Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32009L0103

Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 263, 07/10/2009., 11./31. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Dokumenta juridiskais statuss Spēkā: Šis tiesību akts ticis izmainīts. Pašreizējā konsolidētā versija: 23/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/103/oj

7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/11


DIRETTIVA 2009/103/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April, 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (3), it-tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru, 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (4), it-tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE tal-14 ta’ Mejju, 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (5) u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju, 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ir-raba’ Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-vetturi) (6) ġew emendati kemm-il darba, (7) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dawn l-erba’ Direttivi għandhom jiġu kodifikati kif ukoll id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE tal-11 ta’ Mejju, 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE, 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (8).

(2)

Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur) hi ta’ importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta’ assigurazzjoni kif ukoll għall-vittmi ta’ inċident. Għandha wkoll importanza ewlenija għal impriżi ta’ assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja, konklużi fil-Komunità. Assigurazzjoni ta’ vetturi b’mutur għandha wkoll impatt fuq il-moviment ħieles ta’ persuni u vetturi. Għaldaqstant l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji tal-Komunità għandu jkun għan ewlieni.

(3)

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu hi koperta b’assigurazzjoni. Il-limitu tar-responsabbiltà koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ din il-kopertura għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta’ dawk il-miżuri.

(4)

Sabiex tiġi eskluża kull interpretazzjoni ħażina possibbli ta’ din id-Direttiva u jkun iktar faċli li tikseb assigurazzjoni li tkopri vetturi li għandhom reġistrazzjoni temporanja, id-definizzjoni tat-territorju fejn il-vettura tkun normalment ibbażata għandha tirreferi għat-territorju tal-Istat li l-vettura jkollha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni tiegħu, kemm jekk tkun pjanċa permanenti kif ukoll temporanja.

(5)

Waqt li jkun osservat il-kriterju ġenerali tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni biex jiġi determinat it-territorju li fih il-vettura hi normalment ibbażata, għandha tiġi stabbilita regola speċjali fil-każ ta’ inċidenti kkawżati minn vettura mingħajr pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew li jkollha pjanċa ta’ reġistrazzjoni li ma tkunx tikkorrispondi jew ma tkunx għadha tikkorrispondi mal-vettura. F’dan il-każ u għall-iskop ewlieni li jiġu solvuti l-pretensjonijiet, it-territorju fejn il-vettura hi bbażata għandu jkun ikkunsidrat bħala t-territorju fejn sar l-inċident.

(6)

Projbizzjoni ta’ kontrolli sistematiċi fuq l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur għandha tapplika għal vetturi li normalment huma bbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor kif ukoll għal dawk li normalment huma bbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz iżda li jkunu deħlin mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Huma biss kontrolli li mhumiex sistematiċi, ma jiddiskriminawx u jiġu mwettqa bħala parti minn kontroll li mhux immirat esklussivament għall-verifika ta’ assigurazzjoni li jistgħu jiġu permessi.

(7)

It-tneħħija ta’ kontrolli tal-karti ħodor għal vetturi normalment ibbażati fi Stat Membru li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tista’ tkun effettwata permezz ta’ ftehim bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi, fejn kull uffiċċju nazzjonali jiggarantixxi kumpens skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ xi telf jew korriment li jagħti dritt għal kumpens ikkawżat fit-territorju tiegħu minn waħda minn dawk il-vetturi, kemm jekk assigurata u kemm jekk le.

(8)

Din il-garanzija tippresupponi li l-vetturi bil-mutur Komunitarji kollha li jivjaġġaw fit-territorju tal-Komunità huma koperti b’assigurazzjoni. Il-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru għandha, għalhekk, tipprovdi għall-assigurazzjoni obbligatorja ta’ vetturi kontra responsabilta’ ċivili, u l-assigurazzjoni għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Komunità.

(9)

Is-sistema prevista f’din id-Direttiva tista’ tiġi estiża għal vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu l-uffiċċju nazzjonali tal-Istati Membri jkunu kkonkludew ftehim simili.

(10)

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jaġixxi b’deroga mill-obbligu ġenerali li tinħareġ assigurazzjoni fir-rigward ta’ vetturi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi pubbliċi jew privati. F’każ ta’ inċidenti kkawżati minn tali vetturi, l-Istat Membru li jkun qed juża d-deroga għandu jinnomina awtorità jew korp sabiex jikkumpensa għad-dannu lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati fi Stat Membru ieħor. Għandu jiġi żgurat li kumpens xieraq jitħallas mhux biss lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi meta jkunu f’pajjiż ieħor iżda wkoll lill-vittmi ta’ inċidenti li jseħħu fl-Istat Membru fejn il-vettura hi normalment ibbażata, sew jekk ikunu jew ma jkunux residenti fit-territorju tiegħu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-lista ta’ persuni eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja u l-awtoritajiet u l-korpi responsabbli għall-kumpens ta’ vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn tali vetturi tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni.

(11)

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jaġixxi b’deroga mill-obbligu ġenerali li tinħareġ assigurazzjoni fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li għandhom pjanċa speċjali. F’dak il-każ, l-Istati Membri l-oħra jistgħu jeżiġu, fid-dħul għat-territorju tagħhom, karta ħadra valida jew kuntratt ta’ assigurazzjoni tal-fruntieri, sabiex jiżguraw l-għoti ta’ kumpens lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi fit-territorji tagħhom. Iżda, billi t-tneħħija ta’ kontrolli tal-fruntieri fi ħdan il-Komunità tkun tfisser li m’għadux aktar possibbli li tiġi żgurata li l-vetturi li qed jaqsmu l-fruntiera huma koperti mill-assigurazzjoni, kumpens għal vittmi ta’ inċidenti kkawżati f’pajjiż ieħor ma jistax jiġi garantit. Għandu jiġi żgurat li l-kumpens dovut jingħata mhux biss lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi meta barra minn pajjiżhom, iżda wkoll lil vittmi ta’ inċidenti kkawżati fl-Istat Membru fejn il-vettura hi normalment ibbażata. Għal dan l-għan, Stati Membri għandhom jittrattaw lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi bl-istess mod bħal vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li ma jkunux assigurati. Tabilħaqq, kumpens għal vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li ma jkunux assigurati għandhom jitħallsu mill-korp ta’ indennizz tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident. Fejn isir ħlas lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li huma soġġetti għad-deroga, il-korp ta’ indennizz għandu jkollu pretensjoni kontra l-korp tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun ibbażata. Wara ċertu perijodu biex tkun tista’ tiġi implimentata u applikata din il-possibbiltà ta’ deroga, u filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi miksuba minnha, il-Kummissjomi għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti għas-sostituzzjoni jew it-tħassir tagħha bil-għan li tiġi emendata jew imħassra.

(12)

L-obbligi tal-Istati Membri li jiggarantixxu assigurazzjoni li tkopri mill-inqas ċerti ammonti minimi tikkostitwixxi element importanti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-vittmi. L-ammont minimu ta’ kopertura għal dannu personali għandu jkun ikkalkolat b’mod li l-vittmi kollha li jkunu sofrew dannu serju jkunu kumpensati b’mod sħiħ u ġust, filwaqt li jittieħed kont tal-frekwenza baxxa ta’ inċidenti li jinvolvu numru ta’ vittmi u n-numru zgħir ta’ inċidenti li fihom numru ta’ vittmi jsofru danni serji ħafna matul l-istess inċident. Għandu jiġi provdut ammont minimu ta’ kopertura għal kull vittma għal kull pretensjoni. Sabiex tiġi faċilitata l-introduzzjoni ta’ dawn l-ammonti minimi, għandu jiġi stabbilit perijodu ta’ tranżizzjoni. Madanakollu, għandu jkun provdut perijodu li jkun aqsar mill-perijodu ta’ tranżizzjoni li fih l-Istati Membri għandhom iżidu l-ammonti minimi għal mill-inqas nofs il-livelli li għalihom ikunu jipprovdu.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-ammont minimu ta’ kopertura ma jonqosx tul iż-żmien, għandha tiġi stabbilita klawżola ta’ reviżjoni perjodika billi jintuża bħala punt ta’ referenza l-Indiċi Ewropew ta’ Prezzijiet tal-Konsumaturi (EICP), ippubblikat mill-Eurostat, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar indiċi armonizzati ta’ prezzijiet tal-konsumatur (9). Għandhom jiġu stabbiliti wkoll ir-regoli ta’ proċedura li jirregolaw tali reviżjoni.

(14)

Huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għall-korp li jkun jiggarantixxi li l-vittma ma tibqax mingħajr kumpens meta l-vettura li tkun ikkaġunat l-inċident ma tkunx koperta b’assigurazzjoni jew ma tkunx identifikata. Huwa importanti li jiġi provdut li l-vittma ta’ dak l-inċident tkun tista’ tapplika direttament lil dak il-korp bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt. Madanakollu, Stati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw ċerti esklużjonijiet limitati fir-rigward ta’ ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp u li jipprovdu li kumpens għal ħsara lil propjetà kkaġunata minn vettura mhux identifikata jista’ jkun limitat jew eskluż minħabba perikolu ta’ frodi.

(15)

Huwa fl-interess ta’ vittmi li l-effetti ta’ ċerti klawsoli ta’ esklużjoni jkunu limitati għar-relazzjoni bejn l-assiguratur u l-persuna reponsabbli għall-inċident. Madanakollu, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew akkwistati bi vjolenza, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw li kumpens għandu jitħallas mill-korp imsemmi hawn fuq.

(16)

Sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju fuq dak il-korp, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ ċerti eċċessi meta l-korp jipprovdi kumpens għal ħsara lil proprjetà kkaġunata minn vetturi li ma jkunux assigurati jew, skont il-każ, vetturi misruqa jew akkwistati bi vjolenza.

(17)

Il-possibbiltà li tillimita jew teskludi kumpens leġittimu tal-vittmi abbażi tal-fatt li l-vettura ma tkunx identifikata m’għandhiex tapplika fejn il-korp ta’ indennizz ħallas kumpens għal danni personali konsiderevoli lil kull vittma ta’ inċident fejn tkun saret ħsara lill-proprjetà. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċess sal-limitu stabbilit f’din id-Direttiva li għalih tkun responsabbli l-vittma tal-ħsara lill-proprjetà. Il-kondizzjonijiet għal danni personali li għandhom jiġu kkunsidrati sinifikanti għandhom jiġu determinati mill-leġislazzjoni nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru fejn ikun sar l-inċident. Meta jkun qed jistabbilixxi dawn il-kondizzjonijiet, l-Istat Membru għandu jieħu f’kunsiderazzjoni, inter alia, jekk l-offiża kinitx teħtieġ kura fi sptar.

(18)

Fir-rigward ta’ inċident ikkawżat minn vettura li ma tkunx assigurata, il-korp li jħallas kumpens lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li ma jkunux assigurati jew identifikati ikun jinsab f’qagħda aħjar mill-vittma li jieħu azzjoni kontra l-parti responsabbli. Għalhekk, għandu jkun stabbilit li dan il-korp m’għandux jitlob mill-vittma, jekk għandu jkun ikkumpensat, li jistabbilixxi li l-parti responsabbli ma tkunx tista’ jew tiċħad li tħallas.

(19)

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-korp li hemm referenza għalih hawn qabel u l-assiguratur ta’ responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jagħti l-kumpens lill-vittma tal-inċident, l-Istati Membri, biex jevitaw xi dewmien fil-pagament tal-kumpens lill-vittma, għandhom jassiguraw li wieħed minn dawn il-partijiet ikun iddikjarat bħala li huwa responsabbli fil-prima istanza għall-pagament tal-kumpens sakemm il-kwistjoni tkun risolta.

(20)

Il-vittmi tal-inċidenti bil-vetturi tal-mutur għandhom ikunu ggarantiti trattament komparabbli irrispettivament ta’ fejn fil-Komunità jseħħu l-inċidenti.

(21)

Il-membri tal-familja tal-persuna assigurata, tax-xufier jew ta’ xi persuna oħra responsabbli għandhom jingħataw protezzjoni paragunabbli għal dik ta’ partijiet terzi oħra, f’kull każ fir-rigward tal-korrimenti personali tagħhom.

(22)

Danni personali u ħsara lill-proprjetà sofferti minn dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u persuni li jużaw it-triq mingħajr vetturi bil-mutur, li s-soltu huma l-partijiet l-iżjed dgħajfa f’inċident, għandhom ikunu koperti mill-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura involuta fl-inċident fejn dawn il-persuni jkunu intitolati għall-kumpens skont il-liġi ċivili nazzjonali. Din id-dispożizzjoni ma tippreġudikax ir-responsabbiltà ċivili jew il-livell tal-għoti ta’ danni fir-rigward ta’ inċident speċifiku, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali.

(23)

L-inklużjoni fil-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ kull passiġġier fil-vettura hi kisba kbira tal-leġislazzjoni eżistenti. Dan l-objettiv jitqiegħed fil-periklu jekk il-leġislazzjoni nazzjonali jew xi klawżola kuntrattwali f’polza ta’ assigurazzjoni tkun teskludi l-passiġġieri milli jkunu assigurati minħabba li kienu jafu jew misshom kienu jafu li s-sewwieq tal-vettura kien taħt l-influwenza ta’ alkoħol jew ta’ droga fil-ħin tal-inċident. Il-passiġġier normalment ma jkunx f’pożizzjoni li jivvaluta sew il-livell ta’ intossikazzjoni tas-sewwieq. L-għan li tiskoraġġixxi persuni milli jsuqu meta jkunu taħt l-influwenza ta’ alkoħol jew ta’ xi droga ma jintlaħaqx billi jitnaqqas il-livell ta’ kopertura tal-assigurazzjoni għall-passiġġieri li jkunu vittmi ta’ inċidenti b’vetturi bil-mutur. Il-kopertura ta’ dawk il-passiġġieri taħt l-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura ma tippreġudikax xi responsabbiltà li jista’ jkollhom skont il-leġislazzjoni nazzjonali li tkun tapplika, lanqas il-livell tal-għoti ta’ danni f’inċident speċifiku.

(24)

Il-poloz kollha tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi bil-mutur għandhom ikopru it-territorju kollu tal-Komunità.

(25)

Xi impriżi ta’ assigurazzjoni jinserixxu fil-polzi ta’ assigurazzjoni tagħhom klawżola li għandha l-effett li l-polza titħassar jekk il-vettura assigurata tibqa’ barra mill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn dak speċifikat. Din il-prattika hi f’kunflitt mal-prinċipju stabbilit f’din id-Direttiva, li skont hu l-assigurazzjoni obbligatorja ta’ vetturi bil-mutur għandha tkopri, abbażi ta’ premium wieħed, it-territorju kollu tal-Komunità. Għandu għalhekk jiġi speċifikat li l-kopertura tal-assigurazzjoni għandha tibqa’ valida tul il-perijodu kollu tal-kuntratt, irrispettivament jekk il-vettura tibqax fi Stat Membru ieħor għal perijodu partikolari, mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi.

(26)

Fl-interess tal-parti assigurata, kull polza tal-assigurazzjoni għandha tiggarantixxi għal premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-kopertura meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-kopertura meħtieġa bil-liġi tal-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik il-kopertura tkun akbar.

(27)

Għandhom jittieħdu passi biex isir iktar faċli sabiex tinkiseb kopertura ta’ assigurazzjoni għal vetturi impurtati minn Stat Membru għal ieħor, anke jekk il-vettura għadha mhix reġistrata fl-Istat Membru destinatarju. Għandha tingħata deroga temporanja mir-regola ġenerali li tiddetermina l-Istat Membru fejn jinsab ir-riskju. Għal perjodu ta’ tletin ġurnata mid-data ta’ meta l-vettura tkun ikkunsinjata, tkun disponibbli jew mibgħuta lix-xerrej, l-Istat Membru destinatarju għandu jkun ikkunsidrat li jkun l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju.

(28)

Kull persuna li tkun tixtieq tagħmel kuntratt ġdid ta’ assigurazzjoni ta’ vettura bil-mutur ma’ assiguratur ieħor għandha tkun f’pożizzjoni li tiġġustifika r-rendikont ta’ pretensjonijiet tagħha taħt il-polza l-qadima. Persuni li għandhom poloz ta’ assigurazzjoni għandu jkollhom id-dritt li jitolbu f’kull ħin stqarrija li tikkonċerna l-pretensjonijiet, jew in-nuqqas ta’ pretensjonijiet, li jinvolvu l-vettura jew vetturi koperti mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni mill-inqas matul il-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali. L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew kull korp li jista’ jinħatar minn Stat Membru biex jipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni obbligatorja jew jipprovdi tali stqarrijiet, għandu jipprovdi din l-istqarrija lill-persuna li jkollha l-polza ta’ assigurazzjoni fi żmien ħmistax-il jum minn meta ssir it-talba.

(29)

Sabiex tiġi żgurata protezzjoni kif suppost għall-vittmi ta’ inċidenti ta’ vettura bil-mutur, l-Istati Membri m’għandhomx jippermettu li impriżi ta’ assigurazzjoni jserrħu fuq eċċessi kontra l-parti li tkun sofriet id-danni.

(30)

Id-dritt li tinvoka kuntratt ta’ assigurazzjoni u li tagħmel pretensjoni direttament kontra l-intrapriza ta’ assigurazzjoni hija ta’ importanza kbira għall-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti ta’ vetturi bil-mutur. Sabiex jiġi faċilitat ħlas ta’ pretensjonijiet effiċjenti u malajr u sabiex jiġu evitati safejn hu possibbli proċeduri legali għaljin, għandha jkun stabbilit dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-intrapriza ta’ assigurazzjoni li tkun tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili għal vittmi ta’ kull inċident b’vettura bil-mutur.

(31)

Sabiex tiġi msaħħa l-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti b’vetturi bil-mutur, proċedura ta’ “offerta raġunata” għandha tiġi estiża għal kull xorta ta’ inċident b’vettura bil-mutur. Din l-istess proċedura għandha tapplika wkoll mutatis mutandis fejn l-inċident tagħmel tajjeb għalih is-sistema tal-uffiċju nazzjonali tal-assiguraturi.

(32)

Skont l-Artikolu 11(2) moqri flimkien mal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru, 2000 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l- eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (10), il-partijiet li jkunu sofrew ħsara jistgħu jiftħu proċeduri legali kontra assiguraturi kontra r-responsabbiltà ċivili fl-Istat Membru fejn ikunu domiċiljati.

(33)

Is-sistema ta’ uffiċċju tal-karta ħadra tassigura l-pagament malajr tal-pretensjonijiet fil-pajjiż ta’ min ikun sofra korriment, anki meta l-parti l-oħra tkun ġejja minn pajjiż Ewropew differenti.

(34)

Il-partijiet li jsofru ħsara b’riżultat ta’ inċident b’vettura bil-mutur li jaqa’ l-għan ta’ din id-Direttiva u li jseħħ fi Stat li ma jkunx dak tar-residenza tagħhom għandhom ikunu intitolati li jagħmlu talba fl-Istat Membru tar-residenza kontra rappreżentant għall-pretensjonijiet maħtur f’dak l-Istat Membru mill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-parti responsabbli. Din is-soluzzjoni tkun tiffaċilita li l-ħsara sofferta mill-partijiet li jkunu sofrew ħsara barra mill-Istat Membru tar-residenza tagħhom tiġi trattata bi proċeduri li jkunu familjari magħhom.

(35)

Din is-sistema li jkun hemm rappreżentanti għall-pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsarali tkun sofriet ħsara ma tkun taffetwa bl-ebda mod la s-sustanza tal-liġi li għandha tkun applikata f’kull każ individwali u lanqas il-materja ta’ ġurisdizzjoni.

(36)

L-eżistenza ta’ dritt ta’ azzjoni diretta għall-parti li tkun sofriet ħsara kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni hija supplement loġiku għall-ħatra ta’ dawk ir-rappreżentanti u aktar minn hekk ittejjeb il-pożizzjoni legali tal-partijiet li jkunu sofrew danni b’riżultat ta’ inċidenti b’vettura bil-mutur li jseħħ barra mill-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

(37)

Għandha ssir dispożizzjoni sabiex l-Istat Membru ta’ fejn l-impriża tal-assigurazzjoni tkun awtorizzata, ikun jeħtieġ li dik l-impriża taħtar rappreżentanti għall-pretensjonijiet li jkunu jew residenti jew stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn inċidenti bħal dawk u li jieħdu l-azzjoni xierqa biex iħallsu l-pretensjonijiet f’isem u akkont tal-impriża ta’ assigurazzjoni, inkluż il-pagament ta’ kumpens. Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandu jkollu poteri suffiċjenti biex jirrappreżenta l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ persuni li jsofru danni minn inċidenti bħal dawk, kif ukoll biex jirrappreżenta l-impriża ta’ assigurazzjoni quddiem awtoritajiet nazzjonali inklużi, meta xieraq, quddiem il-qrati, sakemm dan ikun kompatibbli mar-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni.

(38)

L-attivitajiet tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet mhumiex biżżejjed sabiex jagħtu ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet danni jekk ir-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni ma jkunux jipprovdu għal dan.

(39)

Il-ħatra ta’ rappreżentanti responsabbli għall-pretensjonijiet għandha tkun waħda mill-kundizzjonijiet għal aċċess għal u t-tkomplija tal-attività ta’ assigurazzjoni mniżżla fil-parti 10 tal-punt A tal-Anness tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (11), ħlief għar-responsabbiltà ċivili tat-trasportatur u l-kundizzjonijiet għall-ezerċizzju ta’ dik l-attivita’. Dik il-kundizzjoni għandha għalhekk tkun koperta b’awtorizzazzjoni uffiċjali waħda maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ fejn l-impriża ta’ assigurazzjoni tistabbilixxi l-uffiċju prinċipali tagħha, kif speċifikat fit-Titolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (12). Dik il-kundizzjoni għandha wkoll tkun tapplika għal impriżi ta’ assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità li jkunu akkwistaw awtorizzazzjoni li tagħtihom aċċess għall-attività ta’ assigurazzjoni fi Stat Membru tal-Komunità.

(40)

Minbarra li wieħed jassigura li impriża ta’ assigurazzjoni jkollha rappreżentant fl-Istat ta’ residenza tal-parti li ssofri danni, huwa xieraq li jkun iggarantit id-dritt speċifiku tal-parti li tkun sofriet ħsarali tkun sofriet ħsara li jkollha l-pretensjoni tagħha ttrattata minnufih. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm inklużi fil-liġi nazzjonali sanzjonijiet finanzjarji sistematiċi u effettivi jew amministrattivi ekwivalenti xierqa — bħal ma huma inġunzjonijiet flimkien ma’ multi amministrattivi, rappurtaġġ lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza fuq bażi regolari, kontrolli fil-post, pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali u fl-istampa, is-sospensjoni tal-attivitajiet tal-kumpannija (il-projbizzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ġodda għal perijodu speċifiku), ħatra ta’ rappreżentant speċjali tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza responsabbli li jara li dak in-negozju jkun immexxi skont il-liġijiet tal-assigurazzjoni, it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni għal din ix-xorta ta’ negozju, sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti fuq diretturi u impjegati tat-tmexxija — fil-każ li l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha jonqsu milli jwettqu l-obbligu tagħhom li jagħmlu offerta ta’ kumpens f’perijodu ta’ żmien raġonevoli. Din m’għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta’ kull miżura oħra, speċjalmenet taħt il-liġi ta’ sorveljanza, li tista’ tkun meqjusa xierqa. Madanakollu, hija kundizzjoni li r-responsabbiltà u l-ħsara sofferta ma jkunux kontestati, sabiex l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun tista’ tagħmel offerta raġunata fil-perijodu ta’ żmien preskritt. L-offerta ta’ kumpens raġunata għandha tkun bil-miktub u jkun fiha l-bażi li fuqha jkunu ġew stmati r-responsabbiltà u l-ħsara.

(41)

Minbarra dawk is-sanzjonijiet, huwa xieraq li ssir dispożizzjoni li permezz tagħha għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ kumpens offert mill-impriża ta’ assigurazzjoni jew mogħti minn qorti lill-parti li tkun sofriet ħsarali tkun sofriet ħsara meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta’ żmien stabbilit. Jekk l-Istati Membri jkollhom regoli nazzjonali eżistenti li jkopru l-ħtiġiet għal imgħax fuq pagamenti tard din id-dispożizzjoni tista’ tkun implimentata b’referenza għal dawn ir-regoli.

(42)

Il-partijiet li jkunu sofrew ħsara b’riżultat ta’ inċidenti b’vetturi bil-mutur kultant ikollhom id-diffikultà li jistabbilixxu l-isem tal-impriża ta’ assigurazzjoni li tipprovdi assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur li jkunu involuti f’inċident.

(43)

Fl-interess ta’ dawn il-partijiet li jkunu sofrew ħsara, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċentri ta’ informazzjoni biex jassiguraw li din l-informazzjoni dwar kull inċident li jinvolvi vettura bil-mutur, tkun disponibbli mingħajr dewmien. Dawn iċ-ċentri ta’ informazzjoni għandhom ukoll jagħmlu informazzjoni dwar ir-rappreżentanti għall-pretensjonijiet disponibbli lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara. Huwa meħtieġ li dawn iċ-ċentri jikkooperaw ma’ xulxin u jwieġbu malajr għat-talbiet għal informazzjoni dwar rappreżentanti għall-pretensjonijiet magħmula minn ċentri ta’ informazzjoni fi Stati Membri oħrajn. Jidher li huwa xieraq li dawn iċ-ċentri jiġbru informazzjoni dwar id-data ta’ terminazzjoni effettiva tal-kopertura ta’ assigurazzjoni imma mhux dwar l-iskadenza tal-validità oriġinali tal-polza jekk it-tul tal-kuntratt ikun estiż minħabba nuqqas ta’ kanċellazzjoni.

(44)

Għandha ssir dispożizzjoni speċifika fir-rigward ta’ vetturi (per eżempju, vetturi tal-gvern jew tal-militar) li jidħlu fl-eżenzjonijiet mill-obbligu li jkunu assigurati kontra responsabbiltà ċivili.

(45)

Il-parti li tkun sofriet ħsara jista’ jkollha interess leġittimu li tkun infurmata dwar l-identità tas-sid jew tax-xufier normali jew tad-detentur iddikjarat tal-vettura, per eżempju jekk hi tkun tista’ takkwista kumpens biss minn dawk il-persuni minħabba li l-vettura ma tkunx assigurata kif xieraq jew li l-ħsara tkun teċċedi is-somma assigurata, f’liema każ din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll.

(46)

Ċerta informazzjoni mogħtija, bħall-isem u l-indirizz tas-sid jew tax-xufier normali tal-vettura u n-numru tal-polza ta’ assigurazzjoni jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura, tikkostitwixxi data personali fit-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-data (13). L-ipproċessar ta’ dik id-data li hi meħtieġa għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandu għalhekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali meħuda skont id-Direttiva 95/46/KE. L-isem u l-indirizz tax-xufier normali għandhom jingħataw biss jekk il-leġislazzjoni nazzjonali tipprovdi għal hekk.

(47)

Biex ikun assigurat li l-parti li tkun sforiet ħsara ma tibqax mingħajr kumpens li għalih tkun intitolata, huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għal korp ta’ indennizz li lilu l-parti li tkun sofriet danni tkun tista’ tapplika meta l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli taħtar rappreżentant jew li tkun manifestament qed tittardja l-pagament ta’ pretensjoni jew meta l-impriża ta’ assigurazzjoni ma tkunx tista’ tiġi identifikatali tkun sofriet ħsara. L-intervent ta’ korp ta’ indennizz għandu jkun limitat għal każi individwali rari meta l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli tkun konformi mad-doveri tagħha minkejja li jkun hemm l-effett diswassiv tal-impożizzjoni possibbli ta’ sanzjonijiet.

(48)

Ir-rwol meħud minn korp ta’ indennizz hu dak li jwettaq il-pretensjoni fir-rigward ta’ xi telf jew korriment soffert mill-parti li tkun sofriet ħsara li tkun sofriet ħsara fil-każi biss li jistgħu jkunu objettivament iddeterminati u għalhekk il-korp ta’ indennizz għandu jillimita l-attività tiegħu li jivverifika li offerta għal kumpens tkun saret skont il-limiti ta’ żmien u l-proċeduri stabbiliti, mingħajr ma ssir stima tal-merti.

(49)

Persuni ġuridiċi li bil-liġi huma surrogati lill-parti li tkun sofriet ħsara fil-pretensjonijiet tagħha kontra l-persuna responsabbli għall-inċident jew tal-impriża ta’ assigurazzjoni ta’ dan tal-aħħar (bħal ma huma, per eżempju, impriżi oħra ta’ assigurazzjoni jew korpi ta’ sigurtà soċjali) m’għandhomx ikunu intitolati li jippreżentaw pretensjoni korrispondenti lill-korp ta’ indennizz.

(50)

Huwa meħtieġ li l-korp ta’ indennizz għandu jkollu d-dritt ta’ surroga safejn hu jkun indennizza l-parti li tkun sofriet ħsara. Sabiex tkun iffaċilitata l-azzjoni tal-korp ta’ indennizz kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni meta din tkun naqset li taħtar rappreżentant jew tkun manifestament ittardjat fil-pagament ta’ pretensjoni, il-korp ta’ indennizz fl-Istat tal-parti li tkun sofriet ħsara għandu jgawdi wkoll minn dritt awtomatiku għal ħlas lura b’surroga fid-drittijiet tal-parti li tkun sofriet ħsara min-naħa tal-korp korrispondenti fl-Istat ta’ fejn l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun stabbilita. Dan il-korp hu l-iżjed addattat biex jibda l-proċeduri ta’ rikors kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni.

(51)

Anki jekk l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-pretensjoni kontra korp ta’ indennizz tkun waħda sussidjarja, il-persuna li tkun sofriet ħsara m’għandhiex tkun obbligata li tippreżenta t-talba tagħha għal indennizz lill-persuna responsabbli għall-inċident qabel ma tippreżentaha lill-korp ta’ indennizz. F’dan il-każ il-parti li tkun sofriet ħsara għandha tkun almenu fl-istess pożizzjoni bħal fil-każ ta’ talba kontra l-fond ta’ garanzija.

(52)

Din is-sistema tista’ tibda tiffunzjona permezz ta’ ftehim bejn il-korpi ta’ indennizz stabbiliti jew approvati mill-Istati Membri li jiddefinixxi l-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom u l-proċeduri għal ħlas lura.

(53)

Meta jkun impossibbli li jkun identifikat l-assiguratur ta’ vettura, għandha ssir dispożizzjoni sabiex id-debitur finali fir-rigward ta’ ħsarat li għandhom jitħallsu lill-parti li tkun sofriet ħsara huwa l-fond ta’ garanzija li jipprovdi għal dan il-għan li jinsab fl-Istat Membru fejn il-vettura li ma tkunx assigurata, li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident, tkun normalment ibbażata. Meta jkun impossibbli li tkun identifikata l-vettura, għandha ssir dispożizzjoni sabiex id-debitur finali jkun il-fond ta’ garanzija li jipprovdi għal dan il-għan li jinsab fl-Istat Membru li fih seħħ l-inċident.

(54)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1)

“vettura” tfisser kull vettura bil-mutur intiża għal vjaġġi fuq l-art u mmexxija minn qawwa mekkanika, imma li ma timxix fuq il-linji, u kull karru, kemm jekk agganċjat u kemm jekk le;

(2)

“il-parti li tkun sofriet ħsara” tfisser kull persuna intitolata għal kumpens fir-rigward ta’ telf jew korriment ikkawżati minn vetturi;

(3)

“l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi” tfisser organizzazzjoni professjonali li tkun kostitwita skont ir-Rakommandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar, 1949, mis-Sub-Kumitat għat-Trasport Stradali tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u li tiġbor flimkien impriżi tal-assigurazzjoni li, fi Stat, huma awtorizzati li jwettqu negozju fil-qasam tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kontra r-responsabbiltà ċivili;

(4)

“territorju li fih il-vettura normalment tkun ibbażata” tfisser:

(a)

it-territorju tal-Istat li tiegħu l-vettura jkollha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, irrispettivament jekk il-pjanċa hijiex permanenti jew temporanja; jew

(b)

fil-każi meta l-ebda reġistrazzjoni ma tkun meħtieġa għal tip ta’ vettura imma l-vettura jkollha pjanċa tal-assigurazzjoni, jew sinjal li jiddistingwiha analogu għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni, it-territorju tal-Istat li fih il-pjanċa jew is-sinjal ikunu maħruġa; jew

(c)

fil-każi meta la l-pjanċa tar-reġistrazzjoni u lanqas is-sinjal li jiddistingwiha ma tkun meħtieġa għal ċerti tipi ta’ vetturi, it-territorju tal-Istat li fih id-detentur huwa domiċiljat; jew

(d)

f’każi fejn il-vettura m’għandhiex pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew għandha pjanċa li ma tkunx tikkorrispondi mal-vettura u kienet involuta f’inċident, it-territorju tal-Istat fejn l-inċident ikun seħħ, sabiex titħallas il-pretensjoni kif previst fl-Artikolu 2(a) jew fl-Artikolu 10;

(5)

“karta ħadra” tfisser iċ-ċertifikat internazzjonali tal-assigurazzjoni maħruġ f’isem uffiċċju nazzjonali skont ir-Rakkomandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar 1949 mis-Sub-kumitat tat-Trasport Stradali tal-Kumitat għat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;

(6)

“impriża ta’ assigurazzjoni” tfisser impriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 73/239/KEE;

(7)

“stabbiliment” tfisser l-uffiċċju prinċipali, l-aġenzija jew il-fergħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju, 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (14).

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 6, 7 u 8 japplikaw għal vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri:

(a)

wara li ftehim ikun ġie konkluż bejn l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi li taħt il-kondizzjonijiet tiegħu kull aġenzija nazzjonali tiggarantixxi l-ħlas, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, ta’ pretensjonijiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħha, ikkaġunati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kemm jekk dawk il-vetturi jkunux assigurati jew le;

(b)

mid-data stabbilita mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li ftehim bħal dan ikun ġie konkluż;

(c)

għall-perijodu ta’ dak il-ftehim.

Artikolu 3

Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi

Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 5, jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni.

Il-ħsara koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu determinati fuq il-bażi tal-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jkopri wkoll:

(a)

skont il-liġi fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra, kull telf jew korriment ikkawżat fit-territorju ta’ dawk l-Istati;

(b)

kull telf jew korriment soffert minn ċittadini ta’ Stati Membri tul vjaġġ dirett bejn żewġ territorji li fihom it-Trattat ikun fis-seħħ, jekk ma jkun hemm l-ebda uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi responsabbli għat-territorju li jkun qed jinqasam; f’dak il-każ, it-telf jew korriment għandu jkun kopert skont il-liġijiet nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura tkun normalment ibbażata.

L-assigurazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkopri b’mod obbligatorju kemm il-ħsara lill-proprjetà kif ukoll id-danni personali.

Artikolu 4

Spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni

L-Istati Membri għandhom jastjenu milli jagħmlu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi bbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fir-rigward ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Madankollu, jistgħu jwettqu spezzjonijiet mhux sistematiċi tal-assigurazzjoni sakemm ma jkunux diskriminatorji u li jitwettqu bħala parti minn kontroll mhux immirat esklusivament għal verifika tal-assigurazzjoni.

Artikolu 5

Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi

1.   Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, pubbliċi jew privati; il-lista ta’ dawn il-persuni għandha titfassal mill-Istat konċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li jsir il-ħlas ta’ kumpens għat-telf u l-korriment ikkawżat fit-territorju tiegħu u fit-territorju ta’ Stati Membri oħra minn vetturi li jkunu japprtjenu lil dawk il-persuni.

Għandu b’mod partikolari jaħtarawtorità jew korp fil-pajjiż fejn it-telf jew korriment isseħħ li jkun responsabbli sabiex jikkumpensa l-partijiet li jkunu sofrew ħsara skont il-liġijiet ta’ dak l-Istat f’każi meta l-punt (a) tal-Artikolu 2 ma jkunx japplika.

Għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-lista ta’ persuni eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli għall-kumpens.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista.

2.   Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li jkollhom pjanċa speċjali; il-lista tagħhom għandha titfassal mill-Istat ikkonċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

F’dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li vetturi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu huma trattati bl-istess mod bħal vetturi li għalihom l-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt.

Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.

Mill-11 ta’ Ġunju 2010 l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta’ dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat dawn ir-rapporti, għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti dwar is-sostituzzjoni jew it-tħassir ta’ din id-deroga.

Artikolu 6

L-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi

Kull Stat Membru għandu jassigura li, meta inċident fit-territorju tiegħu jkun ikkawżat minn vettura li normalment tkun bbażata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi għandu, mingħajr preġudizzju għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 2 (a), jikseb informazzjoni:

(a)

dwar it-territorju li fih il-vettura tkun normalment ibbażata, u dwar in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha, jekk ikun hemm;

(b)

safejn ikun possibbli, dwar id-dettalji tal-assigurazzjoni tal-vettura, kif dawn normalment ikunu jidhru fuq il-karta ħadra u li jkunu fil-pussess tad-detentur tal-vettura, safejn dawn id-dettalji huma meħtieġa mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura normalment tkun ibbażata.

Kull Stat Membru għandu wkoll jassigura li l-uffiċċju jikkomunika din l-informazzjoni msemmija f’punti (a) u (b) lill-uffiċċju nazzjonali tal-Istat li fit-territorju tiegħu l-vettura msemmija fl-ewwel paragrafu tkun normalment ibbażata.

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW VETTURI NORMALMENT IBBAŻATI FIT-TERRITORJU TA’ PAJJIŻ TERZ

Artikolu 7

Miżuri nazzjonali li jikkonċernaw vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-vetturi kollha li huma normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz li jidħlu fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ m’għandhomx jintużaw fit-territorju tiegħu sakemm xi telf jew korriment ikkawżati minn dawk il-vetturi ma jkunux koperti, skont il-ħtiġiet tal-liġijiet tal-Istati Membri varji dwar l-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi, fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ.

Artikolu 8

Dokumentazzjoni li tikkonċerna vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz

1.   Kull vettura normalment ibbażata fit-territorju ta’ pajjiż terz għandha, qabel ma tidħol fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ, tkun provduta jew b’karta ħadra valida jew ċertifikat ta’ assigurazzjoni tal-fruntiera li jkun jistabbilixxi li l-vettura hi assigurata skont l-Artikolu 7.

Madankollu, vetturi normalment ibbażati f’pajjiż terz għandhom ikunu ittrattati bħal vetturi normalment ibbażati fil-Komunità jekk l-uffiċċji nazzjonali tal-Istati Membri kollha jiggarantixxu flimkien, kull wieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali proprja tiegħu dwar assigurazzjoni obbligatorja, ħlas ta’ talbiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom ikkaġunati minn dawk il-vetturi.

2.   Malli jkun ġie aċċertat, b’kooperazjoni mill-qrib mal-Istati Membri, li l-obbligi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ikunu ġew adottati, il-Kummissjoni għandha tiffissa d-data li minnha, u t-tipi ta’ vetturi li dwarhom, l-Istati Membri ma jkunux aktar jeħtieġu l-produzzjoni tad-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

KAPITOLU 3

AMMONTI MINIMI TA’ KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI OBBLIGATORJA

Artikolu 9

Ammonti minimi

1.   Mingħajr preġudizzju għal xi garanziji ogħla li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, kull Stat Membru għandu jesiġi li l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tkun obbligatorja mill-inqas fir-rigward tal-ammonti li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ ħsara personali, ammont minimu kopert ta’ EUR 1 000 000 għal kull vittma jew EUR 5 000 000 għal kull pretensjoni, ikun x’ikun in-numru ta’ vittmi;

(b)

fil-każ ta’ ħsara lill-proprjetà, EUR 1 000 000 għall kull talba, ikun x’ikun in-numru ta’ vittmi.

Jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perijodu ta’ tranżizzjoni li jibqa’ sejjer sa’ mhux iktar tard mill-11 ta’ Ġunju 2012, li fih jadattaw l-ammonti minimi tagħhom għall-ammonti li jidhru fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri li jistabbilixxu dan il-perijodu ta’ tranżizzjoni għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni u jindikaw it-tul tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Madanakollu, sa’ mhux iktar tard mill-11 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri għandhom iżidu l-garanziji għal mill-inqas nofs tal-livelli msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   Kull ħames snin mill-11 ta’ Ġunju 2005 jew fi tmiem kull perjodu ta’ tranżizzjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ammonti msemmija f’dak il-paragrafu għandhom jiġu riveduti skont l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (IEPK), kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2494/95.

L-ammonti għandhom jiġu aġġustati awtomatikament. Tali ammonti għandhom jiżdiedu bil-bidla perċentewali indikata mill-IEPK għall-perijodu rilevanti, jew aħjar, il-ħames snin li jiġu minnufih qabel ir-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, u li jinġiebu lejn l-eqreb multiplu sa EUR 10 000.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-ammonti aġġustati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 4

KUMPENS GĦAL KULL ĦSARA KAWŻATA MINN VETTURA LI MA TKUNX IDENTIFIKATA JEW VETTURA LI GĦALIHA L-OBBLIGU TA’ ASSIGURAZZJONI MSEMMI FL-ARTIKOLU 3 MA JKUNX ĠIE SODISFATT

Artikolu 10

Korp responsabbli għall-għoti ta’ kumpens

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens, mill-inqas sal-limiti tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal ħsara lill-proprjetà jew danni persunali kkawżati minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt.

L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jqisu kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprovdu għall-ħlas ta’ pretensjonijiet bejn il-korp u l-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident u assiguraturi oħra jew korpi ta’ siġurta soċjali meħtieġa li jikkumpensaw il-vittma fir-rigward tal-istess inċident. Iżda, l-Istati Membri jistgħu ma jħallux il-korp li jagħmel il-ħlas għall-kumpens kondizzjonali fuq il-vittma li tistabbilixxi b’xi mod li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tkun qed tirrifjuta li tħallas.

2.   Il-vittma tista’ f’kull każ tapplika direttament lill-korp li, abbażi ta’ informazzjoni provduta fuq talba tal-korp mill-vittma, għandu jkun obbligat li jagħtiha tweġiba raġunata dwar il-ħlas ta’ xi kumpens.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp fir-rigward ta’ persuni li jkunu daħlu volontarjament fil-vettura li tkun ikkawżat it-telf jew il-korriment meta l-korp jkun jista’ jġib provi li kienu jafu li l-vettura ma kinitx assigurata.

3.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-ħlas ta’ kumpens mill-korp fil-każ ta’ ħsara lil proprjetà kkawżata minn vettura li ma tkunx identifikata.

Madankollu, fejn il-korp ikun ħallas kumpens għal danni personali sinifikanti lil kull vittma tal-istess inċident fejn il-ħsara lill-proprjetà tkun ġiet ikkawżata minn vettura li ma tkunx identifikata, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu l-ħlas ta’ kumpens għal danni lill-proprjetà fuq il-bażi li l-vettura ma tkunx ġiet identifikata. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċess ta’ mhux iktar minn EUR 500 li għandu jagħmel tajjeb għalih il-vittma tal-imsemmija ħsara lill-proprjetà.

Il-kondizzjonijiet li fihom danni personali għandhom jiġu kkunsidrati sinifikanti għandhom jiġu stabbiliti skont il-leġislazzjoni nazzjonali jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, inter alia, jekk id-dannu kienx jeħtieġ kura fi sptar.

4.   Kull Stat Membru għandu japplika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tiegħu għall-ħlas ta’ kumpens mill-korp, mingħajr preġudizzju għal kull prattika oħra li hi iktar favorevoli għall-vittma.

Artikolu 11

Tilwim

Fil-każ ta’ tilwim bejn il-korp li hemm referenza għalih fl-Artikolu 10(1) u l-assiguratur tar-responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jagħti l-kumpens lill-vittma, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa hekk li wieħed minn dawn il-partijiet ikun iddikjarat bħala li huwa responsabbli fil-prima istanza għall-pagament tal-kumpens mingħajr dewmien lill-vittma.

Jekk finalment ikun deċiż li l-parti l-oħra kellha tħallas l-ammont kollu jew parti mill-kumpens, dik il-part l-oħra għandha tħallas lura kif xieraq lill-parti li tkun għamlet il-pagament.

KAPITOLU 5

KATEGORIJI SPEĊJALI TA’ VITTMI, KLAWSOLI TA’ ESKLUŻJONI, PREMIUM WIEĦED, VETTURI LI JINTBAGĦTU MINN STAT MEMBRU GĦALL-IEĦOR

Artikolu 12

Kategoriji speċjali ta’ vittmi

1.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1), l-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 għandha tkopri r-responsabbiltà għal danni personali tal-passiġġieri kollha, minbarra x-xufier, ikkawżati mill-użu ta’ vettura.

2.   Il-membri tal-familja tad-detentur tal-polza, ix-xufier jew kull persuna oħra li tkun responsabbli taħt il-liġi ċivili fil-każ ta’ inċident, u li r-responsabbilità tagħha tkun koperta mill-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 m’għandhomx ikunu esklużi mill-assigurazzjoni fir-rigward tal-korrimenti personali tagħhom minħabba dik ir-relazzjoni.

3.   L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkopri danni personali u ħsara lill-proprjetà li jsofru dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u dawk li jużaw it-triq mingħajr vettura bil-mutur li, b’konsegwenza ta’ inċident fejn vettura b’mutur tkun involuta, huma intitolati għal kumpens skont il-liġi ċivili nazzjonali.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju kemm għar-responsabbiltà ċivili kif ukoll għall-ammont ta’ kumpens.

Artikolu 13

Klawsoli ta’ esklużjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li kienu vittmi ta’ inċident, fejn dik id-dispożizzjoni statutorja jew klawsola kuntrattwali tkun teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:

(a)

persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għal dan,

(b)

persuni li ma jkollhomx liċenza li tippermettilhom isuqu l-vettura konċernata,

(c)

persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura konċernata.

Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom ikunu daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jkun jista’ juri li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa.

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla — fil-każ ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom — li ma japplikawx id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu jekk u sakemm il-vittma tkun tista’ takkwista kumpens għall-ħsara li tkun saritilha mingħand korp ta’ sigurtà soċjali.

2.   Fil-każ ta’ vetturi misruqa jew miksuba bi vjolenza, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-korp speċifikat fl-Artikolu 10(1) iħallas kumpens minflok l-assiguratur skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-vettura tkun normalment ibbażata fi Stat Membru ieħor, dak il-korp ma jkun jista’ jagħmel ebda talba kontra xi korp f’dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri li, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew miksuba bi vjolenza, jipprovdu li l-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) għandu jħallas kumpens, jistgħu jiffissaw fir-rigward ta’ ħsara lil proprjetà eċċess ta’ mhux aktar minn EUR 250 li għandha tagħmel tajjeb għalih il-vittma.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull dispożizzjoni statutorja jew klawżola kuntrattwali f’polza ta’ assigurazzjoni li teskludi passiġġier minn tali kopertura fuq il-bażi li kien jaf jew messu kien jaf li s-sewwieq tal-vettura kien taħt l-influwenza tal-alkoħol jew ta’ droga fil-ħin tal-inċident, għandu jitqies bħala null fir-rigward tat-talbiet ta’ tali passiġġier.

Artikolu 14

Premium wieħed

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-poloz kollha tal-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li toriġina mill-użu ta’ vetturi:

(a)

jagħtu kopertura, abbażi ta’ premium wieħed u matul l-iskadenza kollha tal-kuntratt, fit-territorju kollu tal-Komunità, inkluż għal kull perjodu meta l-vettura tibqa’ fl-Istati Membri l-oħra matul il-perijodu tal-kuntratt; u

(b)

jiggarantixxu, fuq l-istess bażi tal-istess premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-kopertura meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-kopertura meħtieġa mil-liġi tal-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik tal-aħħar tkun akbar.

Artikolu 15

Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor

1.   B’deroga mit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 88/357/KEE, fejn vettura hi mibgħuta minn Stat Membru wieħed għal ieħor, l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju għandu jiġi kkunsidrat l-Istat Membru destinatarju, minnufih mill-aċċettazzjoni ta’ kunsinna mix-xerrej għal perjodu ta’ tletin ġurnata, anke jekk il-vettura ma tkunx ġiet uffiċċjalment reġistrata fl-Istat Membru destinatarju.

2.   Fil-każ li l-vettura hi involuta f’inċident matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta ma kinitx assigurata, il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru destinatarju għandu jkun responsabbli għall-kumpens previst fl-Artikolu 9.

KAPITOLU 6

STQARRIJA, EĊĊESS, AZZJONI DIRETTA

Artikolu 16

Stqarrija li għandha x’taqsam mat-talbiet tar-responsabbiltà ta’ parti terza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li min ikollu polza ta’ assigurazzjoni jkollu d-dritt li jitlob f’kull ħin stqarrija li għandha x’taqsam mal-pretensjonijiet tar-responsabbiltà ta’ parti terza li jinvolvu vettura jew vetturi koperti minn kuntratt ta’ assigurazzjoni mill-inqas fil-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali, jew man-nuqqas ta’ tali pretensjonijiet.

L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew korp li jista’ jkun maħtur minn Stat Membru biex jipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni obbligatorja jew jipprovdi tali stqarrijiet, għandhom jipprovdu din l-istqarrija lill-persuna li għandha polza ta’ assigurazzjoni fi ħmistax-il jum mit-talba.

Artikolu 17

Eċċess

L-impriżi ta’ assigurazzjoni m’għandhomx jeħtieġu lil xi parti li tkun sofriet ħsara f’inċident li jġorr xi eċċess safejn tikkonċerna l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 18

Dritt ta’ azzjoni diretta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jkunu sofrew ħsara f’inċidenti kkawżati minn vettura koperta mill-assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 għandhom dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili.

KAPITOLU 7

ĦLAS TA’ TALBIET LI JIRRIŻULTAW MINN KULL INĊIDENT IKKAWŻAT MINN VETTURA KOPERTA MINN ASSIGURAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3

Artikolu 19

Proċedura għall-ħlas ta’ talbiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 għall-ħlas ta’ talbiet li jirriżultaw minn kull inċident ikkawżat minn vettura koperta minn assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Fil-każ ta’ talbiet li jistgħu jiġu mħallsa mis-sistema ta’ uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi msemmija fl-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istess proċedura bħal fl-Artikolu 22.

Sabiex tiġi applikata din il-proċedura kull riferenza għal impriża ta’ assigurazzjoni għandha tinftiehem bħala riferenza għall-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-kumpens għall-partijiet li jsofru ħsara f’inċident li jseħħ fi Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza tagħhom

1.   L-iskop tal-Artikoli 20 sa 26 huwa li jkun hemm dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal partijiet li jsofru danni intitolati għal kumpens fir-rigward ta’ kull telf jew korriment li jirriżulta minn inċidenti li jseħħu fi Stat Membru minbarra dak l-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara u li jkunu kkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.

Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni ta’ pajjiżi terzi dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-liġi privata internazzjonali, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ukoll japplikaw għal partijiet li jkunu sofrew ħsara li jkunu residenti fi Stat Membru u intitolati għal kumpens fir-rigward ta’ kull telf jew korriment li jkun jirriżulta minn inċidenti li jseħħu f’pajjiżi terzi li l- uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi tagħhom ikunu issieħbu fis-sistema tal-karta ħadra kull meta dawn l-inċidenti jkunu kkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.

2.   L-Artikoli 21 u 24 għandhom ikunu japplikaw biss fil-każ ta’ inċidenti kkawżati mill-użu ta’ vettura:

(a)

assigurata permezz ta’ stabbiliment fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara; u

(b)

normalment ibbażata fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.

Artikolu 21

Rappreżentanti għal talbiet

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-impriżi kollha ta’ assigurazzjoni li jkopru r-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà ċivili ta’ trasportaturi, jaħtru rappreżentanti responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet f’kull Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikunu rċevew l-awtorizzazzjoni uffiċjali tagħhom.

Ir-rappreżentant tat-talbiet għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-pagament tal-pretensjonijiet li joriġinaw minn inċident fil-każi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 20(1).

Ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet għandu jkun residenti jew stabbilit fl-Istat Membru ta’ fejn hu jkun maħtur.

2.   L-għażla ta’ rappreżentant tagħha għall-pretensjonijiet għandha tkun fid-diskrezzjoni tal-impriża ta’ assigurazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu ma jirrestrinġux din il-liberta’ tal-għażla.

3.   Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet jista’ jaħdem għal impriża ta’ assigurazzjoni waħda jew aktar.

4.   Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandu, fir-rigward ta’ dawn il-pretensjonijiet, jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa b’konnessjoni mal-pagament tal-pretensjonijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jinnegozja l-pagament tal-pretensjonijiet.

Il-ħtieġa li jkun maħtur rappreżentant għall-pretensjonijiet m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-parti li tkun sofriet ħsara jew tal-impriża tagħha ta’ assigurazzjoni li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża tal-assigurazzjoni tagħha.

5.   Rappreżentanti għall-pretensjonijiet għandu jkollhom poteri biżżejjed biex jirrappreżentaw l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara fil-każi li jirreferi għalihom l-Artikolu 20(1) u li jissodisfaw għal kollox it-talbiet tagħhom għal kumpens.

Għandhom ikunu kapaċi li jeżaminaw każi fl-islien jew l-ilsna uffiċjali tal-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.

6.   Il-ħatra ta’ rappreżentant għall-pretensjonijiet ma’ għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l-ftuħ ta’ fergħa fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/49/KEE u r-rappreżentant għall-pretensjonijiet ma’ għandux jitqies bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 88/357/KEE jew bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

Artikolu 22

Proċedura għall-kumpens

L-Istati Membri għandhom joħolqu obbligu, sostenut b’pieni finanzjarji effettivi u sistematiċi xierqa jew amministrattivi ekwivalenti, sabiex, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat il-pretensjoni tagħha għal kumpens jew direttament jew lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha,

(a)

l-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jagħmlu offerta għal kumpens raġunat f’każi meta r-responsabbiltà ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati; jew

(b)

l-impriża ta’ assigurazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba għal kumpens jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jipprovdu tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba f’każi meta r-responsabbiltà tkun miċħuda jew ma tkunx ġiet determinata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament.

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet biex jassiguraw li, meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur, għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ kumpens li toffri l-impriża ta’ assigurazzjoni jew li jingħata mill-qorti lill-parti li tkun sofriet ħsara.

Artikolu 23

Ċentri ta’ informazzjoni

1.   Sabiex persuna li tkun sofriet ħsara jkollha l-possibbiltà li tfittex kumpens, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova ċentru ta’ informazzjoni responsabbli:

(a)

għaż-żamma ta’ reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(i)

in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur normalment ibbażati fit-territorju tal-Istat inkwistjoni;

(ii)

in-numri tal-poloz ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ dawk il-vetturi għar-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, apparti mir-responsabbiltà ċivili ta’ trasportaturi, u meta l-perijodu ta’ validità tal-polza jkun skada, ukoll id-data tat-terminazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni;

(iii)

l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ vetturi għar-riskji klassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà ċivili tat-trasportaturi, u rappreżentanti għall-pretensjonijiet maħtura minn dawn l-impriżi ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva li l-ismijiet tagħhom għandhom ikunu nnotifikati liċ-ċentru ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(iv)

il-lista ta’ vetturi li, f’kull Stat Membru, jibbenefikaw mid-deroga għall- obbligu ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 5(1) u (2);

(v)

rigward il-vetturi previsti fil-punt (iv):

l-isem tal-awtorità jew tal-korp innominat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) bħala responsabbli għall-kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara f’każi meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(2)(a) ma tkunx tapplika, jekk il-vettura tibbenifika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

l-isem tal-korp li jkopri l-vettura fl-Istat Membru fejn normalment tkun ibbażata jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2);

(b)

jew għal koordinazzjoni tal-ġabra u t-tixrid ta’ dik id-data;

(c)

u għall-assistenza tal-persuni intitolati biex isiru jafu bid-data msemmija fil-punti (a) (i) sa (v).

Id-data taħt il-punti (a)(i), (ii) u (iii) għandha tinżamm għal perijodu ta’ seba’ snin wara t-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura jew it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni.

2.   L-impriżi ta’ assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a)(iii) għandhom jinnotifikaw liċ-ċentri ta’ informazzjoni tal-Istati Membri kollha, bl-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet li huma jkunu ħatru skont l-Artikolu 21 f’kull Stat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-parti li tkun sofriet ħsara tkun intitolata għal perjodu ta’ seba’ snin wara l-inċident biex takkwista mingħajr dewmien miċ-ċentru ta’ informazzjoni tal-Istat Membru ta’ fejn għandha r-residenza, tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata jew tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident, din id-data li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-impriża ta’ assigurazzjoni;

(b)

in-numru tal-polza ta’ assigurazzjoni; u

(c)

l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet tal-impriża ta’ assigurazzjoni fl-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.

Iċ-ċentri ta’ informazzjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.

4.   Iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara bl-isem u l-indirizz tas-sid jew ix-xufier normali jew id-detentur tal-vettura jekk il-parti li tkun sofriet ħsara jkollha interess leġittimu fl-akkwist ta’ din l-informazzjoni. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jindirizza partikolarment:

(a)

l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew

(b)

l-aġenzija tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

Jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti li tkun sofriet ħsara, bl-isem tal-awtorità jew tal-korp innominat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) bħala responsabbli biex tikkumpensa l-partijiet li jkunu sofrew ħsara meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(a) ma tkunx tapplika.

Jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti li tkun sofriet ħsara bl-isem tal-korp li jkopri l-vettura fil-pajjiż fejn normalment tkun ibbażata.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, iċ-ċentri ta’ informazzjoni jipprovdu l-informazzjoni speċifikata f’dawk il-paragrafi lil kull parti involuta f’inċident tat-traffiku kkawżat minn vettura koperta mill-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

6.   L-ipproċessar tad-data personali li tirriżulta mill-paragrafi 1 sa 5 għandu jsir skont il-miżuri nazzjonali meħuda skont id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 24

Il-Korpi ta’ kumpens

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova korp ta’ kumpens responsabbli biex jipprovdi kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara fil-każi imsemmija fl-Artikolu 20(1).

Dawk il-partijiet li kunu sofrew ħsara jistgħu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom:

(a)

jekk, fi żmien tliet xhur mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat it-talba tagħha għal kumpens lil impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet, l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha ma jkunux ipprovdew tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba; jew

(b)

jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli taħtar rappreżentant għall-pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara skont l-Artikolu 20(1). F’dan il-każ, il-partijiet li jkunu sofrew ħsara ma jkunux jistgħu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens jekk huma jkunu ppreżentaw talba għal kumpens direttament lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident u jekk ikunu rċevew tweġiba raġunata fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tat-talba.

Il-partijiet li jsofru d-danni ma jistgħux madanakollu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens jekk huma jkunu ħadu azzjoni legali direttament kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni.

Il-korp ta’ kumpens għandu jieħu azzjoni fi żmien xahrejn mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara tippreżenta talba għal kumpens lilu imma għandu jwaqqaf l-intervent tiegħu jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew ir-rappreżentant tagħha għat-talba tagħha, sussegwentament jagħti tweġiba raġunata għat-talba.

Il-korp ta’ kumpens għandu minnufih jinforma:

(a)

lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha kkawża l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet;

(b)

lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza;

(c)

jekk magħrufa, il-persuna li tkun ikkaġunat l-inċident;

li jkunu irċevew talba mill-parti li tkun sofriet ħsara u li ser jagħti tweġiba fi żmien xahrejn mill-preżentazzjonita’ din it-talba.

Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jittrattaw il-kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprovdu għall-pagament ta’ pretensjonijiet bejn dak il-korp u l-persuna jew persuni li kkawżaw l-inċident u l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew korpi tas-sigurtà soċjali oħrajn meħtieġa li jikkumpensaw lill-parti li tkun sofriet ħsara fir-rigward tal-istess inċident. Madanakollu, l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-korp jagħmel il-ħlas ta’ kumpens suġġett għal xi kundizzjonijiet barra minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari l-istabbiliment mill-parti li tkun sofriet ħsara b’tali mod li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tirrifjuta li tħallas.

2.   Il-korp ta’ kumpens li jkun ta kumpens lill-parti li tkun sofriet ħsara fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu għandu jkun intitolat jitlob rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza.

Dan il-korp tal-aħħar għandu jkun surrogat fid-drittijiet tal- parti li tkun sofriet ħsara kontra l-persuna li kkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ assigurazzjoni tagħha safejn il-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara jkun ipprovda kumpens għat-telf jew għall-korriment subit.

Kull Stat Membru huwa obbligat li jirrikonoxxi din is-surroga kif prevista minn kull Stat Membru ieħor.

3.   Dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ:

(a)

wara li jkun ġie konkluż ftehim bejn il-korpi ta’ kumpens stabbiliti jew approvati mill-Istati Membri rigward il-funzjonijiet tagħhom u l-obbligi u l-proċeduri għal rimborż;

(b)

mid-data ffissata mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li dan il-ftehim ikun ġie konkluż.

Artikolu 25

Kumpens

1.   Jekk ikun impossibbli li tkun identifikata l-vettura jew jekk, fi żmien xahrejn wara l-inċident, ma jkunx possibbli li tkun identifikata l-impriża ta’ assigurazzjoni, il-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tagħmel talba għal kumpens lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. L-kumpens għandu jkun ipprovdut skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 u 10. F’dan il-każ, il-korp ta’ kumpens għandu jkollu pretensjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(2):

(a)

meta l-impriża ta’ assigurazzjoni ma tkunx tista’ tiġi identifikata, kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih il-vettura normalment tkun ibbażata;

(b)

fil-każ ta’ vettura li ma tkunx identifikata, kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident;

(c)

fil-każ ta’ vetturi minn pajjiż terz: kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident.

2.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal inċidenti kkawżati minn vetturi minn pajjiżi terzi koperti bl-Artikoli 7 u 8.

Artikolu 26

Korp Ċentrali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiffaċilitaw id-disponibilita’ fi żmien dovut tad-data bażika meħtieġa għall-ħlas tal-pretensjonijiet lill-vittmi, lill-assiguraturi tagħhom jew lir-rappreżentanti legali tagħhom.

Fejn ikun xieraq, din id-data bażika għandha tkun magħmula disponibbli f’forma elettronika f’post għall-ħażna ċentrali f’kull Stat Membru, u tkun aċċessibli mill-partijiet involuti fil-każ fuq talba espressa tagħhom.

Artikolu 27

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma jadottaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw l-applikazzjoni tagħhom. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull emenda għad-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu malajr kemm jista’ jkun.

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet nazzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu, skont it-Trattat, iżommu jew idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għal parti li tkun sofriet ħsara mid-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 29

Tħassir

Id-Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE, 2000/26/KE u 2005/14/KE, kif emendati mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A huma mħassrin, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 31

Id-Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 39.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1.

(4)  ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17.

(5)  ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33.

(6)  ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65.

(7)  Ara l-Anness I, Parti A.

(8)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14.

(9)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.

(10)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(11)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

(12)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.

(13)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(14)  ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 29)

Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE

(ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1)

 

Direttiva tal-Kunsill 72/430/KEE

(ĠU L 291, 28.12.1972, p. 162)

 

Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE

(ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17)

Artikolu 4 biss

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE

(ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17)

 

Anness I, Punt IX.F tal-Att tal-Adeżjoni tal-1985

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 218)

 

Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE

(ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33)

Artikolu 4 biss

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Artikolu 2 biss

Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE

(ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33)

 

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Artikolu 4 biss

Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65)

 

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Artikolu 5 biss

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

 


PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 29)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

72/166/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1973.

72/430/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1973.

84/5/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1987.

fil-31 ta’ Diċembru 1988.

90/232/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1992.

2000/26/KE

fid-19 ta’ Lulju 2002.

fid-19 ta’ Jannar 2003.

2005/14/KE

fil-11 ta’ Ġunju 2007.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 72/166/KEE

Direttiva 84/5/KEE

Direttiva 90/232/KEE

Direttiva 2000/26/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, punti 1 sa 3

 

 

 

Artikolu 1, punti 1 sa 3

Artikolu 1, punt 4, l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 1, punt 4(a)

Artikolu 1, punt 4, it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 1, punt 4(b)

Artikolu 1, punt 4, it-tielet inċiż

 

 

 

Artikolu 1, punt 4(c)

Artikolu 1, punt 4, ir-raba’ inċiż

 

 

 

Artikolu 1, punt 4(d)

Artikolu 1, punt 5

 

 

 

Artikolu 1, punt 5

Artikolu 2(1)

 

 

 

Artikolu 4

Artikolu 2(2), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 2, kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 2, punt (a)

Artikolu 2(2), it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 2, punt (b)

Artikolu 2(2), it-tielet inċiż

 

 

 

Artikolu 2, punt (c)

Artikolu 3(1), l-ewwel frażi

 

 

 

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

Artikolu 3(1), it-tieni frażi

 

 

 

Artikolu 3, it-tieni paragrafu

Artikolu 3(2), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 3, it-tielet paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 3, it-tielet paragrafu, punt (a)

Artikolu 3(2), it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 3, it-tielet subparagrafu, punt (b)

Artikolu 4, kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

 

 

 

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

 

 

 

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, it-tielet frażi

 

 

 

Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ frażi

 

 

 

Artikolu 5(1), il-ħames subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

 

 

 

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

 

 

 

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), it-tielet subparagrafu, l-ewwel frażi

 

 

 

Artikolu 5(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), it-tielet subparagrafu, it-tieni frażi

 

 

 

Artikolu 5(2), il-ħames subparagrafu

Artikolu 5, kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 5, l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 5, it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 5, kliem tal-aħħar

 

 

 

Artikolu 6, it-tieni paragrafu

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 7

Artikolu 7(1)

 

 

 

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)

 

 

 

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

 

 

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 8

 

 

 

 

Artikolu 1(1)

 

 

Artikolu 3, ir-raba’ paragrafu

 

Artikolu 1(2)

 

 

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 1(3)

 

 

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 1(4)

 

 

Artikolu 10(1)

 

Artikolu 1(5)

 

 

Artikolu 10(2)

 

Artikolu 1(6)

 

 

Artikolu 10(3)

 

Artikolu 1(7)

 

 

Artikolu 10(4)

 

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

 

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

 

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

 

Artikolu 2(1), it-tielet inċiż

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c)

 

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-aħħar

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

 

Artikolu 2(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

 

Artikolu 13(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 13(2)

 

Artikolu 3

 

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

 

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 12(1)

 

 

Artikolu 1, it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 13(3)

 

 

Artikolu 1, it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 1(a), l-ewwel frażi

 

Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 1(a), it-tieni frażi

 

Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 2, kliem tal-bidu

 

Artikolu 14, kliem tal-bidu

 

 

Artikolu 2, l-ewwel inċiż

 

Artikolu 14, punt (a)

 

 

Artikolu 2, it-tieni inċiż

 

Artikolu 14, punt (b)

 

 

Artikolu 3

 

 

 

Artikolu 4

 

Artikolu 11

 

 

Artikolu 4(a)

 

Artikolu 15

 

 

Artikolu 4(b), l-ewwel frażi

 

Artikolu 16, l-ewwel paragrafu

 

 

Artikolu 4(b), it-tieni frażi

 

Artikolu 16, it-tieni paragrafu

 

 

Artikolu 4(c)

 

Artikolu 17

 

 

Artikolu 4(d)

Artikolu 3

Artikolu 18

 

 

Artikolu 4(e), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 19, l-ewwel paragrafu

 

 

Artikolu 4(e), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

 

Artikolu 19, it-tieni paragrafu

 

 

Artikolu 4(e), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

 

Artikolu 19, it-tielet paragrafu

 

 

Artikolu 5(1)

 

Artikolu 23(5)

 

 

Artikolu 5(2)

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

 

Artikolu 1(1)

Artikolu 20(1)

 

 

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 20(2)

 

 

 

Artikolu 1(3)

Artikolu 25(2)

 

 

 

Artikolu 2, kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 2, punt (a)

Artikolu 1, punt (6)

 

 

 

Artikolu 2, punt (b)

Artikolu 1, punt (7)

 

 

 

Artikolu 2, punt (c), (d) u (e)

 

 

 

Artikolu 4(1), l-ewwel frażi

Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(1), it-tieni frażi

Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(1), it-tielet frażi

Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(2), l-ewwel frażi

Artikolu 21(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(2), it-tieni frażi

Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 21(3)

 

 

 

Artikolu 4(4), l-ewwel frażi

Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(4), it-tieni frażi

Artikolu 21(4), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(5), l-ewwel frażi

Artikolu 21(5), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(5), it-tieni frażi

Artikolu 21(5), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(6)

Artikolu 22

 

 

 

Artikolu 4(7)

-

 

 

 

Artikolu 4(8)

Artikolu 21(6)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem tal-bidu

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(1)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(2)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(3)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(4)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iv)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5), kliem tal-bidu

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5)(i)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5)(ii)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 5(2), (3) u (4)

Artikolu 23(2), (3) u (4)

 

 

 

Artikolu 5(5)

Artikolu 23(6)

 

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 24(1)

 

 

 

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

Artikolu 24(2), it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(3)

 

 

 

Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6a

Artikolu 26

 

 

 

Artikolu 7, kliem tal-bidu

Artikolu 25(1), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 7, punt (a)

Artikolu 25(1), punt (a)

 

 

 

Artikolu 7, punt (b)

Artikolu 25(1), punt (b)

 

 

 

Artikolu 7, punt (c)

Artikolu 25(1), punt (c)

 

 

 

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 9

 

 

 

Artikolu 10(1) sa (3)

 

 

 

Artikolu 10(4)

Artikolu 28(1)

 

 

 

Artikolu 10(5)

Artikolu 28(2)

 

 

 

 

Artikolu 29

 

 

 

Artikolu 11

Artikolu 30

 

 

 

Artikolu 12

Artikolu 27

Artikolu 9

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 13

Artikolu 31

 

 

 

 

Anness I

 

 

 

 

Anness II


Augša