Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Missjoni ta’ Konsultenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili fl-Iraq (EUAM Iraq)

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsultenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq)

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hi tawtorizza l-ħolqien tal-Missjoni ta’ Konsultenza tal-Unjoni Ewropea (UE) b’appoġġ għar-Riformi fis-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq)

PUNTI EWLENIN

Objettivi

L-EUAM Iraq għandu tliet objettivi strateġiċi:

  • biex jipprovdi parir strateġiku u għarfien espert lill-awtoritajiet tal-Iraq dwar aspetti ċivili tar-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluża l-istrateġija nazzjonali dwar is-sigurtà, strateġiji nazzjonali assoċjati u prijoritajiet tas-sigurtà nazzjonali oħra;
  • biex tanalizza, tassessja u tidentifika opportunitajiet għal impenn addizzjonali tal-UE fil-livelli nazzjonali, reġjonali u provinċjali b’appoġġ għal-bżonnijiet tar-riforma fis-settur tas-sigurtà ċivili;
  • flimkien mad-Delegazzjoni tal-UE fl-Iraq, biex tinforma u tiffaċilita l-ippjannar u appoġġ fl-implimentazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili, u tiżgura l-koerenza tal-azzjoni tal-UE.

Katina ta’ kmand

Id-direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjannar u t-Tmexxija hu l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, li

Il-Kap tal-Missjoni:

  • hu responsabbli għal u jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EUAM Iraq fuq il-post;
  • huwa direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u jaġixxi skont l-istruzzjonijiet tiegħu;
  • jikkoordina ma’ atturi tal-UE oħra kif ikun hemm bżonn u jirċievi gwida politika lokali mid-delegazzjoni tal-UE fl-Iraq.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mis-

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

  • EUAM Iraq (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna).

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas- dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ tar-Riforma fis-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 266, , pp. 12-18).

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top