EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0234

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 tal-10 ta' Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003

ĠU L 40, 12/02/2004, p. 1–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2016; Imħassar b' 32016R0983

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/234/oj

32004R0234



Official Journal L 040 , 12/02/2004 P. 0001 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004

tal-10 ta' Frar 2004

dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 miġjuba fih,

Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/137/PESK tal-10 ta' Frar 2004 li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra l-Liberja u tirrevoka l-Posizzjoni Komuni 2001/357/PESK [1],

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fir-Rizoluzzjoni tiegħu 1521 (2003) tat-22 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li aġixxa taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u li innota ċ-ċirkostanzi mibdula fil-Liberja, partikolarment it-tluq tal-ex President Charles Taylor u l-formazzjoni tal-Gvern Nazzjonali Tranżitorju tal-Liberja, iddeċieda li jimmodifika ċerti miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja permezz tar-Risoluzzjonijiet 1343 (2001) tas-7 ta' Marzu 2001 u 1478 (2003) tas-6 ta' Mejju 2003 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2) Il-Posizzjoni Komuni 2004/137/PESK tipprevdi l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fir-Risoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003), inkluża projbizzjoni dwar l-assistenza teknika relatata ma' l-attivitajiet militari u l-importazzjoni ta' djamanti ħorox u ta' zkuk tas-siġar tondi u prodotti magħmulha miz-zkuk tas-siġar mil-Liberja.

(3) Il-Posizzjoni Komuni 2004/137/PESK tipprevdi anki projbizzjoni dwar is-servizzi relatati ma' l-attivitajiet militari, u dwar l-assistenza finanzjarja relatata ma' l-attivitajiet militari, li mhix kwotata fir-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003).

(4) Uħud mill-miżuri previsti mir-Rizoluzzjonijiet 1343 (2001) u 1478 (2003) kienu implimentati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2003 tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja [2]. L-emendi għal dawk il-miżuri jaqgħu taħt it-Trattat u, għalhekk, sabiex tiġi evitata kull distorsjoni tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa leġislazzjoni tal-Komunità sabiex timplimenta d-deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà f'dak li jirrigwarda lill-Komunità. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità hu meqjus li jinkludi t-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat.

(5) Għall-iskop tal-ċarezza, għandu jiġi adottat test wieħed li jkun fih id-disposizzjonijiet kollha relevanti kif emendati, sabiex jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1030/2003, li għandu jiġi revokat.

(6) Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika:

"assistenza teknika" tfisser kull appoġġ tekniku li jirrigwarda tiswijiet, żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista' jieħu forom bħal istruzzjoni, parir, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar ix-xogħol jew snajja' jew servizzi ta' konsulenza. Assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza.

Artikolu 2

Għandu jkun projbit:

(a) li tingħata, tinbiegħ, tiġi provduta jew trasferita assistenza teknika relatata ma' attivitajiet militari u għall-forniment, manifattura, manutenzjoni u użu ta' l-armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inkluż armi u munizzjoni, vetturi militari, apparat, apparat paramilitari, u partijiet ta' sostituzzjoni għal dawk imsemmija qabel, direttament jew indirettament lil kull persuna, entità u korp fil-, jew għall-użu fil-Liberja;

(b) li jiġi provdut finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' l-attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni għall-kreditu ta' l-esportazzjoni, għal kull bejgħ, forniment trasferiment jew esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat, direttament jew indirettament lil kull persuna, entità jew korp fil-, jew għall-użu fil-Liberja;

(ċ) li jkun hemm parteċipazzjoni, b'għarfien u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-iskop jew effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li ssir promozzjoni tat-transazzjonijiet msemmija fil-paragrafi (a) u (b)

Artikolu 3

1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness 1, ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit, tista' tawtorizza l-proviżjoni ta':

(a) assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' l-armi u materjal relatat, fejn assistenza ta' dan it-tip jew servizzi huma maħsuba unikament għall-appoġġ u l-użu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja, jew ta'

(b) l-finanzjament u assistenza finanzjarja relatata ma':

(i) l-armi u materjal relatat maħsub unikament għall-appoġġ ta' u l-użu fi programm internazzjonali ta' taħriġ u riforma għall-forzi armati u pulizija Liberjani jew għal

(ii) l-apparat militari mhux letali maħsub unikament ghall-użu umanitarju jew protettiv.

2. L-ebda awtorizazzjoni m'għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.

Artikolu 4

1. Fejn attivitajiet ta' dan it-tip ġew approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit permezz tal-paragrafu 21 tar-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU1521 (2003), u permezz ta' deroga mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness 1, ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi huwa stabbilit, tista' tawtorizza l-proviżjoni ta' assistenza teknika relatata ma':

(a) l-armi u materjal relatat maħsub unikament għall-appoġġ ta' u l-użu fi programm internazzjonali ta' taħriġ u riforma għall-forzi armati u pulizija Liberjani, jew għal

(b) apparat militari mhux letali maħsub unikament ghall-użu umanitarju jew protettiv.

Tali approvazzjoni għandha tinkiseb permezz ta' l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness 1, ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi huwa stabbilit.

2. L-ebda awtorizzazzjonijiet m'għandhom jingħataw għall-attivitajiet li diġa' seħħew.

Artikolu 5

L-Artikolu 2 m'għandux japplika ghal ilbies protettiv, inkluż flak jackets u elmi militari, esportati temporanjament mill-impjegati tan-Nazzjonijiet Uniti, impjegati ta' l-Unjoni Ewropea, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u ta' l-iżvilupp u ħaddiema assoċjati magħħom, għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 6

1. L-importazzjoni diretta jew indiretta fil-Komunità tad-djamanti kollha ħorox mill-Liberja, kif imfissra fl-II, irrispettivament minn jekk joriġinawx hemmhekk jew le, għandha tiġi projbita.

2. L-importazzjoni fil-Komunità ta' zkuk tas-siġar tondi u prodotti taz-zkuk tas-siġar li joriġinaw fil-Liberja, kif imfissra fl-Anness III, għandha tiġi projbita.

3. Il-parteċipazzjoni, bl-għarfien u bl-intenzjoni, f'attivitajiet li l-iskop jew l-effett tagħhom, direttament jew indirettament, huwa l-promozzjoni tat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha wkoll tkun projbita.

Artikolu 7

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u dmirijiet ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kuntatti kollha meħtieġa mal-Kumitat stabbilit permezz tal-paragrafu 21 tar-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda taħt din id-Direttiva u għanndhom ifornu lil xulxin b'kull informazzjoni relevanti oħra li tkun għad-disposizzjoni tagħhom b'konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni fir-rigward ta' problemi dwar abbuz u infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex:

(a) temenda l-Anness 1 abbażi ta' l-informazzjoni fornita mill-Istati Membri;

(b) temenda l-Annessi II u III sabiex iġġibhom konformi mat-tibdil li jista' jsir lin-Nomenklatura Kombinata.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika minkejja kull drittijiet li jiġu konferiti, jew obligazzjonijiet imposti, minn kull ftehim internazzjonali jew kull kuntratt maqbul jew kull liċenza jew permess mogħtija qabel it-13 ta' Frar 2004.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regolamenti dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi jkunu implimentati. Is-sanzjonijeit previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u diswassivi.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fi ħdan it-territorju tal-Komunità, inkluza l-arja tagħha;

(b) abbord kull ajruplan jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(ċ) għal kull persuna f'post ieħor li għandha n-nazzjonalità ta' Stat Membru;

(d) għal kull persuna legali, grupp jew entità li hija inkorporata jew kostitwita taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) għal kull persuna legali, grupp jew entità li li tinnegozja fi ħdan il-Komunità.

Artikolu 13

Ir-Regolament (KE) Nru. 1030/2003 huwa hawnhekk mħassar.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-sehh fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Gurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-10 Frar 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. McCreevy

[1] Ara paġna 35 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 150, tat-18.6.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2061/2003 (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 5).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3 u 4

IL-BELĠJU

Servie public fédéral des affaires étrangères, commerce extérieur et coopération au développement

Egmont 1

Rue des Petits Carmes 19

B - 1000 Bruxelles

Federale Overheidsdienst Buitenlandse Zaken, Buitenlandse Handel en Ontwikkelingssamenwerking

Egmont 1

Karmelietenstraat 19

B - 1000 Brussel

Direction générale des affaires bilatérales

Service "Afrique du sud du Sahara"

Téléphone (32-2) 501 88 75

Télécopieur (32-2) 501 38 26

Bilaterale zaken Dienst

Afrika ten zuiden van de Sahara

Tel. (32-2) 501 88 75

Fax (32-2) 501 38 26

Service public fédéral de l'économie, des PME, des classes moyennes et de l'énergie

