This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0899
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/899 of 29 May 2019 concerning the renewal of the authorisation of Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 as a feed additive for lambs for fattening, dairy goats, dairy sheep, dairy buffaloes, horses and pigs for fattening and repealing Regulations (EC) No 1447/2006, (EC) No 188/2007, (EC) No 232/2009, (EC) No 186/2007 and (EC) No 209/2008 (holder of authorisation S.I. Lesaffre) (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/899 tad-29 ta' Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib, għaż-żwiemel u għall-ħnieżer għat-tismin u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 186/2007 u (KE) Nru 209/2008 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni S.I. Lesaffre) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/899 tad-29 ta' Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib, għaż-żwiemel u għall-ħnieżer għat-tismin u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 186/2007 u (KE) Nru 209/2008 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni S.I. Lesaffre) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/3947
ĠU L 144, 03/06/2019, p. 32–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/899
tad-29 ta' Mejju 2019
li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib, għaż-żwiemel u għall-ħnieżer għat-tismin u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 186/2007 u (KE) Nru 209/2008 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni S.I. Lesaffre)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Is-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 kien awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 (2), għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 (3), għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 (4), għall-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 (5) u għall-bufli tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 (6). |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet ippreżenta applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 (li qabel kien NCYC Sc 47) bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib, għall-ħnieżer għat-tismin u għaż-żwiemel, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Flimkien ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' Ġunju 2018 (7) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda data li turi li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. |
(5) |
Il-valutazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' dak l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
B'konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 209/2008 u (KE) Nru 232/2009 jitħassru. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”, meta jintuża għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib u għall-ħnieżer għat-tismin; u għall-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” meta jintuża għaż-żwiemel, ikun imġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv fl-għalf skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 209/2008 u (KE) Nru 232/2009, it-taħlitiet lesti minn qabel u l-għalf kompost li fih dan l-addittiv, ittikkettati skont dawk ir-Regolamenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 209/2008 u (KE) Nru 232/2009 huma mħassra.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 tal-21 ta' Frar 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 6).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 tat-23 ta' Frar 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 tas-6 ta' Marzu 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 3).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 tad-19 ta' Marzu 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv fl-għalf għall-bufli tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14).
(7) EFSA Journal 2018;16(7):5339.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||||
4b1702 |
S.I. Lesaffre |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 b'konċentrazzjoni minima ta' 5 × 109 CFU/g. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli mnixxfa vijabbli tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-agar magħmul mid-destrożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN 15789:2009). Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) CEN/TS 15790:2008. |
Ħrief għat-tismin |
— |
1,4 × 109 |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
||||||||||
Mogħoż u nagħaġ li jipproduċu l-ħalib |
7 × 108 |
||||||||||||||||||
Ħnieżer għat-tismin |
1,25 × 109 |
||||||||||||||||||
Bufli tal-ħalib |
5 × 108 |
||||||||||||||||||
|
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||
4b1702 |
S.I. Lesaffre |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 b'konċentrazzjoni minima ta' 5 × 109 CFU/g. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli mnixxfa vijabbli tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 Metodu analitiku (2) Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-agar magħmul mid-destrożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN 15789:2009). Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) CEN/TS 15790:2008. |
Żwiemel |
— |
8 × 108 |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports