This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pakkett tar-rebbiegħa tas-Semestru Ewropew 2022
Il-pakkett tar-rebbiegħa tas-semestru Ewropew 2022 jimmira li:
Il-pakkett tar-rebbiegħa jinkludi:
REPowerEU u s-Semestru Ewropew
L-ekonomija tal-UE kienet mistennija li tkompli tikber fl-2022 u fl-2023, iżda l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ħolqot sfidi ġodda relatati mas-sigurtà tal-enerġija u d-dipendenza fuq il-karburanti fossili. Madankollu, l-UE tkompli turi reżiljenza fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi l-ġodda.
REPowerEU huwa l-pjan tal-UE biex tintemm id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili tar-Russja billi titħaffef it-tranżizzjoni nadifa u jingħaqdu mal-forzi biex tinkiseb sistema tal-enerġija aktar reżiljenti u unjoni tal-enerġija vera.
Is-CSRs adottati:
Rapporti speċifiċi għall-pajjiż u s-sostenibbiltà kompetittiva
Il-pakkett tar-rebbiegħa tal-2022 iġib lura r-rapporti tal-pajjiżi u s-CSRs, billi jipprovdi stampa tal-isfidi eżistenti u dawk emerġenti għall-Istati Membri flimkien mal-erba’ dimensjonijiet tas-sostenibbiltà kompetittiva — is-sostenibbiltà ambjentali, il-produttività, il-ġustizzja u l-istabbiltà makroekonomika — u tar-reżiljenza individwali tal-Istati Membri biex jindirizzaw dawn l-isfidi.
Politika fiskali
Il-gwida fiskali tirrakkomanda li jiġi mitigat l-impatt taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, b’mod partikolari għal familji vulnerabbli, filwaqt li jitqies l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq l-inflazzjoni u s-sostenibbiltà fiskali, u tibqa’ konsistenti mal-għan li titnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili u li l-importazzjonijiet tal-karburanti fossili jitbiegħdu mir-Russja.
L-enerġija u s-sostenibbiltà ambjentali
Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu:
Produttività
L-iżgurar ta’ suq uniku li jaħdem tajjeb jibqa’ kruċjali għat-tkabbir tal-produttività, il-prosperità ekonomika u l-konverġenza. Riformi ambizzjużi mmirati lejn it-titjib tal-ambjent tan-negozju, il-kapaċitajiet amministrattivi u r-reżiljenza istituzzjonali jeħtieg li jakkumpanjaw investimenti addizzjonali. Strumenti ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni effettivi u kkoordinati sew, flimkien ma’ aktar sforzi biex jitnaqqas id-distakk bejn l-innovazzjoni u s-suq, huma kruċjali biex jitħaffu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fl-Istati Membri u fir-reġjuni kollha. L-investimenti fl-infrastruttura u t-teknoloġiji diġitali huma importanti sabiex tkun tista’ ssir it-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet tagħna u jeħtieġ li jiġu kkumplimentati bl-investiment fl-edukazzjoni diġitali u fin-nies u l-ħiliet tagħhom, inkluż l-appoġġ għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid.
Ġustizzja
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa l-qafas ta’ gwida ġenerali sabiex jiżgura l-ġustizzja fl-UE; l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu hija kruċjali biex jinkiseb progress fil-konverġenza soċjali u ekonomika. L-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità, kopertura adegwata minn xbieki tas-sikurezza soċjali u skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar huma essenzjali. Sabiex ikunu effettivi bl-aħjar mod possibbli, politiki ta’ appoġġ għal unitajiet domestiċi vulnerabbli għandhom ikunu temporanji u mmirati, filwaqt li jżommu inċentivi biex inaqqsu l-konsum tal-fjuwils fossili u jinkludu l-impatt baġitarju tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti kontinwi tal-Istati Membri se jkunu kruċjali biex jappoġġaw il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-tranżizzjonijiet bla xkiel fis-suq tax-xogħol.
