Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Euro

L-euro huwa l-munita unika kondiviża llum minn 21 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE), li flimkien jiffurmaw iż-żona tal-euro. L-Istati Membri inkwistjoni huma l-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja. Dawn il-pajjiżi jeħtieġ li jikkoordinaw mill-qrib ħafna l-politiki ekonomiċi tagħhom, bl-għan komuni ta’ stabbiltà u tkabbir. Dan isir fuq bażi kontinwa u permezz ta’ laqgħat ta’ kull xahar tal-Grupp tal-Euro, fejn jiġu diskussi u kkoordinati kwistjonijiet ta’ tħassib komuni għaż-żona tal-euro.

L-euro ġie stabbilit mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi li wieħed mill-għanijiet tal-UE huwa li tistabbilixxi unjoni ekonomika u monetarja mal-euro bħala l-munita tagħha. F’konformità mat-Trattati tal-UE, l-Istati Membri kollha (bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, li għażlet li ma tipparteċipax) huma mistennija jadottaw l-euro ladarba jissodisfaw il-kriterji ta’ konverġenza. Fi kliem sempliċi, dawn il-kriterji jirrikjedu li r-rata tal-inflazzjoni, il-finanzi pubbliċi, ir-rata tal-kambju u r-rati tal-imgħax fit-tul tagħhom jeħtieġ li jikkonverġu b’mod ġenerali ma’ dawk tat-tliet pajjiżi taż-żona tal-euro bl-aħjar prestazzjoni. Il-kriterji ta’ konverġenza għandhom l-għan li jiżguraw li Stat Membru li jissieħeb fiż-żona tal-euro jkun jista’ juri stabbiltà u jintegra ruħu mingħajr xkiel fl-unjoni monetarja.

L-isem “euro” ġie adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu li saret f’Madrid fil-15 u fis-.

L-euro bħala munita ġie introdott f’żewġ fażijiet.

L-Ewwel Fażi

Fl-, 11-il Stat Membru stabbilew ir-rati tal-kambju tagħhom, ittrasferew ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ politika monetarja unika taħt l-awspiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u adottaw l-euro bħala l-munita unika tagħhom. Inizjalment, l-euro kienet munita elettronika użata minn swieq finanzjarji u għal pagamenti mingħajr flus kontanti.

It-Tieni Fażi

Fl-2002, il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro daħlu fiċ-ċirkolazzjoni, u sussegwentement l-euro ġiet adottata minn aktar Stati Membri bħala l-munita tagħhom.

ARA WKOLL

l-aħħar aġġornament

Top