This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0018
Council Directive 2013/18/EU of 13 May 2013 adapting Directive 2009/28/EC of the European Parliament and of the Council on the promotion of the use of energy from renewable sources, by reason of the accession of the Republic of Croatia
Direttiva tal-Kunsill 2013/18/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
Direttiva tal-Kunsill 2013/18/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
ĠU L 158, 10/06/2013, p. 230–230
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2021; Imħassar b' 32018L2001
10.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/230 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/18/UE
tat-13 ta' Mejju 2013
li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kinux previsti f'dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma jkunx ġie adottat mill-Kummissjoni. |
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati fejn meħtieġ biex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. |
(3) |
Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fil-parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2009/28/KE, dan li ġej jiddaħħal fit-tabella wara l-entrata għal Franza:
“Il-Kroazja |
12,6 % |
20 %”. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.