi tal-ugwaljanza mal-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżerċizju ta’ monitoraġġ u rapportar.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-direttivi jridu jkunu nkorporati fil-liġi nazzjonali sad-. Ir-regoli li hemm fid-direttivi jridu japplikaw mill-istess data.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1499 tas- dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika tagħhom, it-trattament ugwali fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, it-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali u fl-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista tagħhom, u li temenda d-Direttivi 2000/43/KE u 2004/113/KE (ĠU L., 2024/1499, ).

Id-Direttiva (UE) 2024/1500 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol, u li temenda d-Direttivi 2006/54/KE u 2010/41/UE (ĠU L 2024/1500, ).

L-aħħar aġġornament

Top