Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XC1112(03)

Avviż mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 14 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati EPA SADC, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Kumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati AKP aderenti mal-FSE u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-UE, kif previst skont il-paragrafi 3 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE UE-SADC

OJ C 407, 12.11.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/8


Avviż mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 14 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati EPA SADC, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

Kumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati AKP aderenti mal-FSE u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-UE, kif previst skont il-paragrafi 3 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE UE-SADC

(2018/C 407/07)

Il-paragrafi 3 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (“l-FSE”) bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Istati tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (“is-SADC”) aderenti mal-FSE (1), jipprevedi kumulazzjoni fl-Unjoni.

Dik il-kumulazzjoni tippermetti lill-esporaturi fl-Unjoni biex fil-prodotti li jesportaw lejn l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE, jinkorporaw materjali oriġinarji minn Stati oħra Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) aderenti mal-FSE jew mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (“il-PTEE”), jew tħaddim jew ipproċessar imwettaq f’dawk il-pajjiżi jew it-territorji, daqslikieku kienu oriġinarji mill-Unjoni jew imwettqa fiha.

Sabiex tiġi operata dik il-kumulazzjoni, l-Unjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

tikkonkludi arranġament jew ftehim dwar il-kooperazzjoni amministrattiva mal-pajjiżi u t-territorji kkonċernati, li jiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-Artikolu 4; kif ukoll

tinnotifika l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE, permezz tas-Segretarjat tal-Unjoni Doganali tal-Afrika tan-Nofsinhar u l-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ tal-Mozambique, bid-dettalji ta’ dawn il-ftehimiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva.

L-Unjoni kkonkludiet arranġament jew ftehimiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva mal-Istati AKP aderenti mal-FSE u l-PTEE li ġejjin:

—   Il-Karibew: Antigua u Barbuda; il-Commonwealth tal-Bahamas; il-Barbados; il-Belize; il-Commonwealth ta’ Dominica; ir-Repubblika Dominicana; il-Grenada; ir-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana; il-Ġamajka; Saint Kitts u Nevis; Saint Lucia; Saint Vincent u l-Grenadini; ir-Repubblika tas-Suriname u r-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago;

—   Ir-Reġjun tal-Afrika Ċentrali: ir-Repubblika tal-Kamerun;

—   Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar: ir-Repubblika ta’ Madagascar; ir-Repubblika ta’ Mauritius; ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe;

—   Ir-Reġjun tal-Paċifiku: l-Istat Indipendenti ta’ Papua New Guinea u r-Repubblika ta’ Fiġi;

—   Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Punent: ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju;

—   Il-PTEE: Greenland; New Caledonia u d-Dipendenzi tagħha; il-Polineżja Franċiża; it-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika; il-Gżejjer Wallis u Futuna; Saint Barthélemy; Saint Pierre u Miquelon; Aruba; Bonaire, Curaçao; Saba, Sint-Eustasius; Sint Marteen; Anguilla; Bermuda; il-Gżejjer Cayman; il-Gżejjer Falkland; il-Georgia tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar; Montserrat; Pitcairn; Saint Helena u d-Dipendenzi tagħha; it-Territorju Brittaniku tal-Antartika; it-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan; il-Gżejjer Turks u Caicos u l-Gżejjer Verġni Brittaniċi.

Il-Kummissjoni Ewropea tinforma li b’segwitu ta’ dawn in-notifiki, l-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati hawn fuq u mill-1 ta’ Ottobru 2018 se tibda tapplika l-kumulazzjoni mal-Istati AKP aderenti mal-FSE u l-PTEE elenkati hawn fuq, prevista skont il-pargarafi 3 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE UE-SADC.

L-avviż preżenti hija ppubblikata skont il-paragrafu 14 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll tal-FSE UE-SADC.


(1)  ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1924


Top