Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Id-Direttiva (UE) 2024/1233 għandha l-għan li tissimplifika l-proċeduri ta’ migrazzjoni tax-xogħol ta’ ċittadini mhux tal-UE (“ċittadini ta’ pajjiżi terzi”) lejn l-Unjoni Ewropea (UE) u li tiżgura t-trattament ġust ta’ ħaddiema mhux tal-UE billi:
tistabbilixxi proċedura ta’ applikazzjoni simplifikata għal permess uniku wieħed li jkopri kemm id-dritt għar-residenza kif ukoll id-dritt għax-xogħol;
tistabbilixxi sett komuni ta’ drittijiet u trattament indaqs għal ħaddiema mhux tal-UE residenti legalment fi Stat Membru tal-UE.
ikunu rċevew permess biex jgħixu fi Stat Membru, kemm għal xogħol jew raġunijiet oħra (jekk għandhom id-dritt li jaħdmu);
ma tapplikax għal firxa ta’ ċittadini mhux tal-UE, bħal membri tal-familja ta’ ċittadin tal-UE, ħaddiema staġjonali, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jew dawk li għandhom id-dritt għall-moviment ħieles fl-UE.
Proċedura ta’ applikazzjoni unika
L-Istati Membri:
jiddeċiedu jekk iċ-ċittadin mhux tal-UE jew l-impjegatur tiegħu, jew kwalunkwe, jissottomettix applikazzjoni għall-permess;
jridu jqisu u jeżaminaw l-applikazzjonijiet magħmula minn ċittadini mhux tal-UE li jirrisjedu jew barra mill-Istat Membru inkwistjoni jew, għal dawk li għandhom permess ta’ residenza validu, direttament f’dak l-Istat Membru; l-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu applikazzjonijiet fit-territorju tagħhom minn ċittadini oħra mhux tal-UE legalment preżenti fi Stat Membru;
jaħtru awtorità kompetenti biex tirċievi l-applikazzjoni, u tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni sħiħa biex toħroġ, temenda jew iġġedded permess uniku li jkopri kemm ir-residenza kif ukoll ix-xogħol fi żmien 90 jum mill-applikazzjoni (jistgħu jiżdiedu 30 jum żejda għal każijiet kumplessi);
jagħtu spjegazzjoni bil-miktub meta jiċħdu applikazzjoni jew jirtiraw permess uniku u jispeċifikaw il-qorti jew l-awtorità amministrattiva fejn il-persuna kkonċernata tista’ tressaq appell u l-limitu ta’ żmien relatat;
jagħmlu aċċessibbli faċilment u jipprovdu, meta mitluba, informazzjoni liċ-ċittadin mhux tal-UE u lill-impjegatur futur tagħhom dwar il-proċess tal-applikazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom;
ma jistgħux jitolbu tariffi sproporzjonati jew eċċessivi għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni.
Drittijiet u trattament indaqs
Id-detenturi ta’ permess uniku għandhom id-dritt li:
jidħlu, jgħixu u jivvjaġġaw liberament fl-Istat Membru emittenti;
jwettqu x-xogħol imniżżel fuq il-permess;
ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom;
jibdlu l-impjegatur matul il-perjodu ta’ validità tal-permess uniku taħt ċerti kundizzjonijiet;
jkunu diżokkupati u joqgħodu fit-territorju ta’ Stat Membru:
għal mill-inqas tliet xhur matul il-perjodu ta’ validità tal-permess uniku jekk iċ-ċittadin mhux tal-UE ilu detentur ta’ permess uniku għal inqas minn sentejn,
għal mill-inqas sitt xhur matul il-perjodu ta’ validità tal-permess uniku jekk iċ-ċittadin mhux tal-UE ilu detentur ta’ permess uniku għal aktar minn sentejn — f’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lid-detenturi ta’ permess uniku jipprovdu evidenza li għandhom biżżejjed riżorsi biex imantnu lilhom infushom mingħajr ma jirrikorru għas-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
joqgħodu fit-territorju ta’ Stat Membru matul il-proċedura għat-tiġdid ta’ permess uniku;
igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta’ Stat Membru (għalkemm l-Istati Membri jistgħu japplikaw xi restrizzjonijiet), għall-inqas fir-rigward ta’:
l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga, l-iskeda tax-xogħol, il-perjodu ta’ mistrieħ, il-btala, u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
id-dritt ta’ strajk u azzjoni industrijali, u sħubija fi trade unions,
edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;
ir-rikonoxximent tal-kwalifiki,
ċerti fergħat tas-sigurtà soċjali u l-benefiċċji tat-taxxa,
aċċess għal beni u servizzi pubbliċi, inkluż aċċess għal abitazzjoni pubblika u privata, u konsulenza mill-uffiċċji tal-impjiegi.
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-Istati Membri jeħtieġ li:
jipprevjenu abbużi possibbli, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet, u jikkastigaw lil impjegaturi li jiksru l-liġi nazzjonali dwar it-trattament indaqs;
Jgħinu lil ċittadini mhux tal-UE jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, kemm direttament jew permezz ta’ partijiet terzi;
jagħmlu informazzjoni aġġornata regolarment dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u r-residenza għall-iskop ta’ xogħol, inklużi d-drittijiet, l-obbligi u s-salvagwardji proċedurali, aċċessibbli faċilment għall-pubbliku ġenerali.
Id-Direttiva se tħassar id-Direttiva 2011/98/UE (ara s-sommarju) tat-. Id-Direttiva ma tapplikax fid-Danimarka jew fl-Irlanda.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-Direttiva trid tiġi transposta fil-liġi nazzjonali sal-. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mit-.
SFOND
Id-Direttiva taġġorna l-leġiżlazzjoni adottata fl-2011 sabiex tattira l-ħiliet u t-talent li l-UE teħtieġ u tagħti liċ-ċittadini mhux tal-UE residenti legalment fi Stat Membru sa ċertu punt l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini.
Id-Direttiva (UE) 2024/1233 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/1233, ).
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, , pp. 105–121).
Id-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (ĠU L 94, , pp. 375–390).
Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intraazjendali (ĠU L 157, , pp. 1–22).
Id-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (ĠU L 343, , pp. 1–9).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal- dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, , pp. 44–53).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2003/109/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat- li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (ĠU L 157, , pp. 1–7).