Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ir-regolament dwar l-ekwipaġġi tal-ajruplani

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 — rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jistabbilixxi regoli dettaljati tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward tar-regoli komuni dwar l-avjazzjoni ċivili stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1139.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabbilixxi regoli dettaljati li jkopru għadd ta’ kwistjonijiet:

  • kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ liċenzji tal-bdoti u ċertifikati mediċi assoċjati;
  • il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ liċenzji tal-bdoti u ċertifikati mediċi assoċjati;
  • il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali eżistenti tal-bdoti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjira fil-liċenzji tal-ekwipaġġi tat-titjiriet (Parti-FCL), kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-liċenzji minn pajjiżi mhux tal-UE;
  • iċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni responsabbli biex jipprovdu taħriġ fit-titjir jew taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u għall-valutazzjoni;
  • il-valutazzjoni medika perjodika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u l-kwalifika ta’ persuni responsabbli għal din il-valutazzjoni;
  • il-kundizzjonijiet sabiex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, ristretti, sospiżi jew revokati l-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, flimkien mal-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina;
  • il-kundizzjonijiet sabiex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, ristretti, sospiżi jew revokati ċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti u taċ-ċentri ajrumediċi involuti fl-ikkwalifikar u fil-valutazzjoni ajrumedika tal-ekwipaġġi tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili;
  • ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u għall-organizzazzjonijiet li joperaw u li jużaw dak l-apparat;
  • ir-rekwiżiti għal-amministrazzjoni u s-sorveljanza li għandhom jiġu sodisfatti mill-Istati Membri tal-UE, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet fir-rigward tar-regoli ta’ hawn fuq.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1111 dwar ir-rekwiżiti għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ b’kapaċità ta’ tluq u ħatt l-art vertikali (VTOL) jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 kif ġej.

  • Jipprovdi li bdoti kwalifikati kif suppost li għandhom liċenzji ta’ bdoti kummerċjali għall-ajruplani jew ħelikopters jingħataw il-possibilità li jżidu mal-liċenzja tagħhom klassifikazzjoni tat-tip għal inġenji tal-ajru b’ekwipaġġ b’kapaċità ta’ VTOL, inkluż privileġġi li joperaw dan l-inġenju tal-ajru taħt regoli tat-titjir bl-istrumenti.
  • Huwa jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tat-tip għall-bdoti, inkluż it-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip, it-test tal-ħiliet u l-kontrolli tal-profiċjenza.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ilu japplika mit-

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat- li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠUJ L 311, , pp. 1–193).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament .

Top