Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv

Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv hija l-parti korrettiva tal-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku (MIP) tal-UE. L-MIP hija element ewlieni tal-qafas ta’ governanza ekonomika riformat tal-UE li ġie żviluppat wara l-kriżi finanzjarja tal-2008.

Il-proċedura hija maħsuba sabiex:

  • tidentifika r-riskji potenzjali fi stadju bikri (mekkaniżmu ta’ twissija),
  • tipprevjeni l-emerġenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi ta’ ħsara, u
  • tikkoreġi kwalunkwe żbilanċ li diġà jeżisti.

Jekk il-mekkaniżmu ta’ twissija jidentifika tħassib dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi ta’ pajjiż, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill jistgħu jadottaw rakkomandazzjonijiet preventivi speċifiċi għall-pajjiżi.

F’każijiet aktar serji, tista’ tiġi attivata l-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-pajjiż li jinstab li jkun għaddej minn żbilanċi eċċessivi jrid jippreżenta pjan ta’ azzjoni b’miri u skadenzi ċari għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-progress tiegħu.

Il-Kunsill jista’ jimponi sanzjonijiet sa 0.1 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-pajjiż, jekk pajjiż fiż-żona tal-euro jonqos milli jieħu l-miżuri miftiehma b’mod ripetut jew jekk il-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu ma jkunx biżżejjed.

ARA WKOLL

Top