Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2577

    Aċċellerazzjoni tal-varar tal-enerġija rinnovabbli

    Aċċellerazzjoni tal-varar tal-enerġija rinnovabbli

     

    SOMMARJU TA’:

    Ir-Regolament (UE) 2022/2577 li jistipula qafas biex jitħaffef il-varar ta’ enerġija rinnovabbli

    X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

    • Ir-regolament għandu l-għan li jindirizza l-kriżi tal-enerġija u jnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni Ewropea (UE) fuq il-fjuwils fossili tar-Russja billi jħaffef il-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-varar ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli.
    • Ir-regolament jimmira teknoloġiji li jistgħu jiġu implimentati malajr fit-terminu qasir, jkollhom potenzjal konsiderevoli biex inaqqsu l-konsum tal-gass u, minħabba l-ispiża baxxa operattizzjonali tagħhom, jistgħu jgħinu jnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija.
    • Din hi miżura ta’ emerġenza ibbażata fuq Artikolu 122 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.
    • Minħabba r-riskji sinifikanti assoċjati mal-volatilità tal-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku u s-sigurtà tal-provvista, ir-Regolament emendatorju (UE) 2024/223 jestendi l-applikazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/2257, inizjalment minħabba li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2024, sat-30 ta’ Ġunju 2025.

    PUNTI EWLENIN

    Pjan REPowerEU

    Interess pubbliku prevalenti

    • Taħt dan ir-regolament, l-ippjanar, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ impjanti u installazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli hi preżunta li hi fl-interess pubbliku prevalenti.
    • Dan jippermetti li tali proġetti jibbenefikaw minn valutazzjoni ssimplifikata għal numru ta’ regoli ambjentali inklużi f’direttivi speċifiċi tal-UE.

    Elementi prinċipali

    • Apparat ta’ enerġija solari fuq strutturi artifiċjali
      • Il-proċess tal-ħruġ tal-permessi ma jridx jeċċedi 3 xhur.
      • Il-pannelli solari huma eżentati mill-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali.
      • Permessi għal apparat ta’ enerġija solari ta’ kapaċità sa 50 kW għandhom jiġu kkunsidrata u miftiehma b’mod taċitu xahar mill-applikazzjoni tagħhom jekk ma jkunx hemm kwistjonijiet ta’ sikurezza, stabbiltà jew affidabbiltà tal-grilja.
    • Pompi tas-sħana
      • Il-proċess tal-ħruġ tal-permessi ma jridx jeċċedi xahar għall-istallazzjoni ta’ pompi tas-sħana ta’ taħt il-50 MW u 3 xhur għal pompi tas-sħana mill-art.
      • Għal ċerti kategoriji ta’ pompi tas-sħana, konnessjonijiet tal-grilja mal-grilja tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni huma permessi wara notifika.
    • Repowering ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli
      • Il-proċess tal-għoti ta’ permessi għal proġetti ta’ tiġdid, inklużi l-valutazzjonijiet ambjentali rilevanti kollha, ma għandux jaqbeż 6 xhur.
      • Fejn repowering jwassal għal żieda sa 15% fil-kapaċità tal-impjant tal-enerġija, konnessjonijiet mal-grilja ser ikunu permessi fi żmien 3 xhur

    Kamp ta’ applikazzjoni

    • Ir-regolament japplika għall-proċessi kollha għall-għoti ta’ permessi li għandhom data tal-bidu fil-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu, u ma għandux effett fuq ir-regoli nazzjonali li jistabbilixxu skadenzi iqsar minn dawk stabbiliti fir-regolament.
    • Stati Membri tal-UE jitħallew ukoll japplikaw ir-regolament għal proċessi ta’ ħruġ ta’ permessi pendenti li ma wasslux għal deċiżjoni finali qabel it-30 ta’ Diċembru 2022, diment li l-applikazzjoni tqassar il-proċess u li drittijiet legali li jeżistu diġà ta’ partijiet terzi jkunu ppreservati.

    Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2024/223

    Ir- Regolament Emendatorju (UE) 2024/223 jestendi l-applikazzjoni ta’ xi artikoli u jintroduċi diversi bidliet.

    • Artikolu ġdid jispeċifika li l-valutazzjoni ta’ alternattivi fil-kuntest tal-valutazzjonijiet ambjentali rilevanti għandha tqis kwalunkwe alternattiva li tiżgura l-kisba tal-istess għanijiet bħall-proġett inkwistjoni f’termini ta’ użu tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli bl-użu tal-istess teknoloġija li tiġġedded, fl-istess jew f’qafas ta’ żmien simili u mingħajr ebda spiża ogħla b’mod sinifikanti. Dan l-artikolu ilu japplika mill-11 ta’ Jannar 2024.
    • Mill-1 ta’ Lulju 2024, il-limitu ta’ żmien ta’ 6 xhur għall-proċess tal-għoti tal-permess għat-tiġdid ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli se japplika biss għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu f’żona rinnovabbli apposta.

    MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    Ir-Regolament (UE) 2022/2577 ilu japplika mit-30 ta’ Diċembru 2022. Oriġinarjament dan kien validu għal 18-il xahar u ġie estiż mir-Regolament (UE) 2024/223 wara reviżjoni mill-Kummissjoni.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENTI PRINĊIPALI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2577 tat-22 ta’ Diċembru 2022 lli jistipula qafas biex iħaffef il-varar ta’ enerġija rinnovabbli (ĠU L 335, 29.12.2022, pp. 36–44).

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/223 tat-22 ta’ Diċembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/2577 li jistabbilixxi qafas biex jitħaffef l-użu tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L, 2024/223, 10.01.2024).

    DOKUMENTI RELATATI

    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, pp. 82–209).

    Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2018/2001 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Tlieta — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 1 — Politika ekonomika — Artikolu 122 (ex Artikolu 100 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 98).

    Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26, 28.1.2012, pp. 1–21).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (verżjoni kodifikata) (ĠU L 20, 26.1.2010, pp. 7–25).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, pp. 1–73).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjenti naturali u tal-fawna u flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, pp. 7–50).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 02.05.2024

    Fuq