L-Istabbiltà makroekonomika
Fl-2023, il-politika fiskali għandha tkun prudenti, filwaqt li tkun lesta li tirreaġixxi għas-sitwazzjoni ekonomika li qiegħda tevolvi. Biex inaqqsu r-riskji prodotti mit-tibdil fil-klima, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw sistematikament l-implikazzjonijiet tiegħu fl-ippjanar baġitarju, b’politiki u għodod li jgħinu biex jipprevjenu, inaqqsu u jħejju għal impatti relatati mal-klima b’mod ġust. L-Istati Membri huma rrakkomandati jespandu l-investiment pubbliku għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għas-sigurtà tal-enerġija, inkluż billi jagħmlu użu mill-RRF, mir-REPowerEU u minn fondi oħrajn tal-UE. Li jkompli jiġi żgurat li s-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tibqa’ importanti għal ħafna Stati Membri, u qed isiru sforzi miftiehma biex tiżdied il-ġlieda kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.
Konklużjoni
L-indirizzar ta’ sfidi kontinwi u emerġenti ġodda huwa kruċjali għar-reżiljenza tal-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej u għal tkabbir inklużiv u sostenibbli. Is-Semestru Ewropew tal-2022 jiffoka fuq irkupru sostenibbli u inklussiv ibbażat fuq l-implimentazzjoni ta’ RRPs ambizzjużi u l-erba’ dimensjonijiet tas-sostenibbiltà kompetittiva.
Minbarra li jkomplu jimplimentaw l-RRPs, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jimplimentaw is-CSRs tal-2022, li jirriflettu l-isfidi eżistenti u emerġenti, filwaqt li jqisu l-pjan REPowerEU.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment — Is-Semestru Ewropew 2022 — Il-Pakkett tar-Rebbiegħa (COM(2022) 600 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Awstrija tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Awstrija tal-2022 (COM(2022) 601 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Belġju tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Belġju tal-2022 (COM(2022) 602 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2022 tal-Bulgarija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2022 tal-Bulgarija (COM(2022) 603 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta’ Ċipru tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Ċipru tal-2022 (COM(2022) 604 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma taċ-Ċekja tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà taċ-Ċekja tal-2022 (COM(2022) 605 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Ġermanja tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Ġermanja tal-2022 (COM(2022) 606 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tad-Danimarka tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tad-Danimarka tal-2022 (COM(2022) 607 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Estonja tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Estonja tal-2022 (COM(2022) 608 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Greċja tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Greċja tal-2022 (COM(2022) 609 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2022 ta’ Spanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2022 ta’ Spanja (COM(2022) 610 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Finlandja tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Finlandja tal-2022 (COM(2022) 611 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta’ Franza tal-2022(COM(2022) 612 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Kroazja tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Kroazja tal-2022 (COM(2022) 613 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Ungerija tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Ungerija tal-2022 (COM(2022) 614 final, 23.5.2022)
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Irlanda tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Irlanda tal-2022 (COM(2022) 615 final, 23.5.2022)
Ir-Rkkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Italja tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Italja tal-2022 (COM(2022) 616 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2022 tal-Litwanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2022 tal-Litwanja (COM(2022) 617 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Lussemburgu tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Lussemburgu tal-2022 (COM(2022) 618 final, 23.5.2022)
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Latvja tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Latvja tal-2022 (COM(2022) 619 final, 23.5.2022)
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2022 ta’ Malta u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2022 ta’ Malta (COM(2022) 620 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tan-Netherlands tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tan-Netherlands tal-2022 (COM(2022) 621 final, 23.5.2022)
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Polonja tal-2022 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Polonja tal-2022 (COM(2022) 622 final, 23.5.2022)
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-Portugall tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Portugall tal-2022 (COM(2022) 623 final, 23.5.2022)
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-2022 tar-Rumanija u li twassal opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-2022 tar-Rumanija (COM(2022) 624 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Iżvezja tal-2022 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Iżvezja tal-2022 (COM(2022) 625 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-2022 tas-Slovenja u li twassal l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2022 tas-Slovenja (COM(2022) 626 final, 23.5.2022).
Ir-Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tas-Slovakkja tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tas-Slovakkja tal-2022 (COM(2022) 627 final, 23.5.2022).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan REPowerEU (COM(2011) 230 final, 18.5.2022).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija iktar affordabbli, sigura u sostenibbli (COM (2022) 108 final, 8.3.2022).
Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, pp. 17–75).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2021/241 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 06.10.2022