Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Inizjattiva taċ-ċittadini

Sabiex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea (UE), l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi dritt għal inizjattiva taċ-ċittadini. L-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jispjega l-prinċipji ġenerali għal regolament tal-UE li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri prattiċi tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (ECI).

L-ECI tippermetti liċ-ċittadini jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni fi kwalunkwe qasam li fih il-Kummissjoni għandha s-setgħa li taġixxi.

Il-proċeduri u l-kundizzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ta’ inizjattiva huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/788, li sar applikabbli fl- u ssostitwixxa l-ewwel regolament tal-ECI (ir-Regolament UE Nru 211/2011). Ladarba inizjattiva tkun laħqet miljun firma u l-limiti minimi f’seba’ Stati Membri tal-UE, il-Kummissjoni tiddeċiedi liema azzjoni għandha tieħu, jekk ikun il-każ. In-numru minimu ta’ firmatarji għal kull Stat Membru huwa stipulat fir-regolament.

Għat-tnedija ta’ ECI, irid jitwaqqaf grupp ta’ organizzaturi, li jinkludi mill-inqas seba’ ċittadini tal-UE minn seba’ Stati Membri differenti.

ARA WKOLL

Top