This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004E0137
Council Common Position 2004/137/CFSP of 10 February 2004 concerning restrictive measures against Liberia and repealing Common Position 2001/357/CFSP
Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/137/PESK ta' l-10 ta' Frar 2004 dwar dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Liberja u tħassar il-Posizzjoni Komuni 2001/357/PESK
Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/137/PESK ta' l-10 ta' Frar 2004 dwar dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Liberja u tħassar il-Posizzjoni Komuni 2001/357/PESK
ĠU L 40, 12/02/2004, p. 35–36
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2007
Official Journal L 040 , 12/02/2004 P. 0035 - 0036
Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/137/PESK ta' l-10 ta' Frar 2004 dwar dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Liberja u tħassar il-Posizzjoni Komuni 2001/357/PESK IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) Fis-7 ta' Mejju 2001 il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni 2001/357/PESK [1] li għandha x'taqsam mal-miżuri restrittivi kontra l-Liberja, sabiex tiġi applikata r-Risoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1343 (2001). (2) Il-Posizzjoni Komuni 2001/357/PESK, kif estiża bil-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/457/PESK [2], ġiet emendata bil-Posizzjonijiet Komuni tal-Kunsill 2003/365/PESK [3], 2003/666/PESK [4] u 2003/771/PESK [5] sabiex jiġu implimentati r-Risoluzzjonijiet relatati tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCRs). (3) Fit-22 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU addotta r-Risoluzzjoni 1521 (2003), li rrevediet d-determinazzjoni għall-azzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà taħt il-Kapitolu VII billi intemmu l-miżuri mfassla fi UNSCR 1343 (2001) u f'risoluzzjonijiet relatati, u billi tfasslu miżuri reveduti li għandhom jiġu imposti kontra l-Liberja. (4) Sabiex jiġu applikati dawn il-miżuri, għajnuna finanzjarja jew għajnuna finanzjali relatata ma' l-attivitajiet militari, li mhumiex msemmija f'UNSCR 1521 (2003), għandhom jiġu projbiti ukoll. (5) Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex jiġu applikati ċerti miżuri, ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 1. (a) Taħt il-kondizzjonijiet mfassla fl-UNSCR 1521 (2003), il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts ta' l-affarijiet imsemmija iżjed 'il quddiem, għall-Liberja minn ċittadini ta' l-Istati Membri jew minn territorji ta' l-Istati Membri jew li jtajjru l-bandiera tagħhom fuq id-dgħajjes jew l-ajruplani huma projbiti, kemm jekk joriġinaw fit-territorju tagħhom kif ukoll jekk le. (b) Hu projbit ukoll: - li tippermetti, tbiegħ, tipprovdi jew titrasferixxi għajnuna teknika, servizzi ta' sensarija u servizzi oħra relatati m'attivitajiet militari u għad-disposizzjonijiet, għall-manifattura, għall-manteniment u l-użu ta' oġġetti fis-sottoparagrafu (a), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-, jew għal użu fil-, Liberja, - li tipprovdi għajnuna finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazjzoni, għal kull bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni t'oġġetti fis-sottoparagrafu (a), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-, jew għal użu fil-, Liberja. 2. Paragrafu 1 ma japplikax għal: (a) armi u materjal relatat u taħriġ tekniku u għajnuna maħsuba biss għall-appoġġ jew għall-użu mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja; (b) armi u materjal relatat u taħriġ tekniku u għajnuna maħsuba biss għall-appoġġ jew għall-użu f'taħriġ u programm ta' riforma internazzjonali għall-forzi armati u għall-pulizija tal-Lberja, kif approvat bil-quddiem mill-Kumitat stabbilit fil-paragrafu 21 ta' UNSCR 1521 (2003) (il-Kumitat); (ċ) tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, u għajnuna jew taħriġ tekniku relatat, kif approvat bil-quddiem mill-Kumitat; (d) ilbies protettiv, inkluż ġgieket flak u elmi militari, esportati għal xi żmien lejn il-Liberja minn personal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u ta' l-iżvilupp u personal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss. 3. Il-provvista, il-bejgħ u t-trasferiment t'armi jew materjal relatat jew id-disposizzjoni tas-servizzi, msejħa fil-paragrafu 2(a), (b) u (ċ), għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta'l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkonsidraw it-tqassim taħt paragrafi 2(a), (b) u (ċ) fuq bażi ta' każ każ, u jieħdu konjuzzjoni tal-kriterja mfassla fil-kodiċi ta' kondotta ta' l-Unjoni Ewropea dwar esportazzjoni ta' l-armi. L-Istati Membri se jkollhom bżonn salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija skond dan il-paragrafu u, fejn hu xieraq, jagħmlu disposizzjonijiet għar-ripatriazzjoni ta' l-armi u l-materjal relatat imqassam. 4. Għall-iskopijiet ta' din il-Posizzjoni Komuni, "għajnuna teknika" għandha tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, taqgħid, ittestjar, manutenzjoni jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal tagħlim, parir, taħriġ, trasmizzjoni ta' tagħrif dwar ħidma jew prattika jew servizzi ta' konsulenza. Għajnuna teknika tinkludi forom verbali ta' għajnuna. Artikolu 2 1. Taħt il-kondizzjonijiet mfassla f'UNSCR 1521 (2003), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex ma jħallux dħul ġo, jew transitu minn, it-territorji tagħhom ta' l-individwi kollha, nominati mill-Kumitat, li: (a) jsawwar theddida għall-proċess ta'paċi fil-Liberja jew li huma mdaħħla f'attivitajiet bil-għan li tiżżebblaħ il-paċi u l-istabbili fil-Liberja u s-sottoreġjun inklużi dawk il-membri anzjani tal-Gvern tal-President ta' qabel Charles Taylor u l-għarajjes tagħhom u membri tal-forzi ta' l-armata ta' qabel li żammew rabta mal-President ta' qabel Charles Taylor; (b) qed jiksru l-projbizzjoni ta' bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni t'armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts ta' l-affarijiet imsemija iżjed 'il quddiem, jew qed jiksru l-projbizzjoni tad-disposizzjoni ta' taħriġ taħriġ jew għajnuna teknika relatata mad-disposizzjoni, manifattura, manutenzjoni jew użu ta' affarijiet bħal dawn; (ċ) jipprovdu apoġġ finanzjarju jewmilitari lill-guppi ta' rvell armati fil-Liberja jew f'pajjiżi fir-reġjun jew li huma assoċjata m'entitajiet li jagħmlu dan. 2. Xejn minn paragrafu 1 m'għandu jobbliga xi Stat li jirrifjuta dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess. 3. Il-miżuri fil-paragrafu 1 għandhom ikomplu japplikaw għall-individwi li huma diġà nominati skond paragrafu 7(a) ta' UNSCR 1343 (2001), li jissospendi sa kemm issir in-nominazzjoni t'individwi mill-Kumitat. 4. Paragrafu 1 m'għandux japplikafejn il-Kumitat jistabilixxi li vjaġġi bħal dawn huma ġustifikkati fuq raġunijiet ta' bżonn umanitarju, inkluż obbligazzjonijiet reliġjużi, jew fejn il-Kumitat jikkonkludi li jekk issir eżentazzjoni inkella twassal biex jissaħħu l-għanijiet tar-risoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex tinħoloq il-paċi, l-istabbiltà u d-demokrazija fil-Liberja u għall-paċi fit-tul fis-sottoreġjun. Artikolu 3 L-importazzjoni diretta jew indiretta ta' kull djamant aħrax mill-Liberja għall-Komunità, kemm jekk djamanti dawn id-djamanti originaw mill-Liberja kif ukoll jekk le, għandhom jiġu projbiti skondil-kondizzjonijiet mfassla fi UNSCR 1521 (2003). Artikolu 4 L-importazzjoni fil-Komunità ta' kull zkuk ta' siġar tond u prodotti magħmula mill-injam li joriġinaw mill-Liberja għandhom jiġu projbiti, skond il-kondizzjonijiet mfassla fi UNSCR 1521 (2003). Artikolu 5 Din il-Posizzjoni Komuni għandha tgħodd sat-22 ta' Diċembru 2004 sakemm il-Kunsill ma jiddeċidiex xort'oħra bi qbil ma' kull risoluzzjoni futura relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Artikolu 6 Il-Posizzjoni Komuni 2001/357/PESK hija hawnhekk revokata. Artikolu 7 Din il-Posizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Għandha tibda tapplika mit-22 ta' Diċembru 2003. Artikolu 8 Din il-Posizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Frar 2004. Għall-Kunsill Il-President C. McCreevy [1] ĠU L 126, tat-8.5.2001p. 1. Posizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata mill-Posizzjoni Komuni 2003/771/PESK (ĠU L 278, tad-29.10.2003, p. 50). [2] ĠU L 155, ta' l-14.6.2002, p. 62. [3] ĠU L 124, ta' l-20.5.2003, p. 49. [4] ĠU L 235, tat-23.9.2003, p. 28. [5] ĠU L 278, tad-29.10.2003, p. 50. --------------------------------------------------