Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Il-panel huwa l-punt ċentrali tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jevalwa jekk il-parteċipanti u r-riċevituri u persuni u entitajiet oħra li japplikaw għal fondi tal-UE għandhomx jiġu esklużi mill-fondi tal-UE jew ikunu suġġetti għal penali finanzjarji, u jekk dawn is-sanzjonijiet għandhomx jiġu ppubblikati.
Filwaqt li tiżgura d-dritt li l-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jinstemgħu, tibbaża r-rakkomandazzjonijiet taħha fuq fatti u sejbiet minn diversi sorsi, inklużi investigazzjonijiet u deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) adottati mill-awtoritajiet nazzjonali jew organizzazzjonijiet internazzjonali.
Huwa wkoll kompetenti (skont l-Artikolu 93 tar-regolament finanzjarju) li joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar irregolaritajiet finanzjarji li jirriżultaw minn att jew ommissjoni ta’ membru tal-persunal tal-UE.
PUNTI EWLENIN
Il-Kummissjoni Ewropea taħtar President indipendenti ta’ livell għoli tal-bord għal terminu ta’ 5 snin li ma jiġġeddidx. Il-persuna għandha tkun eks-membru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew tal-Qorti tal-Awdituri, jew eks-Direttur-Ġenerali ta’ Istituzzjoni tal-UE għajr il-Kummissjoni. Il-President huwa sostitut minn Viċi President.
Il-President:
jirrappreżenta l-bord, jippresjedi u jippjana l-laqgħat tiegħu u jorganizza l-ħidma tiegħu;
huwa assistit minn segretarjat permanenti;
ilaqqa’ l-bord meta jintalab jagħti rakkomandazzjoni dwar każ.
Il-President jiġi sostitu minn Viċi President li jinħatar taħt l-istess kundizzjonijiet u jissostitwixxi lill-President f’każ li ma jkunx jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu/tagħha.
Il-panel jinkludi wkoll:
żewġ membri permanenti: il-konsulent prinċipali responsabbli għall-“Kwistjonijiet finanzjarji u legali, l-istat tad-dritt, il-prevenzjoni tal-frodi u l-EDES” mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit u persuna oħra maħtura mid-Direttur Ġenerali għall-Baġit;
l-uffiċjal awtorizzanti mitlub;
osservaturi fosthom:
is-servizz legali tal-Kummissjoni li jattendi għal-laqgħat kollha tal-panel;
mill-OLAF u/jew l-UPPE, fejn il-każ jikkonċerna informazzjoni li pprovdew;
uffiċjali tal-awtorizzazzjoni skont liema istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-UE l-każ ikun jikkonċerna;
osservaturi oħra mistiedna mill-President.
Is-segretarjat permanenti huwa taħt l-awtorità tal-President u:
għandu persunal ta’ uffiċjali mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit;
jorganizza l-ħidma tal-bord;
ifassal dokumenti għall-panel;
jivverifika d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni sottomessa;
jidentifika individwi li huma potenzjalment involuti f’każ;
iżomm reġistru tar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-panel;
Kull membru tal-panel jew tas-segretarjat li jqis li jista’ jkollu kunflitt ta’ interess f’każ ma jipparteċipax fil-proċedimenti.
Parteċipazzjoni tal-OLAF:
L-OLAF jikkoopera mill-qrib mal-panel biex jiġu rrispettati d-drittijiet proċedurali u dawk fundamentali u biex jiġu protetti l-informaturi;
L-OLAF jiġi kkonsultat qabel mal-bord jinnotifika persuna jew entità kkonċernata, fejn każ ikun ibbażat fuq informazzjoni trażmessa mill-OLAF — dan isir biex jiġi evitat li ssir ħsara lill-kunfidenzjalità tal-proċeduri legali jew investigazzjonijiet li għadhom għaddejin.
L-UPPE jipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Panel fejn it-talba tal-awtorità tar-rinviju hija bbażata, kollha kemm hi jew parzjalment, fuq informazzjoni trażmessa mill-UPPE.
Riferiment ta’ każijiet lill-panel. Kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni f’istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-UE:
jista’ jirreferi każ lill-bord għar-rakkomandazzjoni tiegħu, billi juża indirizz tal-email kunfidenzjali;
għandu jinforma lill-panel hekk kif isir jaf b’xi informazzjoni li tista’ teskludi persuna jew entità minn fondi tal-UE;
jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja li jkun skopra.
jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-każ, ħlief meta jkun hemm raġunijiet leġittimi konvinċenti biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji;
jirċievu ittra u dokumentazzjoni li jippreżentaw il-fatti tal-każ;
jibagħtu l-kummenti tagħhom permezz ta’ email, ta’ mhux aktar minn 10 paġni u fi żmien 3 ġimgħat (dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu aktar flessibbli f’każijiet kumplessi).
Il-panel:
jagħmel ħiltu biex jilħaq kunsens meta jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu dwar każ li jinvolvi persuna jew entità;
jiddeċiedi b’vot ta’ maġġoranza fin-nuqqas ta’ kunsens, b’vot wieħed għall-President, vot wieħed bejn iż-żewġ membri permanenti (vot maqsum) u vot wieħed għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni involut;
jinnotifika r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-osservaturi u lill-istituzzjoni, lill-korp jew lill-aġenzija li tkun irreferiet il-każ;
jagħmel rakkomandazzjoni fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi każ sakemm il-President ma jiddeċidix li jestendi dan it-terminu, speċjalment sabiex jiżgura d-dritt ta’ smigħ tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati;
il-membri, il-persunal tas-segretarjat u l-persuna kollha l-oħra involuti fil-proċedimenti u fit-tħejjija tagħhom għandhom jirrispettaw l-aktar kunfidenzjalità stretta.
Membri tal-persunal tal-UE. Il-panel:
jista’ jagħti opinjoni dwar jekk membru tal-persunal tal-UE wettaqx irregolarità finanzjarja;
f’ċirkostanzi bħal dawn, jinkludi tliet membri addizzjonali (wieħed mill-korp dixxiplinarju tal-istituzzjoni kkonċernata, wieħed mill-kumitat tal-persunal tiegħu, u wieħed mis-servizz legali tiegħu);
Il-proċedura kontradittorja ssir mill-awtorità tar-rinviju qabel il-każ jiġi eżaminat mill-bord.
Id-deċiżjoni tħassar iż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011) 6109 final u (UE) 2015/2463 li kienu stabbilixxew regoli ta’ proċedura għal bordijiet preċedenti.
Id-deċiżjoni ġiet emendata fit- bid-Deċiżjoni (UE) 2021/1081, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-panel u biex tinkludi s-semmija tal-arranġamenti bejn l-UPPE u l-Kummissjoni.
Operatur ekonomiku. Persuna, entità, negozju jew organizzazzjoni oħra li tipprovdi merkanzija, xogħlijiet jew servizzi.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1220 tas- dwar ir-regoli ta’ proċedura tal-bord imsemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 226, , pp. 7–16).
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1220 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru. 966/2012 (ĠU L 193, , pp. 1–222).