Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1792

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1792 tad-29 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

ĠU L 258, , pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/09/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1792/oj

Related international agreement

6.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1792

tad-29 ta' Mejju 2017

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' April 2015 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerka għal ftehim dwar ir-riassigurazzjoni. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess permezz ta' skambju ta' ittri bejn in-negozjaturi ewlenin fit-12 ta' Jannar 2017.

(2)

Jeħtieġ li l- Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (“il-Ftehim”) jiġi ffirmat.

(3)

Bil-ħsieb li jiġi permess it-twaqqif tal-Kumitat Konġunt skont il-Ftehim, li ser jipprovdi forum għall-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka biex jiskambjaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim, u sabiex tiġi permessa l-implementazzjoni ta' prattiki armonizzati mill-awtoritajiet ta' superviżjoni fl-Unjoni fir-rigward tas-superviżjoni tal-grupp li diġà huma possibbli taħt il-qafas legali attwali tal-Unjoni f'dak il-qasam, l-Artikoli 4 u 7 tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huwa b'dan approvat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

L-Artikoli 4 u 7 tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja f'konformità mal-Artikoli 9 u 10 tal-Ftehim, (1) sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, wara li tkun semgħet il-fehmiet tal-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar is-servizzi finanzjarji, u għandha tgħarraf lil dak il-grupp ta' ħidma, kull meta jkun xieraq u mill-anqas kull sena, bil-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 5

Kwalunkwe pożizzjoni li tiġi espressa f'isem l-Unjoni għandha tkun adottataf'konformità mat-Trattati u b'hekk mill-Kunsill kif previst fl-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CARDONA


(1)  Id-data minn meta l-Ftehim ser jiġi applikat b'mod provviżorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top