ARE 4e o division, Service service des licences

Avenue du Général Leman 60

B - 1040 Bruxelles

Téléphone (32-2) 206 58 16/27

Télécopieur (32-2) 230 83 22

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie

BEB, afdeling 4, Dienst vergunningen

Generaal Lemanlaan 60

B - 1040 Brussel

Tel. (32-2) 206 58 16/27

Fax (32-2) 230 83 22

Brussel Hoofdstedelijk Gewest - Région de Bruxelles-Capitale (Region Brüssel-Hauptstadt):

Kabinet van de minister van, Begroting, Openbaar Ambt en Externe Betrekkingen van d e Brussel Hoofdstedelijke regering

Kunstlaan 9

B - 1210 Brussel

Cabinet du ministre des, du, de la fonction publique et des relations extérieures du gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

Avenue des Arts 9

B - 1210 Bruxelles

Téléphone (32-2) 209 28 25

Télécopieur (32-2) 209 28 12

Région wallonne (Wallonische Region):

Cabinet du ministre-président du gouvernement wallon

Rue Mazy 25-27

B-5100 Jambes-Namur

Téléphone (32-81) 33 12 11

Télécopieur (32-81) 33 13 13

Vlaams Gewest (Flämische Region):

Administratie Buitenlands Beleid

Boudewijnlaan 30

B-1000 Brussel

Tel. (32-2) 553 59 28

Fax (32-2) 553 60 37

Id-DANIMARKA

Erhvervs- og Boligstyrelsen

Dahlerups Pakhus

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

Tlf. (45) 35 46 60 00

Fax (45) 35 46 60 01

Udenrigsministeriet

Asiatisk Plads 2

DK-1448 København K

Tlf. (45) 33 92 00 00

Fax (45) 32 54 05 33

Justitsministeriet

Slotsholmsgade 10

DK-1216 København K

Tlf. (45) 33 92 33 40

Fax (45) 33 93 35 10

Il-ĠERMANJA

Rigward finanzjament u assistenza finanzjarja

Deutsche Bundesbank

Servicezentrum Finanzsanktionen

Postfach

D-80281 München

Tel.: (49-89) 28 89 38 00

Fax: (49-89) 35 01 63 38 00

Rigward servizzi tekniċi u servizzi oħra:

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29-35

D-65760 Eschborn

Tel.: (49) 619 69 08-0

Fax: (49) 619 69 08-800

IL-GREĊJA

A. Iffriżar ta' l-assi

Ministeru ta' l0ekonmija u Finanzi

Direttorat Ġenerali tal-Politika Ekonomika

5 Triq Nikis.

GR-101 80 Ateni

Tel. (30) 210333 27 86

Fax (30) 210333 28 10

A. ΔΕΣΜΕΥΣΗ ΚΕΦΑΛΑΙΩΝ

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

Γενική Διεύθυνση Οικονομικής Πολιτικής

Νίκης 5

GR-101 80 Αθήνα

Τηλ. (30) 210333 27 86

Φαξ (30) 210333 28 10

B. Restrizzjonijiet dwar l-Importazzjoni u l-Esportazzjoni

Ministeru ta' l-Ekonomija u l_Finanzi

Direttorat Ġenerali ghall-Ippjanar u l-Immaniġġjar tal-Politika

Triq Kornaroy. 1

GR-105 63 Ateni

Tel. (30) 210328 64 01-3

Fax (30) 210328 64 04

B. ΠΕΡΙΟΡΙΣΜΟΙ ΕΙΣΑΓΩΓΩΝ — ΕΞΑΓΩΓΩΝ

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

Γενική Διεύθυνση Σχεδιασμού και Διαχείρισης Πολιτικής

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Τηλ. (30) 210328 64 01-3

Φαξ (30) 210328 64 04

SPANJA

Ministerio de Economía

Dirección General de Comercio e Inversiones

Paseo de la Castellana, 162

E - 28046 Madrid

Tel.: (34) 913 49 38 60

Fax (34) 914 57 28 63

FRANZA

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des douanes et des droits indirects

