This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-bażijiet legali għall-politika attwali tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar ir-riċerka u żvilupp teknoloġiku (RTD) u dwar l-ispazju huma l-Artikoli 179-189, introdotti taħt it-Titolu XIX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-għanijiet ewlenin tal-politika, skont l-Artikolu 179 tat-TFUE, huma:
Matul is-snin, il-politika evolviet b’mod sinifikanti, b’mod partikolari mill-1984 meta tnieda l-ewwel programm qafas (FP) Ewropew għar-riċerka pluriennali. L-ewwel FPs kellhom l-għan modest li jappoġġaw il-kooperazzjoni transfruntiera fir-riċerka u l-iżvilupp pre-kompetittivi (R & Ż imwettqa b’mod konġunt minn organizzazzjonijiet li normalment jikkompetu bl-għan li jiżviluppaw teknoloġiji kummerċjalment applikabbli ġodda li minnhom ikunu jistgħu jibbenefikaw kollha). Id-disa’ u l-aħħar FP, Orizzont Ewropa, li se jdum għall-perjodu 2021-2027, issa huwa l-akbar programm dinji tar-riċerka u l-innovazzjoni.
F’konformità mal-Artikolu 182(3) tat-TFUE, l-FP jiġi implimentat permezz ta’ programmi speċifiċi (SPs) li jiddefinixxu r-regoli dettaljati għat-twettiq tal-FP f’kull attività, jiffissaw it-tul tiegħu u jistabbilixxu baġit għall-implimentazzjoni tiegħu.
Barra milli jfittxu li jsaħħu l-kompetittività tal-UE, il-programmi ta’ riċerka tal-UE jippromwovu l-kollaborazzjoni u l-inklużjoni billi: