Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Riżervi minimi

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru. 2531/98 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew

Ir-Regolament (UE) 2021/378 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit biex jinżammu riżervi minimi u rekwiżiti relatati mar-riżervi minimi (BĊE/2021/45)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENTI U TAD-DEĊIŻJONI?

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2531/98 u (UE) 2021/378 jistabbilixxu l-qafas tar-riżerva minima1 tal-Eurosistema u jistabbilixxu regoli għaż-żamma ta' riżervi minimi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu2 u l-fergħat tagħhom fiż-żona tal-euro.

Huma jirregolaw l-aspetti rilevanti kollha, mid-determinazzjoni tal-proporzjon attwali ta’ riżerva sal-manutenzjoni u remunerazzjoni tar-riżervi minimi u tad-data rilevanti għar-rapportar u l-verifika. Huma jipprovdu wkoll eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ riżervi minimi u s-setgħa li jimponu sanzjonijiet.

Id-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tistabbilixxi l-metodoloġija applikata mill-BĊE għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet3 għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 jiddetermina l-bażi u l-proporzjonijiet tar-riżervi minimi u jistabbilixxi d-dritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jiġbor u jivverifika informazzjoni li tkun neċessarja għall-applikazzjoni ta’ riżervi minimi. Huwa jippermetti li l-BĊE jimponi sanzjonijiet fuq istituzzjoni li ma tikkonformax mal-ħtiġijiet ta’ rrappurtar statistiku jew li ma jirnexxilhiex iżżomm biżżejjed riżervi minimi.

Ir-Regolament (UE) 2021/378, (BĊE/2021/1) jirregola ż-żamma minima ta’ riżerva u jipprovdi l-formoli li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro biex jikkalkulaw ir-riżervi minimi li għandhom jinżammu fil-kontijiet ta’ riżerva tal-euro mal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNs) tal-Istati Membri tal-UE.

Il-BĊE jippubblika l-lista ta’ istituzzjonijiet li huma suġġetti għall-ħtiġijiet tar-riżervi minimi tal-Eurosistema fuq il-websajt tiegħu. L-istituzzjonijiet li l-awtorizzazzjonijiet tagħhom ġiet irtirata jew rinunzjata u dawk suġġetti għal proċeduri ta' stralċ huma eżentati mir-rekwiżiti ta’ riżerva minima. Eżenzjonijiet ulterjuri jistgħu jingħataw lill-instituzzjonijiet:

  • li huma suġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni;
  • fuq min ġiet imposta ordni ta’ ffriżar jew miżura oħra li tillimita l-abbiltà tal-istituzzjoni biex tuża’ l-fondi;
  • li l-aċċess tagħhom għall-operazzjoni ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema jew li l-faċilitajiet eżistenti ġiet sospiża jew eskluża;
  • li għalihom mhuwiex xieraq li jeħtieġu riżervi minimi.

L-istituzzjoni ta' kreditu taż-żona tal-euro li huma suġġetti għar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi jikkalkulaw il-bażi ta’ riżerva tagħhom4 (jekk dan ma jkunx sar mill-BĊN) permezz tal-informazzjoni statistika fuq depożiti u sigurtajiet ta’ dejn li jkunu nħarġu. Huma jistgħu jżommu r-riżervi minimi indirettament permezz ta’ intermedjarju li jkun residenti fl-istess Stat Membru, li jkun suġġett għall-ħtiġijiet minimi ta’ riżerva u li normalment iwettaq ċerti xogħolijiet amministrattivi.

Il-BĊN jinnotifikaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar ir-riżervi minimi li għandhom iżommu (jekk il-BĊN jagħmel il-kalkolu) jew li jirrikonoxxu r-riżervi minimi kkalkulati mill-istituzzjonijiet infushon.

Huma jħallsu wkoll żammiet ta’ riżervi minimi skont ir-Regolament (UE) 2021/378 u għandhom id-dritt li jivverifikaw il-preċiżjoni u l-kwalità tal-informazzjoni fuq il-bażi tar-riżerva pprovduta mill-istituzzjonijiet.

Regoli speċifiċi jidħlu fis-seħħ meta:

  • il-bażi tar-riżerva tkun irrappurtata fuq bażi aggregata;
  • għaqda bejn żewġ istituzzjonijiet isseħħ waqt perjodu ta’ żamma5;
  • Stat Membru jadotta l-euro.

Jekk il-banek ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ riżerva minima, il-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjoni li hi proporzjonata mal-ksur u li hi kkalkulata abbażi ta’ formola u metodoloġija stabbiliti.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI U D-DEĊIŻJONI?

  • Ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) ilu japplika mis-, minbarra l-Artikolu 3 (kalkolu ta' holdings ta’ riżerva), li ser tidħol fis-seħħ fit- (l-ewwel ġurnata tal-ħames perjodu ta’ żamma).
  • Ir-Regolament (KE) Nru 2531/98 ilu japplika mill-.
  • Id-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 (BĊE/2021/45) ilha tapplika mit-.

SFOND

  • Abbażi tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-BĊE jista’ jeħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro jżommu riżervi minimi għal għanijiet ta’ politika monetarja.
  • Riżervi minimi jgħinu biex jistabbilixxu rati ta’ interessi għas-swieq tal-flus u jgħinu l-istituzzjonijiet tal-kreditu jimmaniġġjaw varjazzjonijiet fil-likwidità kwotidjana.
  • Riżervi miżmuma fil-banek ċentrali nazzjonali jikkontribwixxi għaż-żieda fid-domanda għal kreditu tal-bank ċentrali, b’hekk isir aktar faċli għall-BĊE li jmexxi r-rati tas-suq monetarju permezz ta’ operazzjonijiet regolari li jipprovdu l-likwidità.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Riżervi minimi. Ammont ta’ fondi li istituzzjoni hija meħtieġa żżomm fil-kontijiet ta’ riżerva tagħha mal-bank ċentrali nazzjonali rilevanti.
  2. Istituzzjoni ta’ kreditu. Impriża li tirċievi depożiti jew fondi oħra ripagabbli mill-pubbliku u li tagħti krediti.
  3. Sanzjonijiet. Multi, pagamenti perjodiċi ta’ pieni, interess fuq pieni u depożiti bla imgħax.
  4. Bażi ta’ riżerva. Is-somma ta’ responsabbiltajiet eliġibbli użati għall-kalkolu tar-riżervi minimi ta’ istituzzjoni.
  5. Perjodu ta’ żamma. Il-perjodu li matulu tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tar-riżervi minimi.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat- li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, , pp. 1–3).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2531/98 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, , pp. 1–15).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit biex jinżammu riżervi minimi u rekwiżiti relatati mar-riżervi minimi (BĊE/2021/45).

l-aħħar aġġornament

Top