Cellule embargo - Bureau E2

Téléphone (33) 144 74 48 93

Télécopieur (33) 144 74 48 97

Ministère des affaires étrangères

Direction des unies et des internationales

Téléphone (33) 143 17 59 68

Télécopieur (33) 143 17 46 91

L-IRLANDA

Dipartiment ta' l-Impriża, Snajja' u Impjieg

Unit tal-Liċenzar

Earlsfort Centre

Triq Lower Hatch

Dublin 2

l-Irlanda

Tel.: (353) 16312121

Fax (353) 16312562

L-ITALJA

Ministero degli Affari esteri

DGAS.-Uff. I

Roma

Tel. (39) 06 36 914492/2988/5805

Fax (39) 06 36 915446

Ministero del Commercio estero

Gabinetto

Roma

Tel. (39) 06 59 93 23 10

Fax (39) 06 59 64 74 94

Ministero dei Trasporti

Gabinetto

Roma

Tel. (39) 06 44 26 71 16/84 90 40 94

Fax (39) 06 44 26 71 14

Il-LUSSEMBURGU

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

21, rue Philippe II

L - 2340 Lussemburgu

Téléphone (352) 478 23 70

Télécopieur (352) 46 61 38

L-OLANDA

Ministerie van Economische Zaken

Buitenlandse Economische Betrekkingen

Directie Handelspolitiek en Investeringsbeleid

Bezuidenhoutseweg 153

2594 AG Den Haag

Nederland

Tel. (31) 703797658

Fax (31) 703797392

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Abteilung C/2/2

Stubenring 1

A - 1010 Wien

Tel.: (43-1) 711 00

Fax (43-1) 711 00-83 86

Il-PORTUGALL

Ministério dos Negócios Estrangeiros

Direcção-Geral dos Assuntos Multilaterais

Largo Rilvas

P - 1350-179 Lisboa

Tel.: (351-21) 394 60 72

Fax (351-21) 394 60 73

Il-FINLANDJA

Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

PL/PB 176

FIN - 00161 Helsinki/Helsingfors

P./Tfn (358-9) 16 05 59 00

Faksi/Fax (358-9) 16 05 57 07

Puolustusministeriö/Försvarsministeriet

Eteläinen Makasiinikatu 8/Södra Magasinsgatan 8

FIN - 00131 Helsinki/Helsingfors

PL/PB 31

P./Tfn (358-9) 16 08 81 28

Faksi/Fax (358-9) 16 08 81 11

L-ISVEZJA

Inspektionen för strategiska produkter (ISP)

Box 70252

107 22 Stockholm

Tfn (46-8) 406 31 00

Fax (46-8) 20 31 00

Regeringskansliet Utrikesdepartementet

Rättssekretariatet för EU-frågor

Fredsgatan 6 103 39 Stockholm

Tfn (46-8) 405 10 00

Fax (46-8) 723 11 76

IR-RENJU UNIT

Unit tal-Liċenzar tas-Sanzjonijiet

Organizazzjoni tal_Kontroll ta' l-Esportazzjoni Dipartiment Kummerċ u l-Industrija

4 Abbey Orchard Street Londra

SW1P 2HT

Renju Unit

Tel.: (44) 20 72150594

Fax (44) 20 72150593

--------------------------------------------------

ANNESS II

Id-djamanti ħorox imsemmija fl-Artikolu 6(1)

Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodott |

71021000 | Djamanti mhux magħżula, ħorox mhux immontati jew iffissati |

71022100 | Djamanti industrijali, ħorox jew sempliċiment segati, mxaqqa jew bruttati |

71023100 | Djamanti mhux industrijali, ħorox jew sempliċement segati, mxaqqa jew bruttati |

71051000 | Trab tad-djamanti |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Zkuk tas-siġar tondi u prodotti ta' l-injam imsemmija fl-Artikolu 6(2)

Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodott |

4401 | Injam għall-karburant, fi zkuk, akwartjeramenti, fi zkuk zgħar, faxxini jew forom simili oħra: injam f'ċippi jew partiċelli; ċana u skart ta' l-injam kemm jekk miġbura fi zkuk, briketti, pallini jew forom oħra simili |

4402 | Karbonju ta' l-injam (inkluż karbonju tal-qoxra jew bil-qalba_), kemm jekk miġbur flimkien kif ukoll jekk mhux |

4403 | Injam fis-selvaġġ, kemm jekk imqaxxar mill-qoxra jew injam imnixxef, jew skwerrat b'mod mhux preċiż |

4404 | Injam għaċ-ċerkji, arbli maqsuma, pikketti u pali tal-injam, ippuntati iżda mhux issegati mit-tul; stikek tal-injam, ittrimmjati fuq fuq iżda mhux imdawrin, mgħawġa jew maħduma b'mod ieħor, adattati għall-manifattura ta' bsaten tal-mixi, umbrellel, manilji tal-għodda jew simili, injam taċ-ċippi u simili |

4405 | Suf tal-injam; tqiq tal-injam |

4406 | Rampi (cross-ties) tal-linji tal-ferrovjarji jew tat-tram tal-injam |

4407 | Injam issegat jew iċċippjat għat-tul, imqatta' jew mqaxxar, kemm jekk ippjanat jew le, imrammel jew iġġontat fit-tarf, ta' hxuna li taqbeż is-6 mm |

4408 | Folji għall-impallaċjar (inkluż dawk miksuba bit-tqattigħ tal-injam laminat), għall-plywood jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isseġat għat-tul, mqatta' jew mqaxxar, kemm jekk ippjanat jew le, imrammel jew iġġontat fit-tarf, ta' hxuna li taqbeż is-6 mm |

4409 | Injam (inkluż strippi u freġji għall-pavimentar bil-parquet, mhux assemblati) iffurmati b'mod kontinwu (illingwati, iggruvjati, kamferati, ribattuti, iġġontati forma ta' V, ifformati, ittondjati jew ħwejjeġ simili) matul kull xifer, truf jew faċċati tiegħu kemm jekk ippjanati kif ukoll le, imrammla jew iġġontati fit-truf. |

4410 | Tavla tal-partiċelli jew tavla simili (per eżempju tavla strand orjentata u waferboard) ta' l-injam jew materjali linejużi oħra, kemm jekk agglomerati ma' reżini jew sustanzi organiċi li jgħaqqdu oħrajn u kemm jekk le |

4411 | Fibreboard ta' l-injam jew materjali linejużi oħra, kemm jekk mgħaqqda ma' reżini jew sustanzi organiċi oħra u kemm jekk le |

4412 | Plywood, pannelli inġustati jew injam laminat simili |

4413 | Injam densifikat, fi blokki, platti, strippi jew forom tal-profili |

4414 | Inkwadri ta' l-injam għall-pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti simili |

4415 | Kaxxi għall-imballaġġ, kaxxi, ċilindri jew imballaġġi oħra, ta' l-injam; cilindri bil-cable ta' l-injam; paletti, palletti tal-kaxxi u tavli oħra tat-tagħbija, ta' l-injam, kullari tal-paletti ta' l-injam |

4416 | Krietel, btieti jew prodotti oħra tal-koppara u partijiet minnhom, ta' l-injam, inkluż pentagrammi |

4417 | Għodda, korpi tal-għodda, manilji tal-ghodda, korpi u manilji ta' l-ixkupi u broxkijiet, ta' l-injam; lazzijiet taż-żraben jew boots jew siġar, tal-injam |

4418 | Falenjamerija tal-bennejja u karpenterija ta' l-injam, inkluż panelli ta' l-injam ċellolari, panelli assemblati tal-parquet, ċjotti u taħlitiet |

4419 | Pożati tal-mejda u tal-kċina, tal-injam |

4420 | Marquetry ta' l-injam u injam interzjat; krietel u kaxxi għall-ġojjellerija jew pożati, jew artikoli simili, ta' l-injam, statwetti jew ornamenti oħra, ta' l-injam; artikoli ta' l-injam tal-għamara li ma jaqgħux fil-Kapitolu 94 NM |

4421 | Artikoli oħra ta' l-injam |

4701 | Polpa ta' l-injam mekkanika |

4702 | Polpa ta' l-injam kemikali fi gradi li jiddissolvu |

4703 | Polpa kemikali ta' l-injam, sodju jew sulfat, minbarra gradi li jiddissolvu |

4704 | Polpa ta' l-injam kemikali, sulfat, minbarra gradi jiddissolvu |

4705 | Polpa ta' l-injam ottenuta b'kombinazzjoni ta' proċessi ta' ippulpjar mekkaniċi u kimiċi |

940161 | Sedili oħra b'qafas tal-injam |

940169 | Sedili oħrajn, b'qafas ta' l-injam, li m'humiex ittapezzati |

94019030 | Partijiet tas-sedili ta' tip li jintużaw fl-ajruplani, ta' l-injam |

940330 | Għamara ta' l-injam tat-tip li tintuża fl-ufficċji |

940340 | Għamara ta' l-injam tat-tip li tintuża fil-kċina |

940350 | Għamara ta' l-injam tat-tip li tintuża fil-kamra tas-sodda |

940360 | Għamara oħra ta' l-injam |

94060020 | Bini ta' l-injam iffabbrikati minn qabel |

ex9705 | Biċċiet ta' l-injam tal-kollezzjonisti |

ex9706 | Antikitajiet ta' l-injam |

--------------------------------------------------

Top