This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE, minn naħa waħda, u l-Kenja, min-naħa l-oħra
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2853 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Kenja
Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1647 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Kenja
Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Kenja, membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC, East African Community), jistabbilixxi qafas legali għall-kummerċ bejn il-partijiet. Fih ukoll dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni għall-iżvilupp. Għandu l-għan li jippromwovi t-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, jappoġġa l-integrazzjoni gradwali tal-Kenja fl-ekonomija globali f’konformità mal-għażliet politiċi u mal-prijoritajiet ta’ żvilupp tagħha, irawwem l-integrazzjoni reġjonali u l-ktajjen tal-valur fl-EAC, u jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar. Il-FSE huwa konsistenti mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO, World Trade Organization) (ara s-sommarju) u jibni fuq il-Ftehim ta’ Cotonou (ara s-sommarju), u l-arranġamenti suċċessuri tagħhom.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea awtorizza l-iffirmar tal-ftehim permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2853 u approvat il-konklużjoni tiegħu permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1647.
Kamp ta’ applikazzjoni u objettivi
Il-FSE jkopri l-kummerċ ta’ merkanzija, il-kooperazzjoni doganali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-miżuri nontariffarji, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS, Sanitary and Phytosanitary)1, l-ostakli tekniċi għall-kummerċ (OTK)2, ir-rimedji u s-salvagwardji kummerċjali, is-sajd, l-agrikoltura, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, id-dispożizzjonijiet istituzzjonali, is-soluzzjoni tat-tilwim, l-eċċezzjonijiet u d-dispożizzjonijiet finali.
L-objettivi tal-FSE huma li:
Ġeometrija varjabbli
Il-ftehim inizjalment japplika biss għall-Kenja iżda jibqa’ miftuħ għall-adeżjoni minn stati sħab oħra tal-EAC, filwaqt li jirrifletti l-prinċipju ta’ ġeometrija varjabbli, li jippermettilhom jissieħbu fil-FSE fi kwalunkwe ħin.
Aċċess għas-suq u liberalizzazzjoni tal-kummerċ
Il-ftehim jipprevedi liberalizzazzjoni kummerċjali reċiproka iżda asimmetrika.
Negozjati futuri (“klawżola rendez-vous”)
Fi żmien 5 snin mid-dħul fis-seħħ, il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu negozjati dwar:
Regoli tal-oriġini3
Sakemm ma jiġi adottat protokoll konġunt iddedikat, kull parti tapplika r-regoli tal-oriġini domestiċi tagħha. Il-Kunsill tal-FSE jeħtieġlu jadotta protokoll konġunt fi żmien 5 snin. Jekk ma jiġi adottat l-ebda protokoll f’dak iż-żmien, il-Kunsill tal-FSE jista’ jestendi l-perjodu tranżizzjonali.
Dazji u taxxi fuq l-esportazzjoni
Il-ftehim jipprojbixxi dazji jew taxxi ġodda fuq l-esportazzjoni. Il-Kenja tista’ tapplika temporanjament dawn id-dazji f’ċirkostanzi speċifiċi, inkluż biex:
Tali miżuri jistgħu japplikaw biss għal għadd limitat ta’ prodotti u għal perjodu limitat, u huma soġġetti għal rieżami mill-Kunsill tal-FSE.
Rimedji u salvagwardji kummerċjali
Il-ftehim jippermetti miżuri ta’ difiża kummerċjali konformi mad-WTO, inklużi:
Kooperazzjoni doganali u faċilitazzjoni tal-kummerċ
Il-ftehim jipprevedi proċeduri doganali simplifikati, trasparenti u effiċjenti, inklużi:
Il-Kenja tibbenefika minn perjodu tranżizzjonali ta’ 5 snin, li jista’ jiġi estiż mill-Kunsill tal-FSE, biex timplimenta bis-sħiħ ċerti obbligi doganali.
Miżuri nontariffarji
Il-ftehim jipprojbixxi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ħlief f’każijiet limitati, bħal biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet jew jiġu applikati l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-oġġetti importati jridu jirċievu trattament nazzjonali, li jfisser li ma jistgħux jiffaċċjaw taxxi, imposti jew rekwiżiti interni ogħla jew aktar restrittivi minn dawk applikati għal prodotti domestiċi simili.
Miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS)
Il-ftehim jinkorpora Regoli SPS tad-WTO. Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li:
Ostakli tekniċi għall-kummerċ (OTK)
Il-ftehim jinkorpora Dixxiplini tad-WTO dwar l-OTK. Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li:
Sajd
Il-ftehim jippromwovi l-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni sostenibbli u l-iżvilupp tas-sajd fil-baħar, fl-ilmijiet interni u fl-akkwakultura. Il-kooperazzjoni tinkludi:
Agrikoltura
Il-ftehim jappoġġa l-iżvilupp agrikolu sostenibbli biex jissaħħu s-sigurtà tal-ikel, il-produttività, il-kompetittività u ż-żieda fil-valur. Il-kooperazzjoni tinkludi:
L-UE timpenja ruħha li ma tapplikax sussidji fuq l-esportazzjonijiet agrikoli lejn il-Kenja. Djalogu Komprensiv dwar l-agrikoltura jissorvelja l-kooperazzjoni.
Kooperazzjoni għall-iżvilupp
Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija element ewlieni tal-ftehim. L-UE tappoġġa lill-Kenja fi:
Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija allinjata mal-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp tal-Kenja u mal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE.
Qafas istituzzjonali
Il-ftehim jistabbilixxi istituzzjonijiet konġunti biex jimmaniġġjaw l-operat tiegħu u jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tiegħu:
Soluzzjoni tat-tilwim
Il-ftehim jinkludi mekkaniżmu vinkolanti għas-soluzzjoni tat-tilwim, li jinvolvi konsultazzjonijiet, proċeduri ta’ arbitraġġ u monitoraġġ tal-konformità. Is-sistema ta’ soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO tibqa’ disponibbli bħala alternattiva.
Eċċezzjonijiet
Il-ftehim jippermetti lill-partijiet jadottaw il-miżuri neċessarji biex jipproteġu:
Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2024/1648, ).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1647 tat- dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2024/1647, ).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2853 tat- dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2023/2853, ).
l-aħħar aġġornament