Aby wyszukać „konkretne wyrażenie”, umieść je w cudzysłowach. Dodaj gwiazdkę (*) w wyszukiwanym terminie, aby znaleźć jego warianty (np. transp*, 32019R*). Użyj pytajnika (?) zamiast konkretnego znaku w wyszukiwanym terminie, aby znaleźć jego warianty (np. „ka?a” umożliwia wyszukanie słów „kara”, „kasa”, „kawa” itp.)
Dan jistabbilixxi regoli madwar l-UE għat-tqegħid għad-dispożizzjoni1, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ sustanzi2 u taħlitiet3 li jistgħu jintużaw ħażin biex isiru splussivi artiġjanali.
Dan jillimita d-disponibbiltà ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet għall-pubbliku ġenerali, u jirrikjedi li kull tranżazzjoni suspettuża li tinvolvi s-sustanzi tiġi rrappurtata lill-awtoritajiet xierqa.
Ir-regolament ikompli jsaħħaħ is-sistema biex jipprevjeni l-manifattura illeċita ta’ splussivi, bħala tweġiba għat-theddida li qed tevolvi għas-sigurtà pubblika kkawżata mit-terroriżmu u minn attivitajiet kriminali serji oħra.
PUNTI EWLENIN
Ir-regolament:
jidentifika żewġ kategoriji distinti ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati4:
prekursuri tal-isplussivi ristretti, bħal pereżempju aċidu nitriku, perossidu tal-idroġenu u nitrat tal-ammonju, stabbiliti fl-Anness I. Dawn ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, ikunu fil-pussess ta’ jew użati minn membri tal-pubbliku ġenerali sakemm il-konċentrazzjoni tagħhom ma tkunx anqas mil-limiti speċifiċi;
prekursuri tal-isplussivi regolati, bħal pereżempju l-aċeton,in-nitrat tas-sodju u trabijiet tal-manjeżju, elenkati fl-Anness II;
jirrikjedi li kull tranżazzjoni suspettuża, għajbien sinifikanti u serq f’kull kategorija jiġu rappurtati lill-awtoritajiet rilevanti (il-punti ta’ kuntatt nazzjonali) fl-Istati Membri tal-UE fi żmien 24 siegħa.
L-Istati Membri:
jistgħu joħorġu liċenzji għal ċerti prekursuri tal-isplussivi lil membri tal-pubbliku ġenerali li għandhom interess leġittimu li jiksbu prekursuri tal-isplussivi ristretti;
għandhom jistabbilixxu punt jew punti ta’ kuntatt nazzjonali li joperaw 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa biex jirċievu rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, ta’ għajbien sinifikanti jew ta’ serq;
jipprovdu riżorsi adegwati għat-taħriġ tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u doganali u tas-servizzi ta’ emerġenza (“persuni li jipprovdu l-ewwel għajnuna”) biex jagħrfu l-prekursuri tal-isplussivi regolati u biex jirreaġixxu għal kwalunkwe attività suspettuża;
jiżguraw li hemm awtoritajiet stabbiliti biex jispezzjonaw u jikkontrollaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni;
jintroduċu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal kull ksur tar-regolament;
jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ sustanza li huma jqisu li tista’ tintuża’ fil-manifattura ta’ splussivi artiġjanali, anki jekk din ma tissemmiex fil-leġiżlazzjoni (f’liema każ il-Kummissjoni Ewropea teżamina l-miżura provviżorja u tista’ tirrikjedi lill-pajjiż biex jirrevoka jew jibdel il-miżura provviżorja);
sat-, u sussegwentement, kull sena, jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar:
it-tranżazzjonijiet suspettużi, l-għajbien sinifikanti u s-serq rappurtati;
l-applikazzjonijiet għal liċenzja rċevuti, maħruġa u l-aktar raġunijiet komuni għar-rifjut tagħhom;
l-attivitajiet biex jiżdied l-għarfien;
l-ispezzjonijiet li jkunu saru u l-operaturi ekonomiċi koperti.
L-awtoritajiet nazzjonali, meta jkunu qed jikkunsidraw jekk joħorġux liċenzja:
għandhom iqisu:
il-ħtieġa għall-isplussiv u l-leġittimità tal-użu intenzjonat tiegħu;
id-disponibbiltà ta’ alternattivi b’konċentrazzjonijiet aktar baxxi;
l-isfond tal-applikant, inkluża informazzjoni dwar kundanni kriminali preċedenti;
is-sigurtà tal-arranġamenti ta’ ħżin li se jintużaw;
jirrifjutaw il-ħruġ ta’ liċenzja jekk ikollhom raġunijiet fondati biex jiddubitaw il-leġittimità tal-użu intenzjonat;
jistgħu jillimitaw il-validità ta’ liċenzja taħt il-massimu ta’ tliet snin, u jissospenduha jew jirrevokawha jekk il-kundizzjonijiet oriġinali ma jkunux rispettati aktar;
jistgħu jitolbu ħlas ta’ tariffa għall-ipproċessar mingħand l-applikanti.
