This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Taħt l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rwol tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-qasam tal-kultura huwa li jgħin, jikkoordina jew jissuplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE. L-UE tfittex li ġġib il-patrimonju kultural komuni tagħha ’l quddiem billi “tieħu ispirazzjoni mill-wirt kulturali, reliġjuż u umanist tal-Ewropa”, “tirrispetta d-diversità rikka kulturali u lingwistika tagħha”, u “tassigura li l-wirt kulturali tal-Ewropa huwa ssalvagwardjat u msaħħaħ”.
Filwaqt li Stati Membri individwali huma responsabbli għall-politiki tal-kultura tagħhom stess, ir-rwol tal-UE huwa li jgħinu biex jinidirizzaw sfidi komuni, li jvarjaw mill-impatt ta’ teknoloġiji diġitali u l-bżonn li jassiguraw rimunerazzjoni ġusta għall-artisti fuq pjattaformi diġitali, sal-bżonn biex jgħinu l-innovazzjoni fis-setturi kulturali u kreattivi. L-UE tista’ wkoll tgħin dawn is-setturi biex jirkupraw f’każ ta’ kriżi, u trawwem ir-reżiljenza tagħhom biex tagħmilhom iktar sostenibbli fil-futur.
L-UE tappoġġa wkoll azzjonijiet biex tippreserva l-wirt kulturali u tippromwovi l-kooperazzjoni u skambji transnazzjonali bejn l-istituzzjonijiet kulturali fl-Istati Membri.
Il-programm il-ġdid ta’ finanzjament, Ewropa Kreattiva 2021-2027, huwa l-uniku programm tal-UE ddisinjat speċifikament biex jipprovdi appoġġ, kooperazzjoni transfruntiera u attivitajiet ta’ netwerking għas-setturi kulturali u kreattivi kollha. Dawn is-setturi jistgħu wkoll jibbenefikaw minn varjetà ta’ opportunitajiet speċifiċi taħt flussi ta’ finanzjament tal-UE, inklluż, pereżempju, Orizzont Ewropa, il-programm tas-Suq Komuni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jew fondi tal-politika ta’ koeżjoni.
Inizjattivi oħra jinkludu:
L-UE taħdem ukoll ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OECD biex tindirizza t-traffiku illiċitu ta’ beni kulturali, tippromwovi l-iżvilupp lokali permezz tal-kultura u biex ittejjeb il-governanza parteċipatorja tal-wirt kulturali.