This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Dan jistabbilixxi format uniformi għall-permessi ta’ residenza, u l-informazzjoni li għandhom jinkludu, għal ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jgħixu legalment fl-UE.
Ir-Regolament (KE) Nru 380/2008 jemenda r-Regolament (KE) Nru 1030/2002 fir-rigward tal-integrazzjoni tal-identifikaturi bijometriċi1 f’format uniformi għall-permessi ta’ residenza.
Minħabba li l-format attwali għal permessi ta’ residenza ilu jintuża għal aktar minn 20 sena, ir-Regolament (UE) 2017/1954 ġie adottat.
Huwa jintroduċi mudell uniformi ġdid għal permessi b’karatteristiċi ta’ sigurtà ġodda sabiex tiġi evitata il-falsifikazzjoni. L-immaġni u l-ispeċifikazzjonijiet tat-test li jinsabu fl-anness għar-Regolament (UE) 2017/1954, jissostitwixxu dawk fl-anness għar-regolament oriġinali tal-2002. Il-pajjiżi tal-UE għandhom perjodu ta’ transizzjoni ta’ sitt (6) xhur biex jużaw il-ħażniet eżistenti ta’ permessi ta’ residenza.
Ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 ilu japplika mill-.
Ir-Regolament (UE) 2017/1954 jibda japplika mhux aktar tard minn 15-il xahar wara li l-Kummissjoni Ewropea tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali ġodda għal permessi ta’ residenza.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat- li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (ĠU L 157, , pp. 1-7)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament