Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1113

    Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1113/2010 tal- 1 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2010/2011

    ĠU L 316, 02/12/2010, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1113/oj

    2.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 316/2


    REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (UE) Nru 1113/2010

    tal-1 ta' Diċembru 2010

    li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2010/2011

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta' rifużjonijiet aġġustati fir-rigward ta' ċereali esportati fil-forma ta' ċertu xorb spirituż [alkoħoliku] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi illi l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta' ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, piżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Dan il-koeffiċjent jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet totali mqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta' snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta' dan ix-xorb alkoħoliku.

    (2)

    Abbażi tat-tagħrif fornut mir-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2009, il-perjodu medju tal-maturazzjoni fl-2009 kien ta' seba’ snin għall-iScotch whisky.

    (3)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011.

    (4)

    L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeskludi l-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2010/2011.

    (5)

    L-effetti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2009 tat-30 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2009/2010 (3) ġew eżawriti minħabba li dan ir-Regolament jirrigwarda l-koeffiċjenti applikabbli għas-sena 2009/2010. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jiġi rrevokat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011, il-koeffiċjenti stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-produzzjoni tal-iScotch whisky, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 1035/2009 għandu jiġi rrevokat.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.

    (3)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 3.


    ANNESS

    Il-koeffiċjenti applikabbli fir-Renju Unit

    Perjodu ta' applikazzjoni

    Koeffiċjent applikabbli

    għax-xgħir ipproċessat f’malt utilizzat fil-produzzjoni tal-malt whisky

    għaċ-ċereali użati fil-produzzjoni tal-grain whisky

    Mill-1 ta' Ottubru 2010 sat- 30 ta' Settembru 2011

    0,300

    0,255


    Top