Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Rekwiżiti tal-ekodisinn — transformers tal-potenza

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 548/2014 fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-Regolament (UE) Nru 548/2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn1 għat-tqegħid fis-suq jew it-tħaddim ta’ transformers tal-potenza b’rata ta’ potenza minima ta’ 1 kVA li jintużaw fi trażmissjoni elettrika ta’ 50 Hz u netwerks ta’ distribuzzjoni jew għal applikazzjonijiet industrijali.
  • L-esperjenza fl-implimentazzjoni tad-direttiva wriet li kien hemm devjazzjonijiet nazzjonali fil-vultaġġi standard fil-grilji tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’ċerti pajjiżi tal-UE. Dawn id-devjazzjonijiet iġġustifikaw it-tibdil fil-livelli tal-vultaġġ minimi fil-kategorizzazzjoni tat-transformers u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-enerġija minimi applikabbli. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2019/1783 jemenda r-Regolament (UE) Nru 548/2014.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-Regolament japplika għal transformers li nxtraw wara l-.
  • Ta’ qawwa medja2 u transformers ta’ qawwa għolja3, irrispettivament minn meta jitqiegħdu fis-suq jew fit-tħaddim, għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid għall-konformità mar-Regolament jekk:
    • in-nukleu jew parti tan-nukleu ġiet sostituta; jew
    • waħda jew aktar mill-koljaturi sħaħ ġiet sostitwita.
  • It-transformers iddisinjati għal numru ta’ skopijiet speċifiċi huma esklużi mir-Regolament inkluż dawk li huma:
    • imqabbdin direttament ma’ forn;
    • installati fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta fissi jew li jibqgħu fil-wiċċ, turbini tar-riħ lil hinn mill-kosta jew abbord vapuri u t-tipi kollha ta’ bastimenti;
    • użati f’tagħmir ta’ wweldjar bl-ark jew tagħmir reżistenti għall-iwweldjar.
  • Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn huma stabbiliti fl-annessi tar-Regolament.
  • Ir-Regolament jistabbilixxi l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità.

It-tibdil introdott taħt ir-Regolament (UE) 2019/1783

Dan it-tibdil jinkludi:

  • jekk il-vultaġġi limiti fin-netwerks ta’ distribuzzjoni elettrika jiddevjaw minn dawk standard madwar l-UE, il-pajjiżi tal-UE għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea kif xieraq, sabiex tkun tista’ ssir notifika pubblika għall-interpretazzjoni korretta tad-diversi tabelli fl-Anness I tar-Regolament (rekwiżiti tal-ekodisinn);
  • il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat m’għandux iqiegħed fis-suq kwalunkwe prodott li jista’ jidentifika meta jkun qed jiġi ttestjat u jibdel il-prestazzjoni tiegħu kif xieraq;
  • sabiex l-ittestjar tal-verifika jkun aktar faċli, l-awtoritajiet tas-sorveljanza fis-suq huma permessi li jittestjaw jew jaraw l-ittestjar ta’ transformers ta’ qawwa ogħla fil-bini bħal dak tal-manifattur;
  • il-Kummissjoni se tirrevedi r-Regolament u tippreżenta r-riżultati mhux aktar tard mill-.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) Nru 548/2014 ilu applikat mill-. It-tibdil introdott bl-emenda tar-Regolament (UE) 2019/1783 ilu japplika mill-.

SFOND

Id-Direttiva 2009/125/KE tistabbilixxi qafas biex jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. Il-Kummissjoni jeħtiġilha tistabbilixxi dawn għall-prodotti li jiġu mibjugħa u nnegozjati fl-UE u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti.

Għal aktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Ekodisinn: Politika għat-titjib, permezz ta’ disinn aħjar, tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, speċjalment l-effiċjenza enerġetika tagħhom.
  2. Transformers ta’ qawwa medja: transformer tal-potenza li l-koljaturi kollha tiegħu jkollhom potenza nominali inqas minn jew daqs 3 150 kVA, u l-ogħla vultaġġ għat-tagħmir akbar minn 1,1 kV u inqas minn jew daqs 36 kV.
  3. Transformers ta’ qawwa għolja: transformer tal-potenza b’mill-inqas koljatura waħda li jkollha jew potenza nominali akbar minn 3 150 kVA jew l-ogħla vultaġġ għat-tagħmir ikbar minn 36 kV.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal- dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja (ĠU L 152, , pp. 1-15)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 548/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top