Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Petizzjonijiet

Id-dritt għall-petizzjonijiet huwa d-dritt ta’ kull ċittadin tal-UE, u ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat f’pajjiż tal-UE, illi tissottometti talba jew ilment lill-Parlament Ewropew dwar kwistjoni li hija fi ħdan l-oqsma ta’ attivitajiet tal-UE u li taffettwa lilu jew lilha direttament (Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE).

Petizzjonijiet huma definiti kif ġej:

  • "Għal informazzjoni" (li jindikaw fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni);
  • "Għal azzjoni ulterjuri" (biex tkun ikkunsidrata fi proposti leġiżlattivi jew azzjoni politika);
  • "Għal opinjoni" (teħtieġ risposta bil-miktub minn Kumitat Parlamentari kompetenti).

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, li jagħmel ix-xogħol tiegħu f’isem iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, iqis jekk tali talbiet humiex ammissibbli. Fejn jara li huwa xieraq, jista’ jirreferi mistoqsija lill-Ombudsman. Meta jkun qed jifformola opinjoni dwar petizzjoni li tkun tqieset ammissibbli, jista’ jitlob lill-Kummissjoni Ewropea għal dokumenti jew informazzjoni. Jista’ wkoll jibgħat petizzjoni lil kumitati parlamentari oħrajn għal għanijiet ta’ informazzjoni sabiex jieħdu azzjoni. F’ċerti każijiet eċċezzjonali, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista’ jissottometti rapport lill-Parlament għal adozzjoni fis-sessjoni plenarja jew biex imexxi missjoni ta’ tiftix tal-fatti.

ARA WKOLL

Top