This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn1 għat-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ muturi elettriċi2 u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli (VSD)3, inkluż meta jkunu integrati fi prodotti oħra.
Dan ir-regolament japplika għall-:
Xi tipi ta’ tagħmir iddisinjati biex jaħdmu f’ċerti kundizzjonijiet huma eżentati minn xi wħud mir-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar il-prodotti u tal-effiċjenza enerġetika, bħal:
Ir-regolament:
L-awtoritajiet nazzjonali jeħtiġilhom japplikaw il-proċeduri ta’ verifika stabbiliti fl-Anness III meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq.
L-Anness IV jistipula parametri referenzjarji indikattivi bbażati fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli għall-muturi u għall-VSDs għall-aspetti ambjentali meqjusa sinifikanti u kwantifikabbli. Għall-muturi, il-livell IE4 ġie identifikat bħala l-aħjar teknoloġija disponibbli.
Il-Kummissjoni jeħtiġilha tirrevedi r-regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum ta’ Konsultazzjoni mhux aktar tard mill-.
Ir-Regolament jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 640/2009.
Dan ilu japplika mill-. Ċerti obbligi fir-rigward taċ-ċirkomvenzjoni u tal-aġġornamenti tas-software u l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 641/2009 ilhom japplikaw mill-.
Id-Direttiva 2009/125/KE tistabbilixxi qafas biex jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. Il-Kummissjoni jeħtiġilha tistabbilixxi dawn għall-prodotti li jiġu mibjugħa u nnegozjati mal-UE kollha u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti.
Id-Direttiva WEEE tistipula r-rekwiżiti dwar l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) biex jitnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi tal-ġenerazzjoni u tal-ġestjoni tal-WEEE, u tal-użu tar-riżorsi.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 tal- li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (ĠU L 272, , pp. 74-94)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/1781 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament