Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 2021/1148 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-regolament jistabbilixxi l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (BMVI), bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri.
  • Huwa jistabbilixxi:
    • għanijiet ġenerali u speċifiċi;
    • miżuri biex jinkisbu dawk l-għanijiet;
    • daqs, forma u regoli ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea (UE) mill- sal- — il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti.

PUNTI EWLENIN

Il-BMVI għandu l-għan li:

  • jiżgura l-ġestjoni integrata b’saħħitha u effettiva tal-fruntieri esterni tal-Ewropa;
  • jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà interna;
  • jissalvagwardja l-moviment liberu tan-nies fl-UE;
  • jirrispetta l-liġi u l-obbligi internazzjonali tal-UE.

Żewġ għanijiet speċifiċi — Anness II jistabbilixxi l-miżuri li għandhom jintużaw — għandhom jappoġġaw:

  • il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (ara s-sommarju) bħala responsabilità kondiviża tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u awtoritajiet nazzjonali biex jiffaċilitaw qsim tal-fruntieri leġittimi, jżommu u jiskopru l-immigrazzjoni illegali u reati transkonfinali u jimmaniġġjaw flussi migratorji b’mod effettiv (Anness III fih l-ambitu tal-ispejjeż li jistgħu jiġu ffinanzjati);
  • il-politika komuni dwar il-viżi u approċċ armonizzat dwar il-ħruġ ta viżi għall-faċilitazzjoni ta’ vvjaġġar leġittimitu u biex tgħin tevita riskji migratorji u tas-sigurtà.

L-attivitajiet tal-BMVI:

  • jiffokaw primarjament fuq oqsma bħall-infrastruttura transkonfinali, tagħmir operattiv, taħriġ, l-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrzzjoni, studji pilota u skambji tal-aħjar prattika (Anness III jistabbilixxi dawn fid-dettall);
  • jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza ċirkostanzi mhux mistennija jew ġodda;
  • jikkomplementaw miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali li jibbenefikaw lill-UE.

Meta jaħdmu ma’ pajjiżi mhux tal-UE, il-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-UE u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom:

  • jiżguraw li l-attivitajiet huma koerenti mal-politika esterna u interna tal-UE;
  • jiffukaw fuq miżuri li mhumiex orjentati lejn l-iżvilupp.

Il-baġit ta’ 7 snin jammonta għal EUR 5.241 biljun, flimkien ma’ EUR 1.141 biljun addizzjonali. Dan jintuża kif ġej:

  • EUR 3.668 biljun huma allokati għal programmi nazzjonali, li minnhom EUR 200 568 000 huma allokati għal skema ta’ tranżitu speċjali għal-Litwanja;
  • EUR 1.573 biljun huma allokati għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-UE u assistenza ta’ emerġenza (magħrufa bħala l-“faċilità tematika”), primarjament biex tappoġġa l-politiki interni tal-UE;
  • perċentwal żgħir (sa 0.52 %) huwa allokat għall-asistenza teknika, skont id-diskrezzjoni tal-Kummissjoni;
  • minimu ta’ 10 % tal-programmi nazzjonali għandhom jiġu allokati għall-politika dwar il-viżi.

Anness I jistabbilixxi kif il-baġit, li jippermetti xi finanzjament minn qabel, huwa distribwit bejn programmi nazzjonali:

  • kull Stat Membru jirċievi ammont fiss bażiku ta’ EUR 8 miljuni, għajr għal Ċipru, Malta u l-Greċja (EUR 28 miljun kull wieħed);
  • il-bqija jinqasam bejn
    • fruntieri esterni tal-art (30 %)
    • fruntieri esterni tal-baħar (35 %)
    • ajruporti (20 %)
    • uffiċċji konsulari (15 %);
  • il-kontribuzzjoni tal-UE normalment hija limitata għal 75 % tal-ispiża totali ta’ proġett. Din tista’ tiżdied sa 90 % f’ċerti każi (stabbiliti f’Anness IV), bħax-xiri ta’ tagħmir operattiv għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u anke sa 100 % għal xi azzjonijiet elenkati taħt l-Artikolu 12, bħall-assistenza ta’ emerġenza.

L-Istati Membri:

  • jiżguraw li l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom huma konsistenti mal-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi, il-liġi u l-obbligi internazzjonali tal-UE;
  • jikkonsulaw mal-Kummissjoni qabel jużaw il-BMVI għal proġett ma’ jew f’pajjiż mhux tal-UE;
  • jistgħu jużaw sa 33 % tal-allokazzjoni tal-finanzjament tagħhom għall-awtoritajiet pubbliċi li qed iwettqu diversi kompiti u servizzi fl-interess tal-UE (appoġġ operattiv);
  • jissottomettu rapporti tal-prestazzjoni annwali lill-Kummissjoni mill- sal-.

L-entitajiet legali li ġejjin huma eliġibbli għal finanzjament tal-UE:

  • dawk stabbiliti fi Stat Membru, jew f’pajjiż jew territorju barrani, jew f’pajjiż mhux tal-UE elenkat fil-programm ta’ ħidma;
  • dawk maħluqa taħt il-liġi tal-UE, jew xi organizzazzjoni internazzjonali rilevanti.

Informazzjoni, komunikazzjoni u obbligi ta’ pubbliċità jeħtieġu:

  • ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-UE jirrikonoxxu l-oriġini tal-finanzjament u jiżguraw il-viżibilità tiegħu;
  • il-Kummissjoni biex
    • twettaq attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni
    • tippubblika l-programmi ta’ ħidma tal-faċilità tematika.

Il-Kummissjoni:

  • tikoopera ma’ msieħba pubbliċi u privati, inkluż is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet mhux governattivi, meta tuża l-faċilità tematika biex tipprovdi finanzjament dirett permezz ta’ għotjiet jew kuntratti pubbliċi;
  • tippreżenta informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin dwar il-fruntieri u l-viżi (stabbiliti f’Anness V);
  • twettaq valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tar-regolament sal-;
  • tagħmel sommarji tar-rapporti tal-prestazzjoni annwali li tirċievi mill-Istati Membri disponibbli pubblikament bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-.

SFOND

Bejn l-2021 u l-2027, il-baġit ġenerali tal-affarijiet interni huwa ta’ EUR 29 biljun. Dawn jinqasmu bejn tliet fondi — il-BMVI, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ara s-sommarju) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ara s-sommarju) — u l-aġenziji tal-affarijiet interni.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, , pp. 48-93)

l-aħħar aġġornament

Top