EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1020

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1020 tal-24 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/3195

ĠU L 137, 25/05/2023, p. 1–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1020/oj

25.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1020

tal-24 ta’ Mejju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru, u fost l-oħrajn, mal-operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter (HEMS). Jenħtieġ li tali rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi jiġu aġġornati biex jiġi żgurat li jirriflettu l-ogħla livell fl-iżviluppi u l-aqwa prattika fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru.

(2)

Is-servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter huma fost l-aktar operazzjonijiet diffiċli minn perspettiva ta’ sikurezza minħabba li l-missjoni spiss tkun tikkonsisti f’titjira lejn sit mingħajr stħarriġ minn qabel fi kwalunkwe kundizzjoni tat-temp u taħt pressjoni ta’ ħin biex jiġu salvati n-nies. Jenħtieġ li tali operazzjonijiet jiġu rregolati b’tali mod li jibqgħu sikuri l-ħin kollu.

(3)

L-operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter, li jinkludu operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-muntanji, iżda mhux it-tiftix u s-salvataġġ ta’ inġenji tal-ajru f’diffikultà, huma daqstant ieħor diffiċli meta jitwettqu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter. Għaldaqstant, meta l-operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, jenħtieġ li jiġu rregolati bl-istess mod bħall-operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter.

(4)

Abbażi tad-data disponibbli, ir-riskju ta’ inċidenti minħabba ambjent viżiv degradat, inklużi operazzjonijiet f’temp ħażin u billejl, kif ukoll ir-riskju ta’ kolliżjoni f’inċident jew f’sit ta’ salvataġġ, jenħtieġ li jkompli jittaffa permezz ta’ rekwiżiti għat-tagħmir, proċeduri operattivi standard, u taħriġ tal-ekwipaġġ.

(5)

Jenħtieġ li jiġi żgurat li d-derogi mill-kriterji tal-prestazzjoni tal-ħelikopters japplikaw biss għal siti storiċi fi sptarijiet li jkunu ġew stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, biex jiġi żgurat li jintlaħaq il-livell xieraq ta’ sikurezza. F’siti ta’ sptarijiet li bħalissa jikkwalifikaw għal derogi bħal dawn, jenħtieġ li l-ambjent tal-ostakli jibqa’ ssorveljat u aċċettabbli minn perspettiva ta’ sikurezza.

(6)

Ir-rekwiżiti attwali dwar il-prestazzjoni u l-ossiġenu fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza bil-ħelikopter f’altitudni għolja u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-muntanji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 965/2012 ma jippermettux operazzjonijiet f’altitudnijiet għoljin, madankollu jenħtieġ li jkun possibbli li l-persuni jiġu salvati fi kwalunkwe altitudni. Għaldaqstant jenħtieġ illi r-rekwiżiti applikabbli jiġu emendati.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 140(2), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jiġi adattat għar-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ inġenju tal-ajru mħaddem b’magna kumplessa li kienet inkluża fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), imħassar bir-Regolament (UE) 2018/1139. Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiġi emendat skont dan.

(8)

L-operaturi li bħalissa jwettqu operazzjonijiet tal-HEMS kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ dawn l-operazzjonijiet se jkollhom bżonn biżżejjed żmien biex jimplimentaw bis-sħiħ il-bidliet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għaldaqstant, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament relatati mal-operazzjonijiet tal-HEMS hija differita b’sena. Barra minn hekk, l-applikabbiltà ta’ xi dispożizzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu perjodu ta’ implimentazzjoni itwal, bħal dawk li jintroduċu approvazzjonijiet ġodda jew tagħmir ġdid, rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew rekwiżiti ta’ taħriġ, hija differita aktar.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 216/2008 ħassar id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Id-Direttiva 2004/36/KE ġiet implimentata bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 (5) u (KE) Nru 351/2008 (6). Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti tal-aħħar ġew sostitwiti bir-Regolament (UE) Nru 965/2012, iżda qatt ma tħassru b’mod espliċitu. Għaldaqstant huwa meħtieġ li dawk ir-regolamenti jitħassru.

(10)

L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ħejjiet abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u ressqitu lill-Kummissjoni mal-Opinjoni 08/2022 (7) f’konformità mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(11)

Ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-applikazzjoni ta’ regoli komuni tas-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti mill-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 965/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   B’deroga mill-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV u sal-25 ta’ Mejju 2028, l-operazzjonijiet eżistenti bil-ħelikopter lejn jew minn sit ta’ interess pubbliku (PIS) jistgħu jitwettqu taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri, kull meta d-daqs tal-PIS, tal-ambjent tal-ostakli jew tal-ħelikopter ma jippermettix il-konformità mar-rekwiżiti għat-tħaddim fil-klassi tal-prestazzjoni 1.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bil-kundizzjonijiet li jkunu qed jiġu applikati.”

;

(2)

L-Annessi I, II, III, IV, V, VII u VIII huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 768/2006 u (KE) Nru 351/2008 jitħassru b’effett mill-14 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2024.

Madanakollu:

(a)

il-punt (5)(b) tal-Anness għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2026;

(b)

il-punt (5)(d) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2028 fir-rigward tal-emenda fil-punt SPA.HEMS.110(e) tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(c)

il-punt (5)(f) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-operazzjonijiet tal-HEMS koperti mill-punt (61)(b) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 mill-25 ta’ Mejju 2028;

(d)

il-punt (5)(g) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-operazzjonijiet tal-HEMS koperti mill-punt (61)(b) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 mill-25 ta’ Mejju 2026;

(e)

il-punti (6) u (7) tal-Anness għandhom japplikaw mill-14 ta’ Ġunju 2023.

(f)

l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw il-formola stabbilita fl-Appendiċi II tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 kif emendat bil-punt (2)(b) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament biss meta joħorġu ċertifikati ġodda tal-operatur tal-ajru, jew meta jagħmlu bidliet fiċ-ċertifikati eżistenti, f’konformità mal-punti ARO.GEN.310 jew ARO.GEN.330 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza ta’ ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema tal-informazzjoni (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 16).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 351/2008 tas-16 ta’ April 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fir-rampa ta’ inġenji tal-ajru li jużaw ajruporti tal-Komunità (ĠU L 109, 19.4.2008, p. 7).

(7)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions


ANNESS

L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (61) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(61)

“titjira tal-HEMS” tfisser titjira b’ħelikopter li jopera taħt approvazzjoni tal-HEMS, fejn trasport immedjat u rapidu huwa essenzjali u li l-għan tagħha huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

li tiffaċilita l-assistenza medika ta’ emerġenza billi ġġorr wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

persunal mediku;

(ii)

provvisti mediċi (tagħmir mediku, demm, organi, mediċini);

(iii)

persuni morda jew imweġġgħin u persuni oħra li jkunu involuti b’mod dirett;

(b)

li twettaq operazzjoni fejn persuna tiffaċċja riskju imminenti jew antiċipat għas-saħħa kkawżat mill-ambjent u tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

dik il-persuna jeħtieġ li tiġi salvata jew ipprovduta bi provvisti;

(ii)

persuni, annimali jew tagħmir jeħtieġ li jiġu ttrasportati lejn u mis-sit tal-operat tal-HEMS;”;

(b)

jiddaħħal il-punt (61a) li ġej:

“(61a)

“operazzjoni tal-HEMS HEC” tfisser operazzjonijiet fl-ajru u fuq l-art għall-finijiet tat-trasport ta’ persuna waħda jew aktar bħala merkanzija esterna umana (HEC) f’titjira tal-HEMS;”;

(c)

il-punt (62) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(62)

“bażi operattiva tal-HEMS” tfisser ajrudrom li fih il-membri tal-ekwipaġġ u l-ħelikopter tal-HEMS jistgħu jkunu fuq standby għal operazzjonijiet tal-HEMS;”;

(d)

il-punt (63) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(63)

“sit tal-operat tal-HEMS” tfisser sit magħżul mill-kmandant waqt titjira tal-HEMS għal operazzjoni tal-HEMS HEC jew inżul jew tlugħ;”;

(e)

il-punt (118) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(118)

“membru tal-ekwipaġġ tekniku” tfisser membru tal-ekwipaġġ li jieħu sehem f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru tal-HEMS, tal-HEMS HEC, tal-HHO jew bin-NVIS, minbarra membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew membru tal-ekwipaġġ tal-kabina, assenjat mill-operatur għal dmirijiet fl-inġenju tal-ajru jew fuq l-art bl-għan li jassisti lill-bdot matul operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HEMS HEC, tal-HHO jew bin-NVIS, li jistgħu jeħtieġu t-tħaddim ta’ tagħmir speċjalizzat abbord;”;

(f)

jiżdied il-punt (129) ġdid li ġej:

“(129)

“inġenju tal-ajru mħaddem b’magna kumplessa” għandha tfisser:

(a)

ajruplan:

b’massa tat-tlugħ massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg, jew

iċċertifikat għal konfigurazzjoni massima ta’ passiġġieri bilqiegħda ta’ aktar minn dsatax, jew

iċċertifikat biex jopera b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti, jew

mgħammar b’(a) magna/i turbo-ġett jew b’aktar minn magna turboprop waħda, jew

(b)

ħelikopter iċċertifikat:

(i)

għal massa massima waqt it-tlugħ li taqbeż it-3 175 kg, jew

(ii)

għal konfigurazzjoni massima ta’ passiġġieri bilqiegħda ta’ aktar minn disgħa, jew

(iii)

għal operazzjoni b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti, jew

(c)

inġenju tal-ajru b’sistema tilt rotor;”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt ARO.OPS.220 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ARO.OPS.220

Approvazzjoni ta’ operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn jew minn sit ta’ interess pubbliku

(a)

Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ approvazzjoni għal operazzjoni ta’ ħelikopter lejn jew minn sit ta’ interess pubbliku, jew għal bidliet fiha, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-applikazzjoni f’konformità mal-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV u għandha twettaq kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali tal-operatur kif meqjus meħtieġ.

(b)

L-approvazzjoni msemmija fil-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV għandha tinkludi lista tas-sit jew tas-siti ta’ interess pubbliku u tat-tip jew tat-tipi ta’ ħelikopter speċifikati mill-operatur u li għalihom tapplika l-approvazzjoni.

(c)

L-approvazzjoni għandha tapplika biss għal siti ta’ interess pubbliku stabbiliti qabel l-1 ta’ Lulju 2002, jew għal siti ta’ interess pubbliku stabbiliti qabel it-28 ta’ Ottubru 2014 u li għalihom tkun ġiet innotifikata deroga mill-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV mogħtija skont l-Artikolu 6(6) lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.

(d)

Jekk jiġu nnotifikati jew skoperti bidliet fl-ambjent bl-ostakli f’sit ta’ interess pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk l-approvazzjonijiet li tat li jkopru l-operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn jew minn dak is-sit jibqgħux validi. Meta bidliet permanenti fl-ambjent bl-ostakli jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq is-sikurezza, għandu japplika dan li ġej:

(1)

l-awtorità kompetenti għandha tillimita l-privileġġi tal-approvazzjonijiet rilevanti mogħtija skont il-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV biex teskludi l-operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn u minn dak is-sit u tneħħi s-sit mil-lista mehmuża mal-approvazzjoni skont il-punt (b);

(2)

is-sit ma għandux jibqa’ jikkwalifika għal approvazzjoni ta’ sit ta’ interess pubbliku skont il-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV;

(3)

meta jitneħħew l-ostakli l-ġodda, l-operaturi jistgħu japplikaw jew jerġgħu japplikaw għal approvazzjoni għal operazzjoni bil-ħelikopter skont il-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV għas-sit partikolari.

(e)

L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti approvazzjoni skont il-punt CAT.POL.H.225 tal-Anness IV għal sit ta’ interess pubbliku li qabel kien operat fil-klassi tal-prestazzjoni 1 wara bidla fl-ambjent bl-ostakli.”;

(b)

L-Appendiċi II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi II

Image 1

Image 2

(1)

Id-dettalji ta’ kuntatt tat-telefown tal-awtorità kompetenti, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż. Posta elettronika li għandha tiġi pprovduta kif ukoll faks jekk disponibbli.

(2)

Jiddaħħal in-numru taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) assoċjat.

(3)

Jiddaħħal l-isem reġistrat tal-operatur u l-isem kummerċjali tal-operatur, jekk ikun differenti. Daħħal “Dba” qabel l-isem kummerċjali (għal “Doing business as” - qed jopera bħala).

(4)

Data tal-ħruġ tal-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.

(5)

Jiddaħħal l-isem tal-ICAO tal-għamla, il-mudell u s-serje tal-inġenju tal-ajru, jew tas-serje ta’ referenza tal-inġenju tal-ajru, f’każ li tkun ġiet stabbilita serje (pereżempju “Boeing-737-3K2” jew “Boeing-777-232”).

(6)

Il-marki tar-reġistrazzjoni huma mniżżlin fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F’dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat. F’każ li mhux l-approvazzjonijiet speċifiċi kollha japplikaw għall-mudell tal-inġenju tal-ajru, il-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jistgħu jiddaħħlu fil-kolonna tar-rimarki fl-approvazzjoni speċifika relatata.

(7)

Tip ta’ trasportazzjoni oħra li għandha tiġi speċifikata (pereżempju servizz mediku ta’ emerġenza).

(8)

Lista taż-żona ġeografika/żoni ġeografiċi ta’ operazzjoni awtorizzata (billi jingħataw il-koordinati ġeografiċi jew ir-rotot speċifiċi, ir-reġjun ta’ informazzjoni tat-titjira jew il-fruntieri nazzjonali jew reġjonali).

(9)

Lista tal-limitazzjonijiet speċjali applikabbli (pereżempju VFR biss, Binhar biss, eċċ.).

(10)

F’din il-kolonna, niżżel il-kriterji l-iktar permissivi għal kull approvazzjoni jew it-tip ta’ approvazzjoni (bil-kriterji x-xierqa).

(11)

Tiddaħħal l-RVR minima għat-tlugħ approvata f’metri. Tista’ tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni f’każ li jingħataw approvazzjonijiet differenti.

(12)

Tiddaħħal il-kategorija ta’ avviċinament ta’ preċiżjoni applikabbli: CAT II jew CAT III. Jiddaħħal il-valur minimu tar-RVR f’metri u tad-DH f’piedi. Għandha tintuża linja waħda għal kull kategorija ta’ avviċinament imniżżla.

(13)

Jiddaħħal kreditu operattiv applikabbli: SA CAT I, SA CAT II, EFVS, eċċ. Jiddaħħal il-valur minimu tar-RVR f’metri u tad-DH f’piedi. Għandha tintuża linja waħda għal kull kreditu operattiv.

(14)

Il-kaxxa “Mhux applikabbli” tista’ tiġi mmarkata biss jekk il-limitu massimu tal-inġenju tal-ajru jkun inqas minn FL290.

(15)

L-operazzjonijiet fuq distanza estiża (ETOPS) bħalissa japplikaw biss għall-inġenji tal-ajru b’żewġ magni. Għaldaqstant, il-kaxxa “Mhux applikabbli” tista’ tiġi mmarkata jekk il-mudell tal-inġenju tal-ajru jkollu inqas jew iktar minn żewġ magni.

(16)

Id-distanza tal-limitu tista’ titniżżel ukoll (f’NM), kif ukoll it-tip ta’ magna.

(17)

In-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN): tintuża linja waħda għal kull approvazzjoni speċifika ta’ PBN kumplessa (pereżempju RNP AR APCH), bil-limitazzjonijiet xierqa mniżżla fil-kolonni tal-“Ispeċifikazzjonijiet” jew tar-“Rimarki”, jew fit-tnejn. Approvazzjonijiet speċifiċi għall-proċedura għal proċeduri speċifiċi ta’ RNP AR APCH jistgħu jitniżżlu fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. Fl-aħħar każ, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(18)

Speċifika jekk l-approvazzjoni speċifika hijiex limitata għal ċerti estremitajiet tar-runway u/jew tal-ajrudromi, jew għat-tnejn.

(19)

Tiddaħħal il-kombinazzjoni partikolari tal-qafas jew il-magna tal-inġenju tal-ajru.

(20)

L-approvazzjoni biex jitwettqu l-kors tat-taħriġ u l-eżami għandha timtela mill-applikanti għal attestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011.

(21)

L-approvazzjoni għall-ħruġ ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina kif speċifikat fl-Anness V (il-Parti-CC) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(22)

Tiddaħħal il-lista tal-applikazzjonijiet tat-tip B EFB flimkien mar-referenza tal-hardware EFB (għall-EFBs portabbli). Din il-lista jew tinsab fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew fil-manwal tal-operat. F’dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet relatati għandu jkollhom referenza għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(23)

L-isem tal-persuna jew tal-organizzazzjoni li għandha r-responsabbiltà li tiżgura li tinżamm l-ajrunavigabbiltà kontinwata tal-inġenju tal-ajru u referenza għar-regolament li jeżiġi dan ix-xogħol, jiġifieri s-Subparti G tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

(24)

Hawnhekk jistgħu jiddaħħlu approvazzjonijiet jew data oħra, fejn tintuża linja waħda (jew blokka waħda b’għadd ta’ linji) għal kull awtorizzazzjoni (eż. għall-operazzjonijiet ta’ nżul fil-qosor, għall-operazzjonijiet ta’ avviċinament wieqaf, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter lejn/minn sit ta’ interess pubbliku, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter f’ambjent ostili li jinsab ’il barra minn żona konġestjonata, għall-operazzjonijiet bil-ħelikopter mingħajr kapaċità ta’ nżul ta’ emerġenza sikur, għall-operazzjonijiet b’angoli ta’ inklinazzjoni laterali miżjuda, għad-distanza massima minn ajrudrom xieraq għall-ajruplani b’żewġ magni mingħajr approvazzjoni tal-ETOPS).

Il-formola 139 tal-EASA Ħarġa 8

”;

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt ORO.TC.110 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Wara t-tlestija tat-taħriġ inizjali, tat-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur, u tat-taħriġ dwar id-differenzi, u wara kwalunkwe titjira ta’ familjarizzazzjoni meħtieġa, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jgħaddi minn kontroll sabiex juri l-ħiliet tiegħu fit-twettiq tal-proċeduri normali u ta’ emerġenza.”;

(ii)

jiżdiedu l-punti (d) u (e) li ġejjin:

“(d)

Il-kontrolli li jsegwu t-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur u kwalunkwe titjira ta’ familjarizzazzjoni meħtieġa għandhom isiru qabel wieħed jopera bħala membru tal-ekwipaġġ tekniku meħtieġ f’operazzjonijiet tal-HEMS, tal-HHO jew fin-NVIS.

(e)

Il-validità tal-kontroll tal-membru tal-ekwipaġġ tekniku biex tintwera l-profiċjenza tiegħu fit-twettiq tal-proċeduri normali u ta’ emerġenza għandha tkun ta’ 12-il xahar kalendarju.”;

(b)

il-punt ORO.TC.130 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ORO.TC.130

Titjiriet ta’ familjarizzazzjoni

Jekk it-taħriġ ta’ adattament organizzat mill-operatur ma jinkludix taħriġ f’inġenju tal-ajru/FSTD, kull membru tal-ekwipaġġ tekniku għandu jwettaq titjiriet ta’ familjarizzazzjoni.”.

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt CAT.POL.H.215 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-massa tal-ħelikopter u r-rotta tat-titjira fil-punti kollha tul ir-rotta, bil-magna kritika wieqfa u bil-kundizzjonijiet meteoroloġiċi kif mistennija għat-titjira, għandhom jippermettu konformità ma’ kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

(1)

meta jkun ippjanat li t-titjira titwettaq fi kwalunkwe ħin mingħajr ma jkun jidher wiċċ l-art, il-massa tal-ħelikopter għandha tippermetti rata ta’ tlugħ ta’ mill-inqas 50 pied kull minuta, bil-magna kritika wieqfa, f’altitudni ta’ mill-inqas 300 metru (1 000 pied), jew 600 metru (2 000 pied) fil-każ ta’ żoni b’art muntanjuża, ’il fuq mill-art u mill-ostakli rilevanti kollha li jkun hemm tul ir-rotta;

(2)

meta jkun ippjanat li t-titjira titwettaq f’VMC b’wiċċ l-art jidher, il-passaġġ tat-titjira għandu jippermetti lill-ħelikopter ikompli t-titjira mill-altitudni ta’ veloċità regolari sa għoli ta’ 300 metru (1 000 pied) ’il fuq minn sit ta’ nżul fejn ikun jista’ jitwettaq inżul skont il-punt CAT.POL.H.220; il-passaġġ tat-titjira għandu jgħaddi minn mal-art u minn mal-ostakli kollha tul ir-rotta f’distanza vertikali ta’ mill-inqas 300 metru (1 000 pied) minnhom, jew 600 metru (2 000 pied) minnhom fil-każ ta’ żoni b’art muntanjuża; Jistgħu jintużaw it-tekniki ta’ nżul progressiv;

(3)

meta jkun ippjanat li t-titjira titwettaq f’VMC b’wiċċ l-art jidher, il-passaġġ tat-titjira għandu jippermetti lill-ħelikopter ikompli t-titjira mill-altitudni ta’ veloċità regolari sa għoli ta’ 300 metru (1 000 pied) ’il fuq minn sit ta’ nżul fejn ikun jista’ jitwettaq inżul skont il-punt CAT.POL.H.220, mingħajr ma l-ħelikopter qatt jittajjar f’altitudni li tkun taħt l-altitudni minima x-xierqa tat-titjira; L-ostakli għandhom jitqiesu f’distanza fuq kull naħa tar-rotta kif speċifikat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-altitudni minima tat-titjira fil-VFR.”;

(ii)

il-punt (c) jitħassar;

(b)

il-punt CAT.POL.H.225 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

is-sit kien ġie stabbilit bħala sit ta’ interess pubbliku qabel l-1 ta’ Lulju 2002, jew is-sit kien ġie stabbilit bħala sit ta’ interess pubbliku qabel it-28 ta’ Ottubru 2014 u tkun ġiet innotifikata deroga minn dan il-punt mogħtija skont l-Artikolu 6(6) lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija qabel l-14 ta’ Ġunju 2023;”

(ii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Għal kull PIS, il-manwal tal-operat għandu jinkludi dan kollu li ġej: dijagramma, jew ritratt annotat, li juri l-aspetti ewlenin, id-dimensjonijiet, in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-kategorija tal-prestazzjoni 1, il-perikli prinċipali u l-pjan ta’ kontinġenza f’każ li jseħħ inċident.”;

(iii)

jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

L-operatur għandu jżomm l-informazzjoni pprovduta fil-punt (c) aġġornata u għandu jinnotifika kwalunkwe bidla fiha lill-awtorità kompetenti. Meta l-operazzjonijiet isiru fi Stat Membru ieħor, l-operatur għandu jinnotifika wkoll lill-awtorità ta’ dak l-Istat.”;

(c)

fil-punt CAT.POL.H.420, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Sabiex jikseb u jżomm approvazzjoni bħal din, l-operatur għandu:

(1)

iwettaq biss l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) fiż-żoni u skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-approvazzjoni;

(2)

IMĦALLI VOJT INTENZJONALMENT

(3)

għandu jiġġustifika l-fatt li l-limitazzjonijiet tal-ħelikopter, jew kunsiderazzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu ġġustifikati, jipprekludu l-użu tal-kriterji x-xierqa tal-prestazzjoni;

(4)

ikun approvat skont il-punt CAT.POL.H.305(b).”;

(5)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt SPA.NVIS.110, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

In-NVGs kollha meħtieġa fuq titjira bin-NVIS għandhom ikunu tal-istess klassi tal-filtru u għandhom jipprovdu għal akutezza viżiva ekwivalenti biżżejjed.”;

(b)

fil-punt SPA.HEMS.100, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

L-operazzjonijiet ta’ billejl lejn HEMS mhux sorveljati minn qabel li joperaw barra miż-żoni kkonġestjonati li jipprovdu biżżejjed dawl ambjentali artifiċjali għandhom jitwettqu skont approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-punt SPA.NVIS.100.”;

(c)

jiddaħħal il-punt SPA.HEMS.105 li ġej:

SPA.HEMS.105

Operazzjonijiet tal-HEMS HEC

(a)

L-operazzjonijiet tal-HEMS HEC jistgħu jitwettqu flimkien ma’ punt minn dawn li ġejjin:

(1)

irfigħ bil-ħelikopter, skont il-kundizzjonijiet preskritti fis-Subparti I (Operazzjonijiet ta’ Rfigħ bil-Ħelikopter);

(2)

tagħmir tat-twaħħil għall-irfigħ, skont il-kundizzjonijiet preskritti fil-punt (b).

(b)

Għall-operazzjonijiet tal-HEMS HEC imwettqa b’tagħmir tat-twaħħil għall-irfigħ, l-operatur għandu:

(1)

jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt SPO.SPEC.HEC.105 tal-Anness VIII;

(2)

juża ganċ doppju tal-merkanzija approvat, jew sistema ta’ ganċ tal-merkanzija approvata skont standard tal-ajrunavigabbiltà rilevanti;

(3)

jillimita l-operazzjonijiet għall-fażi teknika tat-titjira għas-salvataġġ ta’ persuni midruba, morda jew fil-periklu, jew biex iġorr persuni li huma meħtieġa għall-missjoni;

(4)

jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tekniku jkunu mgħammra, imħarrġa, kkontrollati u infurmati b’mod adegwat;

(5)

jiżviluppa SOPs tal-HEMS HEC speċifiċi, wara l-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt SPA.HEMS.140;

(6)

jiżgura li l-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira involuti f’operazzjonijiet tal-HEMS HEC ikunu esperjenzati, imħarrġa u kkontrollati għal operazzjonijiet tal-HEMS HEC, u jkollhom esperjenza reċenti ta’ tali attività.”;

(d)

il-punt SPA.HEMS.110 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SPA.HEMS.110

Rekwiżiti ta’ tagħmir għal operazzjonijiet HEMS

(a)

L-installazzjoni tat-tagħmir mediku apposta kollu fuq ħelikopter u kwalunkwe modifika sussegwenti għal dak it-tagħmir u, fejn ikun xieraq, it-tħaddim tiegħu, għandhom jiġu approvati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Għal titjiriet VFR fuq rotot navigati b’referenza għal għeliem viżwali, il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b’apparat li jipprovdi l-wiri ta’ mappa li tiċċaqlaq bil-pożizzjoni u bl-ostakli għall-bastiment. Il-bażi(jiet) tad-data tal-mappa u tal-ostakli għandhom jinżammu aġġornati.

(c)

B’deroga mill-punt CAT.IDE.H.240 tal-Anness IV, ħelikopters kumplessi u mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’HEMS b’MOPSC ta’ disa’ jew inqas għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ossiġenu applikabbli għal ħelikopters kumplessi u mingħajr pressjoni.

(d)

B’deroga mill-punti CAT.OP.MPA.285 u CAT.IDE.H.240 tal-Anness IV, eskursjonijiet qosra ta’ iktar minn 13 000 pied mingħajr l-użu ta’ ossiġenu supplimentari jistgħu jsiru binhar, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

l-eskursjoni ta’ iktar minn 13 000 pied tkun meħtieġa għall-imbark/l-iżbark tal-persuni jew għal operazzjonijiet tal-HEMS HEC;

(2)

it-titjira ma ssirx f’għoli ta’ iktar minn 16 000 pied;

(3)

it-tul ta’ żmien tal-eskursjoni ’l fuq minn 10 000 pied mingħajr ossiġenu jkun limitat għal 30 minuta f’missjoni tal-HEMS;

(4)

l-informazzjoni dwar is-sikurezza skont il-punt CAT.OP.MPA.170 tal-Anness IV tinkludi informazzjoni adegwata għall-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri dwar l-effetti tal-ipossija;

(5)

L-SOPs ikunu inklużi fil-manwal tal-operat li jkopri l-punti (1) sa (4);

(6)

l-esperjenza tal-operatur fit-twettiq ta’ operazzjonijiet f’altitudnijiet għoljin mingħajr l-użu ta’ ossiġenu supplimentari tkun adegwata għall-operazzjonijiet li għandhom jitwettqu;

(7)

l-esperjenza tal-membri individwali tal-ekwipaġġ u l-adattament fiżjoloġiku tagħhom għal altitudnijiet għoljin huma adegwati għall-operazzjonijiet li għandhom jitwettqu;

(8)

il-membri tal-ekwipaġġ kollha involuti fl-operazzjonijiet ikunu rċevew taħriġ inizjali u rikorrenti fl-ipossija;

(9)

l-ebda wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ involuti fl-operazzjonijiet ma jkun ġie dijanjostikat b’kundizzjoni medika li tista’ twassal għall-ipossija.

(e)

Għal operazzjonijiet bi bdot wieħed billejl, il-ħelikopter għandu jkun mgħammar kif ġej:

(1)

għal ħelikopter li jkun inħariġlu CofA individwali għall-ewwel darba qabel il-25 ta’ Mejju 2024 jew qabel dan, b’sistema xierqa ta’ żieda fl-istabbiltà jew b’awtopilota;

(2)

għal ħelikopter li jkun inħariġlu CofA inizjali għall-ewwel darba fil-25 ta’ Mejju 2024 jew wara, b’awtopilota.

(f)

Għall-operazzjonijiet tal-HEMS binhar, il-ħelikopter għandu jkun mgħammar bl-istrumenti tat-titjira meħtieġa skont il-punti (a) (6) u (a) (7) tal-punt CAT.IDE.H.130 tal-Anness IV.

(g)

Il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b’altimetru bir-radju li jkun jista’ joħroġ ħoss ta’ twissija taħt għoli stabbilit minn qabel u juri twissija viżwali f’għoli li jista’ jintgħażel mill-bdot.

(h)

L-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa fil-punti (e) u (g) għandhom jiġu approvati f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà.

(i)

L-operatur għandu jiżgura li l-informazzjoni rilevanti kollha tiġi ddokumentata fil-lista tat-tagħmir minimu.”;

(e)

il-punt SPA.HEMS.120 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SPA.HEMS.120

Valuri minimi operattivi tal-HEMS

(a)

It-titjiriet tal-HEMS operati skont il-VFR għandhom ikunu konformi mal-valuri minimi tat-temp speċifiċi għall-HEMS għall-fażi tad-dispaċċ u matul ir-rotta tat-titjira tal-HEMS.

(b)

F’każ li l-kundizzjonijiet tat-temp jinżlu taħt il-valuri minimi mogħtija għall-bażi tas-sħab jew għall-viżibilità matul il-fażi ta’ waqt ir-rotta, il-ħelikopters iċċertifikati biss għal titjiriet bil-VMC, għandhom jabbandunaw it-titjira jew jirritornaw lejn il-bażi. Il-ħelikopters mgħammra u ċċertifikati għall-operazzjonijiet f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi bl-istrument (IMC) jistgħu jabbandunaw it-titjira, jirritornaw lejn il-bażi jew jikkonvertu t-titjira fl-aspetti kollha tagħha għal waħda mwettqa skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR), diment li l-ekwipaġġ tat-titjira jkun ikkwalifikat b’mod xieraq għal dan.

(c)

Il-valuri minimi operattivi tal-VFR għandhom ikunu kif definiti mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, ħlief fil-każijiet li ġejjin fejn jistgħu jintużaw limiti, viżibilità u distanzi vertikali mill-ostakli mnaqqsa:

(1)

operazzjonijiet b’aktar minn bdot wieħed;

(2)

operazzjonijiet bi bdot wieħed b’membru tal-ekwipaġġ tekniku bilqiegħda f’sit ta’ quddiem li jħares ’il quddiem, li huwa kkwalifikat kif xieraq u inkarigat biex itaffi r-riskju addizzjonali.”;

(f)

il-punt SPA.HEMS.125 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SPA.HEMS.125

Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-operazzjonijiet tal-HEMS

(a)

L-operazzjonijiet fil-kategorija tal-prestazzjoni 3 f’ambjent ostili għandhom jitwettqu biss jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Is-sit tal-operat tal-HEMS użat għall-operazzjonijiet ta’ tlugħ, inżul jew HEMS HEC ikun jinsab ’il fuq minn altitudni ta’ 7 000 pied u l-ħelikopter ikun iċċertifikat bħala Kategorija A jew ekwivalenti, kif determinat mill-Aġenzija;

(2)

L-operazzjoni ppjanata tal-HEMS ma teħtieġx it-trasport ta’ persunal mediku, provvisti mediċi jew persuni morda jew imweġġgħin, u l-ħelikopter ikun iċċertifikat bħala Kategorija A jew ekwivalenti, kif determinat mill-Aġenzija, jew inkella jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-ħelikopter ikun mgħammar b’sistemi tal-fjuwil reżistenti għall-ħabtiet;

(ii)

il-ħelikopter ikun mgħammar b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ trażżin għan-naħa ta’ fuq tat-torso għall-użu fuq kull sit tal-passiġġieri għal kull passiġġier li jkollu età ta’ 24 xahar jew aktar;

(iii)

l-altitudni ta’ mill-inqas wieħed mis-siti operattivi tal-HEMS li jintużaw matul l-operazzjoni tal-HEMS ma tkunx inqas minn 3 000 pied;

(iv)

l-operatur ikun ingħata approvazzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt CAT.POL.H.420 tal-Anness IV;

(3)

Mill-inqas sit wieħed tal-operat tal-HEMS użat għat-tlugħ, għall-inżul jew għall-operazzjonijiet tal-HEMS HEC matul l-operazzjoni tal-HEMS ikun jinsab f’altitudni ta’ 8 000 pied jew ogħla u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-ħelikopter ikun mgħammar b’sistemi tal-fjuwil reżistenti għall-ħabtiet;

(ii)

il-ħelikopter ikun mgħammar b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ trażżin għan-naħa ta’ fuq tat-torso għall-użu fuq kull sit tal-passiġġieri għal kull passiġġier li jkollu età ta’ 24 xahar jew aktar;

(iii)

ħelikopter iċċertifikat bħala Kategorija A jew ekwivalenti, kif determinat mill-Aġenzija, ma jkunx disponibbli jew adattat għall-operazzjoni minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(A)

marġnijiet insuffiċjenti tal-prestazzjoni biex jopera fis-sit tal-operat tal-HEMS, jew l-ebda kapaċità biex iwettaq operazzjonijiet tal-HEMS HEC, jekk applikabbli;

(B)

il-ħelikopters iċċertifikati bħala Kategorija A jew ekwivalenti, kif determinat mill-Aġenzija, u li altrimenti jistgħu jintbagħtu, ikunu fuq missjoni tal-HEMS jew ikunu għadhom ma humiex lesti għall-missjoni li jmiss, u dan iwassal għal dewmien fl-intervent inkompatibbli mal-emerġenza;

(iv)

l-operatur ikun stabbilixxa proċedura biex tinkiseb konformità mal-punt (iii);

(v)

l-operatur ikun ingħata approvazzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt CAT.POL.H.420 tal-Anness IV;

(vi)

l-operatur għandu jirreġistra l-missjonijiet kollha li jsiru b’ħelikopter li ma huwiex iċċertifikat bħala Kategorija A jew ekwivalenti, kif determinat mill-Aġenzija.

(b)

B’deroga mill-punt CAT.POL.H.400(d)(2) tal-Anness IV, jekk il-kriterji tal-punt (a)(1) jiġu ssodisfati, l-operazzjonijiet billejl bil-ħelikopter jistgħu jitwettqu fil-klassi tal-prestazzjoni 3.

(c)

Tlugħ u nżul

(1)

Il-ħelikopters li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet lejn jew minn żona ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATO) fi sptar li jkun jinsab f’ambjent ostili kkonġestjonat u li jintuża bħala bażi operattiva tal-HEMS, għandhom jitħaddmu skont il-kategorija tal-prestazzjoni 1.

(2)

Il-ħelikopters li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet lejn jew minn FATO fi sptar li jkun jinsab f’ambjent ostili kkonġestjonat u li ma jkunx bażi operattiva tal-HEMS, għandhom jitħaddmu skont il-kategorija tal-prestazzjoni 1, ħlief meta l-operatur ikollu approvazzjoni skont il-punt CAT.POL.H.225.

(3)

Il-ħelikopters li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet lejn jew minn sit tal-operat tal-HEMS li jkun jinsab f’ambjent ostili, għandhom:

(i)

jitħaddmu skont il-klassi tal-prestazzjoni 2, jew jekk il-kundizzjonijiet definiti fil-punt (a) jiġu ssodisfati, fil-klassi tal-prestazzjoni 3;

(ii)

ikunu eżenti mill-approvazzjoni meħtieġa skont il-punt CAT.POL.H.305 (a) tal-Anness IV, sakemm tintwera l-konformità mal-punti CAT.POL.H.305 (b) (2) u (b) (3) tal-Anness IV.

(4)

Il-karatteristiċi tas-sit tal-operat tal-HEMS għandhom jipprovdu approvazzjoni adegwata mill-ostakli kollha, u għandhom jiżguraw operazzjonijiet sikuri. Għall-operazzjonijiet ta’ billejl, is-sistema tat-tidwil tal-ħelikopter għandha ddawwal b’mod adegwat is-sit tal-inżul u l-ostakli tal-madwar.”;

(g)

il-punt SPA.HEMS.130 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SPA.HEMS.130

Rekwiżiti tal-ekwipaġġ

(a)

Għażla. L-operatur għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-kompitu tal-HEMS, filwaqt li jqis l-esperjenza preċedenti tagħhom.

(b)

IMĦALLI VOJT INTENZJONALMENT

(c)

Taħriġ operazzjonali. Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom itemmu b’suċċess it-taħriġ operattiv skont il-proċeduri tal-HEMS inklużi fil-manwal tal-operat.

(d)

Taħriġ fit-titjir b’referenza unika għall-istrumenti. Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jwettqu operazzjonijiet tal-HEMS mingħajr klassifikazzjoni valida tal-istrumenti għandhom ilestu t-taħriġ fit-titjir bi profiċjenza b’referenza unika għall-istrumenti f’ħelikopter jew f’FSTD biex ikollhom il-ħiliet biex jaħarbu kundizzjonijiet tal-IMC mhux intenzjonati. Il-perjodu ta’ validità tat-taħriġ fit-titjir għandu jkun ta’ 6 xhur kalendarji.

(e)

Kompożizzjoni tal-ekwipaġġ

(1)

Titjira ta’ binhar. Il-kompożizzjoni minima tal-ekwipaġġ għandha mill-inqas tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

tinkludi jew żewġ bdoti jew bdot wieħed u membru wieħed tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS;

(ii)

il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ tista’ titnaqqas għal bdot wieħed biss jekk isseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ hawn taħt; ladarba l-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ titnaqqas għal bdot wieħed, il-kmandant għandu jopera biss lejn jew minn siti tal-operat tal-HEMS jekk qabel ikun wettaq rikonjizzjoni matul it-titjira ma’ żewġ membri tal-ekwipaġġ matul l-istess missjoni tal-HEMS:

(A)

il-kmandant huwa meħtieġ jikseb provvisti mediċi addizzjonali, jimla l-fjuwil, jew jibdel il-pożizzjonament filwaqt li l-membru tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS jipprovdi assistenza medika fuq l-art;

(B)

il-passiġġier mediku jeħtieġ l-assistenza tal-membru tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS waqt it-titjira;

(C)

il-membru tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS jiżbarka biex jissorvelja operazzjoni bi braga tal-merkanzija tal-HEMS HEC minn barra l-ħelikopter;

(2)

Titjira ta’ billejl. Il-kompożizzjoni minima tal-ekwipaġġ għandha tkun:

(i)

jew żewġ bdoti jew bdot wieħed u membru wieħed tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS;

(ii)

bdot wieħed fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(A)

il-passiġġier mediku jeħtieġ l-assistenza tal-membru tal-ekwipaġġ tekniku tal-HEMS matul it-titjira;

(B)

la t-tluq u lanqas id-destinazzjoni ma huma sit tal-operat tal-HEMS.

(3)

L-operatur għandu jiżgura li matul il-missjoni tal-HEMS, tinżamm il-kontinwità tal-kunċett tal-ekwipaġġ.

(f)

Taħriġ u kontroll tat-titjira u tal-ekwipaġġ tekniku

(1)

It-taħriġ u l-kontroll għandhom jitwettqu minn persunal ikkwalifikat kif xieraq skont sillabu dettaljat li jkun inkluż fil-manwal tal-operat u approvat mill-awtorità kompetenti.

(2)

Membri tal-ekwipaġġ

(i)

L-elementi rilevanti kollha tal-programmi ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ definiti fis-Subparti FC u TC tal-Anness III (Il-Parti-ORO), inkluż it-taħriġ bil-ħelikopter/FSTD, għandhom itejbu l-għarfien tal-ekwipaġġ dwar l-ambjent tax-xogħol u t-tagħmir tal-HEMS, itejbu l-koordinazzjoni tal-ekwipaġġ, u jinkludu miżuri biex jiġu mminimizzati r-riskji assoċjati mat-tranżitu waqt ir-rotta f’kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà baxxa, l-għażla tas-siti tal-operat tal-HEMS, u l-profili tal-avviċinament u tat-tluq.

(ii)

Il-miżuri msemmija fil-punt (i) għandhom jiġu vvalutati matul dawn it-tnejn li ġejjin:

(A)

Il-kontrolli tal-ħiliet li jsiru binhar b’VMC, jew matul il-kontrolli tal-ħiliet li jsiru billejl b’VMC meta l-operatur ikun qed iwettaq operazzjonijiet tal-HEMS billejl;

(B)

il-kontrolli tat-titjir tal-linja tal-ajru.

(iii)

il-komponenti tal-HEMS tal-kontrolli tal-profiċjenza u tal-kontrolli tat-titjir tal-linja tal-ajru msemmija fil-punt (ii) għandu jkollhom perjodu ta’ validità ta’ 12-il xahar kalendarju.”;

(h)

il-punt SPA.HEMS.140 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SPA.HEMS.140

Informazzjoni, proċeduri u dokumentazzjoni

(a)

L-operatur għandu jivvaluta, jimmitiga u jimminimizza r-riskji assoċjati mal-ambjent tal-HEMS bħala parti mill-proċess tiegħu ta’ analiżi u ġestjoni tar-riskju. L-operatur għandu jiddeskrivi l-miżuri ta’ mitigazzjoni, inklużi l-proċeduri operattivi, fil-manwal tal-operat.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li l-kmandant tal-HEMS jivvaluta r-riskji speċifiċi assoċjati mal-missjoni partikolari tal-HEMS.

(c)

Minkejja l-punt CAT.OP.MPA.175 tal-Anness IV, l-operatur ma huwiex meħtieġ ilesti pjan operattiv tat-titjira jekk il-missjoni tal-HEMS tinkludi titjira lejn jew minn sit tal-operat tal-HEMS mhux sorveljat minn qabel.

(d)

Estratti rilevanti mill-manwal tal-operat għandhom ikunu disponibbli għall-organizzazzjoni li għaliha l-operatur iwettaq operazzjonijiet tal-HEMS.”;

(i)

jiddaħħal il-punt SPA.HEMS.151 li ġej:

SPA.HEMS.151

Sistema ta’ traċċar tal-inġenji tal-ajru

L-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ traċċar tal-inġenji tal-ajru mmonitorjata għall-operazzjonijiet tal-HEMS għat-tul kollu tal-missjoni tal-HEMS.”;

(j)

fil-punt SPA.PINS-VFR.100, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-operatur għandu juża biss valuri minimi operattivi VFR imnaqqsa meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-operazzjonijiet ma jitwettqux taħt approvazzjoni tal-HEMS;

(2)

l-operatur ikun ingħata approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.”;

(6)

fl-Anness VII, il-punt NCO.IDE.H.170(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Il-ħelikopters iċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ sits tal-passiġġieri ta’ sitt sits jew inqas għandhom ikunu mgħammra b’ELT(S) jew b’apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn passiġġier, jew b’ELT awtomatiku.”;

(7)

fl-Anness VIII, il-punt SPO.IDE.H.190(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Il-ħelikopters iċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ sits ta’ sitt sits jew inqas għandhom ikunu mgħammra b’ELT (S) jew b’apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn speċjalista fil-kompitu, jew b’ELT awtomatiku.”.


Top