jinfurmaw lil operatur ekonomiku li jipprovdulu l-prekursuri tal-isplussivi li l-prekursur tal-isplussivi huwa soġġett għal restrizzjoni jew għall-obbligi ta’ rapportar;
jiżguraw li meta jipprovdu prekursuri tal-isplussivi lil utenti professjonali jew lill-membri tal-pubbliku ġenerali, il-persunal tagħhom jaf liema prodotti fihom il-prekursuri tal-isplussivi regolati, u li huwa mħarreġ dwar l-obbligi tar-regolament;
jivverifikaw l-identità u l-liċenzja tal-individwu kull darba li jipprovdu prekursuri tal-isplussivi ristretti lil membru tal-pubbliku;
jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-klijent prospettiv u dwar l-użu intenzjonat tal-prekursuri (Anness IV jipprovdi mudell għad-dikjarazzjoni tal-klijent), kull darba li jipprovdu prekursuri tal-isplussivi ristretti lil utent professjonali jew lil operatur ekonomiku ieħor;
iżommu informazzjoni dwar ix-xiri għal 18-il xahar;
jistgħu jirrifjutaw li jqiegħdu l-prekursuri għad-dispożizzjoni jekk jemmnu li t-tranżazzjoni hija suspettuża;
jirrappurtaw għajbien u serq sinifikanti lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali fi żmien 24 siegħa.
L-operaturi ekonomiċi u s-swieq online:
jirrappurtaw tranżazzjonijiet suspettużi, b’mod speċjali jekk ix-xerrej prospettiv ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati:
jidher inċert jew mhux familjari mal-użu intenzjonat tagħhom;
jixtieq jixtrihom fi kwantitajiet, f’kombinazzjonijiet jew f’konċentrazzjonijiet li probabbli li mhumiex għal użu normali;
ma jkunx irid jagħti prova tal-identità, tal-post ta’ residenza jew, fejn xieraq, tal-istatus bħala utent professjonali jew operatur ekonomiku;
jinsisti fuq l-użu ta’ forom mhux normali ta’ ħlas, inkluż somom kbar ta’ flus kontanti;
ikollhom fis-seħħ proċeduri xierqa, raġonevoli u proporzjonati biex jaqbdu tranżazzjonijiet suspettużi;
jistgħu jirrifjutaw tranżazzjonijiet suspettużi u għandhom jirrappurtaw dawn fi żmien 24 siegħa lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali.
Il-Kummissjoni Ewropea:
tipprovdi linji gwida regolari bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE biex tassisti lill-partijiet kollha kkonċernati, u biex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi;
tista’ tadotta atti delegati biex timmodifika l-valuri limitu fl-Anness I u biex iżżid is-sustanzi fl-Anness II tal-leġiżlazzjoni;
Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal ċerti tipi ta’ oġġetti u apparat tal-piroteknika6 — l-aktar dawk użati mill-forzi armati, mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, fl-agrikoltura, li jkunu fuq vapuri jew fl-industrija tal-ajruspazju — għal kapsuli ta’ perkussjoni intenzjonati għall-ġugarelli jew għal prodotti mediċinali abbażi ta’ riċetta medika.
il-liċenzji maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 għadhom validi sakemm jiskadu jew sat-, skont liema minnhom tiġi l-ewwel;
il-membri tal-pubbliku ġenerali bi prekursuri tal-isplussivi ristretti miksuba b’mod legali qabel l- jistgħu jitħallew iżommuhom, jintroduċuhom jew jużawhom sat-.
Tqegħid għad-dispożizzjoni: il-provvista, kemm bi ħlas kif ukoll bla ħlas.
Sustanza: element kimiku u l-komposti tiegħu fi stat naturali jew manifatturat.
Taħlitiet: soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar.
Prekursuri tal-isplussivi: sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw biex jiġu mmanifatturati l-isplussivi illegalment.
Operatur ekonomiku: kull persuna fiżika jew ġuridika, entità pubblika jew grupp li jipprovdu l-prekursuri kemm onlajn kif ukoll offlajn.
Piroteknika: reazzjonijiet kimiċi fihom infushom u awtosuffiċjenti biex jiġu prodotti s-sħana, id-dawl, il-gass, id-duħħan u l-ħoss.
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 (ĠU L 186, , pp. 1-20)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/1148 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina (COM(2016) 230 final, )
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (COM(2015) 185 final, )
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, , pp. 1-849). Test ippubblikat mill-ġdid fir-rettifika (ĠU L 136, , pp. 3-280)