Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Statistika tat-trasport ferrovjarju tal-UE

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2018/643 dwar l-istatistika tat-trasport ferrovjarju

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan japplika għall-ferroviji kollha fl-UE.
  • Dan jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni ta’ statistika tat-trasport ferrovjarju fl-UE kollha.
  • Dan jifformula mill-ġdid u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 li ġie emendat sostanzjalment bosta drabi.

PUNTI EWLENIN

Il-pajjiżi tal-UE:

  • għandhom jirrapportaw l-istatistika għat-trasport ferrovjarju kollu dwar it-territorju tagħhom u jaqsmuha skont il-pajjiżi jekk is-servizz huwa internazzjonali;
  • jistgħu jeskludu mill-istatistika ferroviji li
    • joperaw fi ħdan żoni industrijali jew portijiet
    • jipprovdu servizzi għat-turisti lokali, bħal ferroviji bl-istim storiċi;
  • jikkoordinaw is-sorsi tad-data użati u jiżguraw il-kwalità tal-istatistika;
  • jibagħtu l-istatistika lill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE.

L-istatistika meħtieġa tkopri:

  • data trimestrali u annwali dwar merkanzija u passiġġieri li jinġarru, inkluż għal kull kilometru;
  • tqassim annwali skont ir-reġjun kull 5 snin ta’ merkanzija u passiġġieri trasportati;
  • flussi tat-traffiku kull 5 snin dwar in-numru ta’ ferroviji tal-merkanzija u passiġġieri;
  • klassifikazzjoni dettaljata tat-tipi differenti ta’ merkanzija, inklużi oġġetti perikolużi.

L-informazzjoni nazzjonali miġbura minn entità pubblika jew privata tista’ tinkiseb minn:

  • stħarriġ obbligatorju;
  • data amministrattiva jew regolatorja;
  • proċeduri ta’ stima tal-istatistika;
  • organizzazzjonijiet tal-ferroviji professjonali;
  • studji ad hoc.

L-Eurostat:

  • jibgħat l-istatistika skont id-data li jirċievi;
  • jiżviluppa u jippubblika metodoloġija sabiex jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jiġbru data ta’ kwalità.

Il-Kummissjoni Ewropea:

  • tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal- — u mbagħad kull 4 snin — dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni;
  • għandha s-setgħa li ġġedded għal 5 snin mit- sabiex tuża l-atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew, sabiex tadatta d-definizzjonijiet tekniċi fid-dawl ta’ żviluppi ġodda;
  • hija assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-. Ir-Regolament (UE) 2018/643 irreveda u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 91/2003 (u l-emendi sussegwenti tiegħu).

SFOND

Il-Kummissjoni teħtieġ statistika dwar il-ferroviji sabiex tissorvelja u tiżviluppa l-politika tat-trasport komuni, inklużi netwerks trans-Ewropej, u jekk meħtieġ, sabiex taħdem sabiex ittejjeb is-sikurezza tat-trasport ferrovjarju.

Kunċetti u standards komuni jiżguraw li l-istatistika nazzjonali hija komparabbli u jgħinu sabiex jevitaw duplikazzjoni.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2018/643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni) (ĠU L 112, , pp. 1-18)

l-aħħar aġġornament

Top