Utilizzare le virgolette per cercare una "frase esatta". Aggiungere un asterisco (*) a un termine di ricerca per trovarne le varianti (recep*, 32019R*). Utilizzare un punto interrogativo (?) al posto di un determinato carattere nella ricerca per trovare le possibili varianti (cercando "ca?o" si trovano i seguenti risultati: caso, capo, calo).
Dan jikkontribwixxi biex jassikura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni Ewropea (UE), partikolarment billi jimpedixxi u jiġġieled it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni u l-kriminalità organizzata u serja, u ċ-ċiberkriminalità.
PUNTI EWLENIN
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) 2021–2027 hu wieħed minn bosta fondi stabbiliti mill-UE fiż-żona ta’ libertà, ġustizzja u sigurtà. Fondi oħra jinkludu:
il-Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni (ara sommarju) stabbilit mir-Regolament (UE)2021/1147;
l-istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ara sommarju), stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/1148 bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni integrata tal-Fruntieri.
L-FSI hu regolat mir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni (Regolament (UE) 2021/1060 — ara sommarju)
Għanijiet
L-FSI għandu tliet għanijiet speċifiċi:
li jtejjeb u jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn u fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi, l-organi u l-agenziji rilevanti tal-UE u, fejn rilevanti, ma’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjoni internazzjonali;
li jtejjeb u jintensifika l-kooperazzjoni transfruntiera, inklużi operazzjonijiet konġunti bejn awtoritajiet kompetenti b’rabta mat-terroriżmu u l-kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera; u
li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti, riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà.
Il-baġit u l-allokazzjoni tal-fondi
L-FSI għandu baġit ta’ €1.931 biljun għall-perjodu mill- sal-, it-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali. Din is-somma hi allokata kif ġej:
€1.352 biljun għal programmi tal-Istati Membri;
€579 miljun għall- “faċilità tematika” — biex jintużaw għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet ta’ ġestjoni diretta fil-livell tal-UE u assistenza ta’ emerġenza.
Stat Membru jrid jissottometti talbiet għal ħlas li jkopru tal-inqas 10 % tal-allokazzjoni tal-programm inizjali tiegħu biex ikun eliġibbli għal allokazzjoni addizzjonali taħt il-programm tiegħu fir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024.
Stati Membri jridu jallokaw tal-inqas 10 % tar-riżorsi tal-programm tagħhom għall-għanijiet speċifiċi relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni transfruntiera.
Azzjonijiet
L-FSI ikopri firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet, inklużi:
it-twaqqif, l-addattament u ż-żamma tas-sistemi ICT u t-taħriġ u ttestjar assoċjat kif ukoll it-titjib tal-interoperabbilità u l-kwalità tad-data;
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-għanijiet ta’ politika fl-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni;
l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjariji u aġenziji amminstrattivi.
Azzjonijiet limitati għaż-żamma tal-ordni pubblika fuq il-livell nazzjonali u azzjonijiet għal skopijiet militari jew ta’ difiża mhumiex eliġibbli.
Xiri ta’ tagħmir u sostenn operazzjonali
Ir-regolament jistabbilixxi ċerti limiti rigward l-użu tal-allokazzjoni tal-Istati Membri:
sa 35 % jistgħu jintużaw għax-xiri ta’ tagħmir jew mezzi tat-trasport jew biex jiffinanzjaw il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà;
sa 20 % jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw awtoritajiet pubbliċi li jwettqu kompiti u servizzi biex jipprovdu servizz pubbliku lil UE.
Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-Fond tas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, , pp. 94–131).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, , pp. 1–47).
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2021/1147 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) Nru 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, , pp. 48–93).
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontinwazzjoni permanenti taċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE għal kriminaltà organizzata u serja: EMPACT 2022 + (Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ).