This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2102
Regulation (EU) 2015/2102 of the European Parliament and of the Council of 28 October 2015 amending Regulation (EU) No 1343/2011 on certain provisions for fishing in the GFCM (General Fisheries Commission for the Mediterranean) Agreement area
Regolament (UE) 2015/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)
Regolament (UE) 2015/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)
ĠU L 308, , pp. 1–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2124
|
25.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/1 |
REGOLAMENT (UE) 2015/2102 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-28 ta' Ottubru 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar it-twaqqif tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (“il-Ftehim tal-GFCM”) jipprovdi qafas adattat għall-kooperazzjoni multilaterali sabiex jiġu promossi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aħjar użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f'livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b'riskju baxx ta' kollass. |
|
(2) |
L-Unjoni, kif ukoll il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja huma partijiet kontraenti għall-Ftehim tal-GFCM. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula ċerti dispożizzjonijiet dwar is-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. Dan huwa l-att leġiżlattiv adatt għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM li l-kontenut tagħhom għadu mhuwiex kopert mid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 jista' jiġi emendat biex jinkludi l-miżuri li jinsabu fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM. |
|
(4) |
Waqt is-Sessjonijiet Annwali tagħha tal-2011 u tal-2012, il-GFCM adottat miżuri għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar fiż-żona li taqa' taħt il-kompetenza tagħha, li jeħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. Waħda minn dawk il-miżuri tikkonċerna l-użu ta' Vetturi ta' taħt l-ilma li Jitħaddmu mill-Bogħod (ROVs). Il-GFCM iddeċidiet li t-tkomplija tal-użu f'żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali, ta' ROVs li kienu diġà ġew awtorizzati li jwettqu operazzjonijiet ta' osservazzjoni u prospettar fir-rigward tal-qroll aħmar, għandha tkun permessa biss taħt ċerti kondizzjonijiet u għal perijodu ta' żmien limitat, sakemm ma jingħatax parir xjentifiku mod ieħor. Konsegwentement, dan l-użu ta' ROVs fl-ilmijiet tal-Unjoni ma għandux jibqa' jkun permess wara l-31 ta' Diċembru 2015, sakemm ma jkunx iġġustifikat b'parir xjentifiku. F'konformità mar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2, l-użu ta' ROVs għandu jkun permess ukollfil-każ ta' Stati Membri li għadhom ma awtorizzawhomx għall-prospettar u li jkunu jixtiequ jagħmlu dan, kemm-il darba r-riżultati xjentifiċi miksuba fil-kuntest tal-pjani ta' ġestjoni ma juru l-ebda impatt negattiv fuq l-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar. Barra minn hekk, l-użu ta' ROVs għandu jiġi awtorizzat ukoll, għal perijodu limitat li ma jaqbiżx l-2015, għal kampanji xjentifiċi sperimentali kemm għall-osservazzjoni kif ukoll għall-ġbir tal-qroll aħmar. Skont miżura oħra stabbilita fir-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/1, il-qabdiet ta' qroll aħmar għandhom jinħattu l-art biss f'għadd limitat ta' portijiet b'faċilitajiet portwarji adegwati, u l-listi ta' portijiet nominati għandhom jiġu kkomunikati lis-Segretarjat tal-GFCM. Kwalunkwe bidla li tista' taffettwa l-listi tal-portijiet nominati mill-Istati Membri għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) biex tintbagħat ukoll lis-Segretarjat tal-GFCM. |
|
(5) |
Waqt is-Sessjonijiet Annwali tagħha tal-2011 u tal-2012, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/35/2011/3, GFCM/35/2011/4, GFCM/35/2011/5 u GFCM/36/2012/2 li jistabbilixxu miżuri għall-mitigazzjoni ta' qabdiet inċidentali ta' tjur tal-baħar, ta' fkieren tal-baħar, ta' bumerini u ta' ċetaċji f'attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM, li għandhom jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. Dawk il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni tal-użu, mill-1 ta' Jannar 2015, ta' xbieki tal-garġi tal-qiegħ b'monofilament jew bi spag usa' minn 0,5 mm, bil-għan li jiġu mitigati l-qabdiet inċidentali taċ-ċetaċji. Dik il-projbizzjoni diġà tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (4) li, madankollu, ikopri l-Baħar Mediterran biss. Hija għandha għalhekk tiġi inkluża fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 sabiex tapplika wkoll għall-Baħar l-Iswed. |
|
(6) |
Waqt is-Sessjoni Annwali tagħha tal-2012, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/3 li tistabbilixxi miżuri mmirati li jiżguraw, fiż-żona li taqa' taħt il-kompetenza tagħha, li klieb il-baħar u raj, u b'mod partikolari għall-ispeċijiet ta' klieb il-baħar u raj elenkati bħala speċijiet fil-periklu jew taħt theddida taħt l-Anness II tal-Protokoll dwar żoni protetti b'mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran (5), jingħataw livell għoli ta' protezzjoni minn attivitajiet tas-sajd. |
|
(7) |
Skont miżura inkluża fir-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/3 li hija maħsuba biex tipproteġi klieb il-baħar tal-kosta, l-attivitajiet tas-sajd li jsiru bi xbieki tat-tkarkir għandhom jiġu pprojbiti f'żoni anqas minn tliet mili nawtiċi mill-kosta, sakemm ma jintlaħaqx l-isobat ta' 50 metru, jew fl-isobat ta' 50 metru fejn il-fond ta' 50 metru jintlaħaq f'distanza iqsar mill-kosta. Taħt ċerti kondizzjonijiet, jistgħu jingħataw derogi speċifiċi u limitati fl-użu tal-ispazju. Dik il-projbizzjoni u l-possibbiltà li jingħataw derogi diġà jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 li, madankollu, ikopri l-Baħar Mediterran biss. Huma għalhekk għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 sabiex ikunu applikabbli wkoll għall-Baħar l-Iswed. |
|
(8) |
Jeħtieġ li ċerti miżuri oħra maħsuba għall-identifikazzjoni adatta ta' klieb il-baħar, li huma inklużi fir-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/3, li iżda mhumiex koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 (6) jew minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati b'mod sħiħ fid-dritt tal-Unjoni. |
|
(9) |
Waqt is-Sessjonijiet Annwali tagħha tal-2013 u tal-2014, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/37/2013/1 u GFCM/38/2014/1, li jistabbilixxu miżuri għal sajd li jisfrutta stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku, li jeħtieġ li jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. Dawk il-miżuri jikkonċernaw il-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, fuq il-bażi tal-kapaċità tas-sajd ta' referenza stabbilita permezz tal-lista ta' bastimenti tas-sajd li kellha tiġi kkomunikata lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta' Novembru 2013, f'konformità mal-paragrafu 22 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/37/2013/1. Dik il-lista tinkludi l-bastimenti tas-sajd kollha mgħammra bi xbieki tat-tkarkir, purse seines jew b'tipi oħra ta' xbieki tat-tidwir mingħajr vajjina, li huma awtorizzati mill-Istati Membri kkonċernati biex jistadu għal stokkijiet pelaġiċi żgħar u rreġistrati fil-portijiet li jinsabu fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18, jew li, għalkemm reġistrati f'portijiet li jinsabu barra minn dawk is-Subżoni Ġeografiċi oħra fil-31 ta' Ottubru 2013, joperaw fis-Subżona Ġeografika 17 jew 18 jew fit-tnejn. Kwalunkwe bidla li tista' taffettwa dik il-lista għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni hekk kif isseħħ, sabiex tintbagħat ukoll lis-Segretarjat tal-GFCM. |
|
(10) |
Il-miżura tal-GFCM stabbilita fir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/37/2013/1 u GFCM/38/2014/1 tinkludi wkoll projbizzjoni taż-żamma abbord jew tal-ħatt, li għandha tiġi implimentata fid-dritt tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għall-fini tal-implimentazzjoni korretta, għandhom jiġu żviluppati programmi nazzjonali għall-kontroll, il-monitoraġġ u s-sorveljanza, li l-Kummissjoni għandha tikkomunika kull sena lill-GFCM. |
|
(11) |
Sabiex jittejjeb il-ġbir tad-data għall-finijiet tal-monitoraġġ xjentifiku ta' ċerti speċijiet tal-baħar li jinqabdu inċidentalment fl-irkapti tas-sajd, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu obbligati jirreġistraw qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet tal-baħar ikkonċernati. Ir-rapporti nazzjonali mibgħuta lill-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM għandu jkun fihom l-informazzjoni li tintbagħat mill-bastimenti tas-sajd dwar qabdiet inċidentali ta' ċerti speċijiet tal-baħar, issupplimentata b'dettalji minn sorsi disponibbli dwar dawk l-inċidenti. |
|
(12) |
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format u t-trażmissjoni ta' data dwar il-ġbir ta' qroll aħmar u l-informazzjoni relatata ma' qabdiet inċidentali ta' tjur tal-baħar, fkieren tal-baħar, bumerini, ċetaċji u klieb il-baħar u raj, bidliet fil-listi tal-portijiet magħżula għall-ħatt l-art ta' qroll aħmar, l-impatt ta' ċerti bastimenti tas-sajd fuq il-popolazzjonijiet taċ-ċetaċji u bidliet li jsiru f'mapep u f'listi ta' żoni ġeografiċi li jidentifikaw il-postijiet fejn jinsabu l-għerien tal-bumerini. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt il-Ftehim tal-GFCM, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet għal derogi mill-projbizzjoni tal-ġbir tal-qroll aħmar f'ilmijiet ta' inqas minn 50 metru u għal derogi mid-dijametru tal-bażi minimu ta' kolonji ta' qroll aħmar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe deroga li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 290 tat-Trattat u li tikkonċerna l-ġestjoni tal-ġbir ta' qroll aħmar tkun imfassla tajjeb biex tkun adatta għall-karatteristiċi reġjonali, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni ta' qroll aħmar għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti għall-fini tal-adozzjoni ta' tali atti delegati. Għandha tiġi stabbilita skadenza għall-preżentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet konġunti. Matul perijodu ta' transizzjoni li jwassal għall-preżentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet konġunti għal att delegat, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fil-kuntest tal-pjani ta' ġestjoni nazzjonali għall-qroll aħmar, jiżviluppaw jew iżommu derogi, bħala miżuri ta' transizzjoni. Fejn il-Kummissjoni tqis li miżura li jkun fiha derogi mogħtija jew modifikati mill-Istati Membri wara t-28 ta' Novembru 2015 ma tissodisfax il-kondizzjonijiet tar-Rakkomandazzjonijiet GFCM/35/2011/2 u GFCM/36/2012/1, hija għandha tkun tista' titlob li dik il-miżura tiġi emendata. |
|
(15) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 15a L-użu ta' sajd bi xbieki tat-tkarkir u xbieki tal-garġi fil-Baħar l-Iswed 1. L-użu ta' xbieki tat-tkarkir huwa pprojbit:
2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw fuq bażi eċċezzjoniali lill-bastimenti tas-sajd tagħhom biex jistadu fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 billi jagħtu derogi f'konformità mar-Rakkomandazzjoni GFCM 36/2012/3, dment li jinformaw kif dovut lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deroga. 3. Fejn il-Kummissjoni tqis li deroga mogħtija f'konformità mal-paragrafu 2 ma tissodisfax il-kondizzjoni msemmija f'dak il-paragrafu, hija tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jemenda dik id-deroga dment li tagħti raġunijiet rilevanti u wara li tkun ikkonsultatu. 4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar kwalunkwe deroga mogħtija f'konformità mal-paragrafu 2. 5. Mill-1 ta' Jannar 2015, id-dijametru ta' monofilament jew spag tax-xbieki tal-garġi tal-qiegħ ma għandux ikun akbar minn 0,5 mm.”; |
|
(2) |
fit-Titolu II, jiżdiedu l-kapitoli li ġejjin: “KAPITOLU IV Konservazzjoni u sfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar Artikolu 16a Kamp ta' applikazzjoni Dan il-Kapitolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) u l-punti (e) u (g) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, jew għal kwalunkwe miżura aktar stretta li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*1). Artikolu 16b Fond minimu għall-ġbir 1. Il-ġbir tal-qroll aħmar huwa pprojbit f'ilmijiet ta' fond ta' inqas minn 50 metru sakemm il-GFCM ma tindikax mod ieħor. 2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) sabiex tagħti derogi mill-paragrafu 1. 3. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti li għandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-finijiet ta' derogi kif msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu akkumpanjati minn:
Kwalunkwe rakkomandazzjoni konġunta mill-Istati Membri kif jissemma fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata sad-29 ta' Novembru 2018. 4. Id-derogi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jingħataw jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
5. Minkejja l-paragrafi 2 sa 4 u bħala miżura ta' transizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2, dment li:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li kwalunkwe deroga ma tibqax tapplika mhux aktar tard mid-data ta' applikazzjoni tal-att delegat rilevanti adottat f'konformità mal-paragrafu 2. 6. Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi tan-notifiki magħmulin mill-Istati Membri kkonċernati f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 5, li miżura nazzjonali adottata wara t-28 ta' Novembru 2015 ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, hija tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jemenda dik il-miżura dment li tagħti raġunijiet rilevanti u wara li tkun ikkonsultatu. 7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar il-miżuri adottati f'konformità mal-paragrafi 2 u 5. Artikolu 16c Id-dijametru tal-bażi minimu tal-kolonji 1. Qroll aħmar minn kolonji ta' qroll aħmar li d-dijametru tal-bażi taz-zokk tiegħu, imkejjel minn ċentimetru 'l bogħod mill-bażi tal-kolonja, huwa iżgħar minn 7 mm, ma għandux jinġabar, jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jinħatt l-art, jiġi ttrasferit, jinħażen, jinbiegħ jew jintwera jew jiġi offrut għall-bejgħ bħala prodott mhux ipproċessat. 2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa, f'konformità mal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, tadotta atti delegati biex tawtorizza, b'deroga mill-paragrafu 1, limitu massimu ta' tolleranza ta' 10 % tal-piż ħaj ta' kolonji ta' qroll aħmar ta' daqs żgħir (< 7 mm). 3. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti li għandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-finijiet ta' deroga kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi jew tekniċi għal dik id-deroga. Kwalunkwe rakkomandazzjoni konġunta minn Stati Membri kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata sad-29 ta' Novembru 2018. 4. Id-derogi kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jingħataw jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
5. Minkejja l-paragrafi 2 sa 4 u bħala miżura ta' transizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri għall-implimentazzjoni tar-RakkomandazzjoniGFCM/36/2012/1, dment li:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li kwalunkwe deroga ma tibqax tapplika wara d-data ta' applikazzjoni tal-att delegat rilevanti adottat f'konformità mal-paragrafu 2. 6. Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi tan-notifiki magħmulin mill-Istati Membri kkonċernati f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 5, li miżura nazzjonali adottata wara t-28 ta' Novembru 2015 ma tkunx tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, hija tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jemenda dik il-miżura dment li tagħti raġunijiet rilevanti u wara li tkun ikkonsultatu. 7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar il-miżuri adottati f'konformità mal-paragrafi 2 u 5. Artikolu 16d Irkaptu u tagħmir 1. Għall-ġbir tal-qroll aħmar, l-uniku rkaptu permess għandu jkun martell użat fl-għadis bl-akkwalang minn sajjieda li jkunu awtorizzati jew rikonoxxuti mill-awtorità nazzjonali kompetenti. 2. L-użu ta' Vetturi ta' taħt l-ilma li Jitħaddmu mill-Bogħod (ROVs) għall-isfruttament tal-qroll aħmar huwa pprojbit. 3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-użu ta' ROVs li jkunu ġew awtorizzati minn Stat Membru qabel it-30 ta' Settembru 2011 għall-fini ta' osservazzjoni u prospettar għandu jibqa' jkun permess f'żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru dment li l-ROVs ikkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu mgħammra b'dirgħajn manipulaturi jew bi kwalunkwe apparat ieħor li jippermetti l-qtugħ u l-ġbir tal-qroll aħmar. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jiskadu jew jiġu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2015, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx kiseb riżultati xjentifiċi li juru li l-użu ta' ROVs wara l-2015 ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq l-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar. 4. B'deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista' jawtorizza l-użu ta' ROVs mingħajr dirgħajn manipulaturi għall-fini ta' osservazzjoni u prospettar f'żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru dment li jkun kiseb riżultati xjentifiċi fil-kuntest tal-qafas ta' ġestjoni nazzjonali li juru li m'hemm l-ebda impatt negattiv fuq l-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jiskadu jew jiġu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2015, sakemm ir-riżultati xjentifiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jiġux validati mill-GFCM. 5. B'deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista' jawtorizza, għal perijodu ta' żmien limitat li ma jaqbiżx il-31 ta' Diċembru 2015, l-użu ta' ROVs għall-fini ta' kampanji xjentifiċi sperimentali għall-osservazzjoni u l-ġbir ta' qroll aħmar, dment li l-kampanji jsiru taħt is-superviżjoni ta' istituzzjoni ta' riċerka nazzjonali jew bil-kollaborazzjoni ta' korpi xjentifiċi nazzjonali jew internazzjonali kompetenti kif ukoll ma' kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra. KAPITOLU V Tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq ċerti speċijiet tal-baħar Artikolu 16e Kamp ta' applikazzjoni Dan il-Kapitolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura aktar stretta li tirriżulta mid-Direttiva 92/43/KEE jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 (*4). Artikolu 16f Qabdiet inċidentali ta' tjur tal-baħar fl-irkaptu tas-sajd 1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jeħilsu fil-pront tjur tal-baħar li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali. 2. Il-bastimenti tas-sajd ma għandhomx iniżżlu l-art tjur tal-baħar ħlief fil-qafas ta' pjani nazzjonali għall-konservazzjoni tat-tjur tal-baħar jew biex tiġi żgurata għajnuna għall-irkupru ta' tjur tal-baħar individwali li jkunu midruba, u kemm-il darba l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu ġew debitament u uffiċjalment informati, qabel ma l-bastiment tas-sajd ikkonċernat jerġa' lura fil-port, bl-intenzjoni li t-tali tjur tal-baħar jitniżżlu l-art. Artikolu 16g Qbid inċidentali ta' fkieren tal-baħar f'irkaptu tas-sajd 1. Sa fejn ikun possibbli, il-fkieren tal-baħar li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali għandhom jiġu ttrattati bil-kura u jinħelsu mingħajr ma ssirilhom ħsara u ħajjin. 2. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ma għandhomx iniżżlu l-art fkieren tal-baħar, sakemm mhux bħala parti minn programm ta' salvataġġ speċifiku jew ta' konservazzjoni nazzjonali jew sakemm dan ma jkunx meħtieġ mod ieħor bil-għan li jsir is-salvataġġ jew tiġi żgurata l-għajnuna għall-irkupru ta' fkieren tal-baħar individwali li jkunu mweġġgħa jew f'koma u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew debitament u uffiċjalment infurmati qabel id-dħul lura fil-port tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat. 3. Sa fejn ikun prattikabbli, il-bastimenti tas-sajd li jużaw purse seines għal speċijiet pelaġiċi żgħar jew xbieki tat-tidwir mingħajr vajjina għal speċijiet pelaġiċi għandhom jevitaw li jiċċirkondaw lill-fkieren tal-baħar. 4. Bastimenti tas-sajd li jużaw konzijiet u xbieki tal-garġi tal-qiegħ għandhom iġorru abbord tagħmir li permezz tiegħu jkunu jistgħu jimmaniġġaw, jirrilixxaw u jeħilsu b'mod sikur il-fkieren tal-baħar li jitħabblu fix-xbieki, liema tagħmir ikun imfassal biex jiżgura li dawn jiġu mmaniġġati u rrilaxxati b'mod li jimmassimizza l-probabbiltà tas-sopravvivenza tagħhom. Artikolu 16h Qbid inċidentali ta' bumerini (Monachus monachus) 1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd m'għandhomx jieħdu abbord, jittrasbordaw jew iħottu l-art bumerini, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex tiġi żgurata l-assistenza għall-irkupru ta' annimali individwali mweġġgħin u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew debitament u uffiċjalment infurmati qabel id-dħul lura fil-port tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat. 2. Il-bumerini li jinqabdu b'mod inċidentali fl-irkaptutas-sajd għandhom jinħelsu ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara. Il-karkassi ta' speċijiet mejta għandhom jitniżżlu l-art u jittieħdu għall-fini ta' studji xjentifiċi jew biex jinqerdu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Artikolu 16i Qbid inċidentali ta' ċetaċji Sa fejn ikun pratikabbli, il-bastimenti tas-sajd għandhom ipoġġu lura fil-baħar iċ-ċetaċji ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara li jinqabdu b'mod inċidentali fl-irkaptu tas-sajd u li jkunu tressqu qrib il-bastiment tas-sajd. Artikolu 16j Klieb il-baħar u raj protetti 1. Speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj li huma inklużi fl-Anness II tal-Protokoll li jikkonċerna żoni protetti b'mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran (*5) (‘Protokoll għall-Konvenzjoni ta' Barċellona’) ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, jinħattu l-art, jiġu ttrasferiti, jinħażnu, jinbiegħu jew jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ. 2. Sa fejn ikun possibbli, bastimenti tas-sajd li jkunu qabdu, b'mod inċidentali, speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj inklużi fl-Anness II tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' Barċellona għandhom jeħilsuhom fil-pront, ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara. Artikolu 16k Identifikazzjoni ta' klieb il-baħar Qtugħ ir-ras u s-sliħ ta' klieb il-baħar abbord u qabel ħatt l-art għandhom ikunu pprojbiti. Il-klieb il-baħar bla ras u misluħa ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati fi swieq tal-ewwel bejgħ wara li jinħattu l-art. KAPITOLU VI Miżuri għas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-baħar adrijatiku Artikolu 16l Ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd 1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-kapaċità ta' referenza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar hija dik stabbilita fuq il-bażi tal-listi ta' bastimenti tas-sajd tal-Istati Membri kkonċernati, kif komunikat lis-Segretarjat tal-GFCM skont il-paragrafu 22 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/37/2013/1. Dawk il-listi jinkludu l-bastimenti tas-sajd kollha mgħammra bi xbieki tat-tkarkir, b'purse seines jew b'tipi oħra ta' xbieki tat-tidwir mingħajr vajjina, li huma awtorizzati biex jistadu għal stokkijiet pelaġiċi żgħar u li huma rreġistrati fil-portijiet li jinsabu fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 kif imsemmi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, jew li, għalkemm reġistrati f'portijiet li jinsabu barra dawk is-Subżoni Ġeografiċi fil-31 ta' Ottubru 2013, joperaw fis-Subżona Ġeografika 17 jew 18 jew fit-tnejn. 2. Irrispettivament mit-tul tal-bastiment ikkonċernat, il-bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir u b'purse seines huma klassifikati bħala li jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar meta s-sardin u l-inċova jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-qabdiet f'piż ħaj. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità totali tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir jew b'purse seines, li jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fis-Subżona Ġeografika 17, kemm f'termini ta' tunnellaġġ gross (TG) jew tunnellaġġ gross reġistrat (TGR) u f'termini ta' qawwa tal-magna (kW), kif irreġistrati fir-reġistri tal-flotot nazzjonali u tal-UE, ma taqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-kapaċità ta' referenza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar imsemmija fil-paragrafu 1. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir u b'purse seines għas-sajd ta' stokkijiet pelaġiċi żgħar kif imsemmi fil-paragrafu 2 ma joperawx għal aktar minn 20 jum tas-sajd kull xahar u mhux aktar minn 180 jum tas-sajd fis-sena. 5. Kwalunkwe bastiment tas-sajd li mhuwiex inkluż fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux jitħalla jistad għal, jew, b'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, iżomm abbord jew iħott l-art kwalunkwe kwantità akbar minn 20 % ta' inċova jew ta' sardin jew kemm inċova kif ukoll sardin jekk il-bastiment tas-sajd ikun qiegħed fuq vjaġġ tas-sajd fis-Subżona Ġeoġrafika 17 jew 18 jew fit-tnejn. 6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe żieda għal, kwalunkwe tnaqqis minn jew modifika ta', il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati msemmija fil-paragrafu 1, hekk kif tali żieda, tnaqqis jew modifika jseħħu. Dawk il-bidliet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' referenza tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM. (*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)." (*2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)." (*3) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7)." (*4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 1)." |
|
(3) |
fit-Titolu III, jiddaħħal il-kapitolu li ġej: “KAPITOLU Ia Obbligi ta' reġistrazzjoni Artikolu 17a Il-ġbir tal-qroll aħmar Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati biex jiġbru qroll aħmar għandu jkollhom abbord ġurnal li fih jiġu rreġistrati l-qabdiet ta' kuljum ta' qroll aħmar u l-attivitajiet tas-sajd skont iż-żona u l-fond, inkluż l-għadd ta' jiem tas-sajd u ta' għadis. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti qabel l-iskadenza stabbiliti fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Artikolu 17b Qabdiet inċidentali ta' ċerti speċijiet tal-baħar 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd imsemmi fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:
2. Minbarra l-informazzjoni rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord, ir-rapporti nazzjonali maħsuba sabiex jiġu analizzati mis-SAC għandhom jinkludi wkoll:
3. Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli msemmija fil-paragrafu 1 dwar ir-reġistrazzjoni ta' qabdiet inċidentali mill-kaptani ta' bastimenti tas-sajd li mhumiex soġġetti għall-obbligu li jżommu ġurnal ta' abbord dwar is-sajd skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.”; |
|
(4) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 23a Ir-rappurtar ta' data rilevanti lill-Kummissjoni 1. Sal-15 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni:
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla li ssir fil-lista tal-portijiet magħżula għal ħatt l-art tal-qabdiet ta' qroll aħmar skont il-paragrafu 5 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/1. 4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ adegwati sabiex jiġbru informazzjoni affidabbli dwar l-impatti, fuq il-popolazzjonijiet taċ-ċetaċji fil-Baħar l-Iswed, ta' bastimenti tas-sajd li jistadu għall-mazzola griża bi xbieki tal-garġi tal-qiegħ, u għandhom jippreżentaw dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. 5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla li ssir fil-mapep u fil-listi tal-pożizzjonijiet li jidentifikaw il-postijiet fejn jinsabu l-għerien tal-bumerini kif imsemmi fil-paragrafu 6 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/5. 6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM. 7. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2). Artikolu 23b Kontroll, monitoraġġ u sorveljanza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku 1. Sal-1 ta' Ottubru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjani u l-programmi tagħhom sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-Artikolu 16 l permezz ta' monitoraġġ u rappurtar adegwati, b'mod partikolari rigward il-qabdiet ta' kull xahar u l-isforz tas-sajd użat. 2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM sat-30 ta' Ottubru ta' kull sena.”; |
|
(5) |
l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-28 ta' Ottubru 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 116.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-13 ta' Lulju 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).
(5) ĠU L 322, 14.12.1999, p. 3.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka ta' klieb il-baħar abbord ta' bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).