Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1535

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel

    ĠU L 218, 30/08/2003, p. 14–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 19/10/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1535/oj

    32003R1535



    Official Journal L 218 , 30/08/2003 P. 0014 - 0030


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003

    tad-29 ta’ Awissu 2003

    li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħxejjex ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 453/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6b(3) u 6ċ(7) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 daħħal il-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jikkunsinnaw it-tadam, il-ħawħ u l-lanġas għall-produzzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament u l-għajnuna għall-produzzjoni tal-prun u t-tin. Dawn il-prodotti jridu jinkisbu mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikeb maħsuda fil-Komunità.

    (2) Sabiex is-sistema tiġi ssimplifikata u ċċarata, uħud mir-regoli sabiex tiġi applikata l-iskema tal-għajnuna għandhom jiġu emendati fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba. Għar-raġuni taċ-ċarezza r-Regolment tal-Kummissjoni (KE)Nru 449/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolamnt tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċesati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1426/2002 [4], għandu jitħassar u jiġi mibdul.

    (3) Sabiex jiġi żgurat illi l-iskema tiġi applikata b’mod uniformi, għandhom jiġu ddefiniti l-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-Anness I ta’ miegħu, is-snin tas suq li japplikaw għal dawn il-prodotti u l-perjodi taż-żmien tal-kunsinna tal-materji prima.

    (4) Il-frott fix-xiropp taz-zokkor huwa prodott fl-Unjoni Ewropea b’kontenut totali ta’ zokkor ta’ inqas minn 14oBrix. Għandu jitnaqqas il-proporzjon taz-zokkor fil-prodotti eliġibbli għall-għajnuna. Id-definizzjoni wżata għandha tkun imsejsa fuq id-definizzjoni tal-Kumitat tal-Codex Alimentarius.

    (5) L-iskema trid tkun kapaċi topera b’numru suffiċjenti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u, għall-konsistenza u b’analoġija mar-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru 2202/96tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jdaħħal skema Komunitarja ta’ għajnuna għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1933/2001 [6], it-terminu "gruppi tal-produtturi awtorizzati temporanjament" riferit fl-ewwel subparagrafi ta’ l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6a(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/96 irid jinkludi l-gruppi tal-produtturi li jkunu ġew konċessi għarfien preliminari skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 47/2003 [8].

    (6) L-iskema tal-għajnuna għall-produzzjoni hija msejsa fuq il-kuntratti bejn l-organizzazzjonijiet magħrufa jew konċessi għarfien preliminari tal-produtturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-proċessuri. Il-produtturi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu wkoll jaġixxu ta’ proċessuri f’ċerti ċirkostanzi. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi tal-kuntratti u l-partikolaritajiet ta’ ġo fihom għall-għanijiet sabiex tiġi applikata l-iskema tal-għajnuna.

    (7) Sabiex tiġi mtejba l-manjiera dwar kif taħdem l-iskema, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu konxji mill-organizzazzjonijiet kollha tal-produtturi li jqiegħdu fis-suq il-produzzjoni tal-membri tagħhom, tal-membri ta’ l-organizzazzjoniet l-oħra tal-produtturi u tal-produtturi individwali li jixtiequ jikkwalifikaw skond l-iskema tal-għajnuna. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu konxji wkoll mill-proċessuri li jiffirmaw kuntratti ma’ dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawn il-proċessuri għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet it-tagħrif meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi l-iskema taħdem b’mod korrett. Il-proċessuri tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas iridu jkunu approvati qabel ma jkunu jistgħu jikkonkludu l-kuntratti.

    (8) Il-kuntratti jridu jiġu konklużi sa data mogħtija fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas u qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq fil-każ tal-prodotti l-oħra. Sabiez jiġi żgurat illi l-iskema tkun effettiva kemm jista’ jkun, il-partijiet ta’ dawn il-kuntratti għandhom madankollu jkunu awtorizzati li jżidu l-kwantitajiet oriġinalment stabbiliti fihom sa limitu mogħti permezz ta’ emendi għall-kuntratti.

    (9) In-numru ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jrid jiġi ssottomess mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-proċessuri jrid jiġi stabbilit mill-proċess tal-proċessar. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jridu jinkludu t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà. Sabiex jiġu kkumpensati l-obbligi imposti fuq l-orgnizzazzjonijiet tal-produtturi, għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-għajnuna titħallas bil-quddiem, bil-kondizzjoni li tiġi ddepożitata garanzija sabiex tiżgura r-rifużjoni jekk ma jitħarsux il-ħtiġiet biex jiġi rċevut il-ħlas bil-quddiem.

    (10) Sabiex jiġi żgurat illi l-iskema tal-għajnuna tiġi applikata kif xieraq, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-proċessuri jridu jibagħtu t-tagħrif meħtieġ u jaġġornaw id-dokumentazzjoni xierqa u għandhom, b’mod partikolari, jipeċifikaw iż-żoni fejn jitkabbru t-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1991 li jistabbilixxi sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolamnt tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 [10] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill 3508/92 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2550/2001 [12] għall-għanijiet ta’ l-ispezzjonijiet u l-kontolli li jitqiesu meħtieġa.

    (11) Sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u għar-raġunijiet tas-suq, il-proċessuri għandhom jitħallew iktar flessibbiltà fil-fabbrikazzjoni tat-taħlitiet tal-frott u taz-zlazi magħmula mill-materji prima li għalihom tiġi konċessa l-għajnuna.

    (12) Għall-għanijiet sabiex tiġi amministrata l-iskema tal-għajnuna, iridu jiġu stabbiliti proċeduri għal kontrolli fiżiċi u dokumentarji dwat il-kunsinna u l-ħidmiet tal-proċessar, il-kontrolli jridu jkopru numru rappreżentattiv biżżejjed ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna u jridu jiġu stabbiliti ċerti penali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-poċessuri li jiksru r-regoli, b’mod partikolari billi jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz jew jonqsu milli jipproċessaw il-prodotti kkunsinnati lilhom.

    (13) Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-fiduċja tal-kontrolli magħmula, għandha tiġi mnaqqsa t-tagħbija tal-kontrolli fuq il-ħażniet Madankollu, fil-każ ta’ impriżi ġodda approvati tal-proċessar, għandu jkun hemm żewġ kontrolli fl-ewwel sena tas-suq li fiha jippateċipaw fl-iskema.

    (14) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, l-informazzjoni wżata għall-kalkolu ta’ kull qbiż tal-għatba Komunitarja għall-ħawħ, għal-lanġas u għat-tadam għandha tiġi ddefinita biċ-ċar.

    (15) Sabiex jiġi żgurat illi s-sistema sabiex tikkalkola kull qbiż tal-għatba Komunitarja tissodisfa dawn il-ħtiġiet, għandha ssir dispożizzjoni għal perjodu transitorju taż-żmien imsejjes fuq l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena tas-suq 2003/2004.

    (16) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Prodotti Pproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Il-KAPITOLU I ID-DEFINIZZJONIJIET U S-SNIN TAS-SUQ

    Artikolu 1

    Id-Definizzjonijiet

    1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijoiet li ġejjin:

    (a) "organizzazzjonijiet tal-produtturi" tfisser il-gruppi tal-produtturi riferiti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-gruppi tal-produtturi konċessi għarfien preliminari skond l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament;

    (b) "produttur" ifisser kull persuna naturali jew legali li hija membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li tikkunsinna l-prodott tagħha lil din l-organizzazzjoni għall-għanijiet tal-marketing tagħha fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96;

    (ċ) "produttur individwali" ifisser kull persuna naturali jew legali li ma tappartjenix għal organizzzzjoni tal-produtturi u li tkabbar il-matrja prima fuq l-azjenda agħha maħsuba għall-proċessar;

    (d) "proċessur" ifisser kull persuna naturali jew legali li topera, għall-għanijiet tal-qligħ u fuq ir-responsabbiltà tagħha, impjant jew iktar bil-faċilitajiet għall-fabbrikazzjoni ta’ prodott jew iktar elenkati fl-Artikolu 2(1) sa (15) u, meta japplika, approvati skond l-Artikolu 5;

    (e) "kwantità" tfisser il-kwantità espressa f’piż nett għajr jekk indikat xorta oħra;

    (f) "awtoritajiet kompetenti" tfisser il-korp jew il-korpi maħtura mill-Istat Membru sabiex jinplimenta/w dan ir-Regolament.

    2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, kull referenza għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi ddefinita fil-paragrafu 1 għandha tiġi miftiehma wkoll bħala referenza għall-assoċjazzjonijiet tal-produtturi riferiti fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 stabbiliti fuq l-inizjattiva ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi magħrufa skond dan ir-Regolament u kkontrollati minnhom.

    Artikolu 2

    Il-prodotti mlestija

    "Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) u fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2201/96" ifissru l-prodotti li ġejjin:

    1. il-ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott: il-ħawħ sħiħ jew biċċiet tal-ħawħ, mingħajr il-qoxra, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament b’kisja likwida tax-xiropp taz-zokkor jew tal-meraq naturali tal-frott u li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM (Nomenklatura Magħquda) bin-numri ex20087061, ex20087069, ex20087071, ex20087079, ex20087092, ex20087094 u ex20087099;

    2. il-lanġas fix-xiropp u/jew il-meraq naturali tal-frott: il-lanġas tal-varjetajiet William jew Rocha, sħiħ jew f’biċċiet, mingħajr il-qoxra, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament b’kisja ta’ likwidu tax-xiropp taz-zokkor jew tal-meraq naturali tal-frott, u li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM bin-numri ex20094051, ex20084059, ex20084071, ex20084079, ex20084091 u ex20084099;

    3. il-frott imħallat: it-taħlitiet tal-frott, sħiħ jew f’biċċiet, mingħajr qoxra, li jkunu għaddew mnn trattament tas-sħana, b’kisja likwida tax-xiropp taz-zokkor jew tal-meraq naturali tal-frott, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament f’kontenituri li fihom il-piż nett imsoffi mill-ilma tal-ħawħ u tal-lanġas Williams u Rocha jgħodd għal mill-inqas 60 % tal-piż kollu msoffi mill-ilma, li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM bin-numri ex200892 u ex200899, u magħmula direttament mill-ħawħ u/jew mill-lanġas Williams u Rocha friski kkunsinnati matul il-perjodi taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(2)(b) u (ċ);

    4. il-prun: il-prun miksub mill-għanbaqar "d’Ente" imnixxef li jkun ġie ttrattat jew ipproċessat kif xieraq u li jkun ippakkjat f’kontenituri approprjati, li jidħol filikodiċi tan-NM 08132900 u lest biex jiġi offrut għall-konsum mill-bniedem;

    5. it-tin imqaded: it-tin imqadded, inkluża l-pejst tat-tin, li jkunu ġew ittrattati jew ipproċesati kif jixraq u ppakkjati f’kontenituri approprjati, li jidħlu fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex08042090 u lesti biex jiġu offruti għall-konsum mill-bniedem;

    6. it-tadam sħiħ, imqaxxar u ffriżat bil-ħeffa: it-tadam imqaxxar tal-varjetajiet bżengulija, iffriżat, ippakkjat f’kontenituri approprjati u jidħol fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex27108070, meta mhux inqas minn 90 % tal-piż nett tat-tadam jikkonsisti f’tadam sħiħ li ma juru l-ebda ħsara li tibdillu d-dehra tiegħu b’mod sostanzjali. Dan il-perċentwal għandu jiġi stabbilit wara li t-tadam ikun inħall mill-friża;

    7. it-tadam imqaxxar mhux sħiħ iffriżat bil-ħeffa: biċċiet tat-tadam imqaxxar tal-varjetajiet bżengulin, jew tal-varjetjiet ċatti li jkunu ħfief biex jitqaxxru daqs il-varjetajiet bżengulin, iffriżati, ippakkjati f’kontenituri approprjati u li jidħlu il-kodiċi tan-NM bin-numru ex07108070;

    8. it-tadam sħiħ, imqaxxar u ppriservat: it-tadam imqaxxar tal-varjetajiet bżengulin, li jkun għadda minn trattament tas-sħana, ippakkjat f’kontenituri ssiġillati ermetikament u jidħol fil-kodiċi tan-NM bin-numu ex20021010, meta mhux inqas minn 65 % tal-piż tat-tadam imsoffi mill-ilma jikkonsisti minn tadam sħiħ li ma juri l-ebda ħsara li tibdillu d-dehra b’mod sostanzjali;

    9. it-tadam mhux sħiħ, imqaxxar u ppriservat: it-tadam imqaxxar, f’biċċiet jew imgħaffeġ parzjalment, tal-varjetajiet bżengulin, jew tal-varjetajiet ċatti ħfief biex tqaxxarhom daqs il-varjetajiet bżegulin, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri siġillati ermetikament u jidħlu fil-kondiċi tan-NM bin-numru ex20021010. Meta dawn il-prodotti jridu jintużaw biex jagħmlu l-prodotti indikati fil-punt 15, għandom ikunu ppakkjati f’kontenituri approprjati

    10. it-taqxir tat-tadam: it-taqxir miksub mit-tadam li jkun qiegħed jinxef, imqatta’ f’biċċiet żgħar irqaq u kwadri żgħar, ippakkjat f’kontenituri approprjati u li jidħol fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex07129030;

    11. il-meraq tat-tadam: il-meraq miksub b’mod dirett mit-tadam frisk u mgħoddi mill-passatur ħieles mill-ġilda, miż-żerriegħa u mill-partjiet l-oħra ħorox kollha, li jkollu bħala kontenut niexef, meta japplika wara l-konċentrazzjoni, ta’ inqas minn 12 %, ippakkjat f’kontenituri ssiġillati ermetikament u li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM bin-numii ex20029011, ex20029019, 20095010 u 20095090. Il-meraq b’kontenut tal-materjal niexef ta’ mill-inqas 7 % jista’ madankollu jkun fih ġilda u żerriegħa li jikkostitwixxu sa 4 % tal-piż tal-prodott. Meta dawn il-prodotti jkunu jridu jintużaw għalbiex jagħmlu l-prodotti indikati fil-punt 15, għandhom ikunu ppakkjati f’kontenituri approprjati;

    12. il-konċentrat/kunserva tat-tadam: il-prodott miksub mill-konċentrazzjoni tal-meraq tat-tadam, ippakkjat f’kontenituri approprjati, li jkollu materjal niexef ta’ 12 % jew iktar u jidħol fi-kodiċijiet tan-NM bin-numri ex20029031, ex20029039, ex20029091 u ex20029099. Il-konċentrat li jkollu materjal niexef ta’ iktar minn 18 % jew ta’ bejn 18 % u 24 % jista’ jkun fih mhux iktar minn 4 % u 7 % rispettivament tal-ġilda u taż-żerriegħa fil-piż tal-prodott;

    13. it-tadam sħiħ, mhux imqaxxar, ippriservat: it-tadam sħiħ mhux imqaxxar tal-varjetajiet bżengulin jew ċatti, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikment, mogħtija s-salmura ħafifa (tadam fis-salmura) jew fil-puree tat-tadam (tadam fil-puree jew fil-meraq), meta mhux inqas minn 65 % tal-piż tad-tadam imsoffi mill-ilma jikkonsisti minn tadam sħiħ li ma juri l-ebda ħsara li tibdillu d-dehra b’mod sostanzjali u li jidħol fil-kodiċi tan-Nm bin-numru ex20021090. Meta dawn il-prodotti jkunu jridu jintużaw biex jagħmlu l-prodotti indikati fil-punt 15, għndhom ikunu ppakkjati f’kontenituri approprjati;

    14. it-tadam mhux sħiħ, mhux imqaxxar, ippriservat: it-tadam f’biċċiet jew imgħaffeġ parzjalment, tal-varjetajiet bżengulin jew ċatti, li jkun għadda ħafif minn passatur, sewwa jekk ikkonċentrat ħafif u sewwa jekk le, ippakkjat f’kontenituri ssiġillati ermetikament, b’kontenut ta’ materjal niexef t’ bejn il-4,5 % u l-14 %, li jkun fih il-qoxra fil-limiti stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1764/86 [13], u jidħol fil-kodiċi tan-NM ex20021090. Meta dawn il-prodotti jkunu sejrin jintużaw biex jagħmlu prodotti oħra indikati fil-punt 15, għandhom ikunu ppakkjati f’kontenituri approprjati;

    15. iz-zlazi mħejjija: it-tħejjijiet imsejsa fuq it-tadam miksuba bit-taħlit ta’ wieħed mill-prodotti riferiti fil-punti 9, 11, 12, 13 jew 14 ta’ hawn fuq ma’ prodotti oħra ta’ oiġini mill-pjanti jew mill-annimali għajr it-tadam frisk, li jkunu għaddew minn trattament tas-sħana, ippakkjati f’kontenituri ssiġillati ermetikament meta l-piż nett tal-prodotti riferiti fid-9, 11, 12, 13 jew 14 jgħodd għal mill-inas 60 % tal-piż totali nett taz-zalza mħejjija. Dawn il-prodotti jridu jintgħamlu matul il-perjodu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(2) fl-istess stabbiliment bħall-prodotti wżati riferiti fil-punti 9, 11, 12, 13 jew 14;

    16. ix-xiropp taz-zokkor: il-likwidu li fih l-ilma jiġi magħqud ma’ tipi ta’ zokkor u li jkollu kontenut totali taz-zokkor stabbilit wara l-omoġenizzazzjoni ta’ mhux inqas minn 10oBrix meta jintuża biex jgħatti l-frott fix-xiropp;

    17. il-meraq naturali tal-frott: likwidu li jgħatti, b’minimu ta’ 9,5oBrix, li jikkonsisti biss mill-meraq li jista’ jiffermenta iżda mhux iffermentat estratt makkanikament mill-frott, jew tal-meraq miksub mill-meraq tal-frott ikkonċentrat, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE [14], mingħajr ma jkun miżjud iz-zokkor.

    Artikolu 3

    Is-snin tas-suq u l-perjodi taż-żmien tal-kunsinna

    1. Is-snin tas-suq riferiti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/06 għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) u ta’ l-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu:

    (a) mill-15 ta’ Ġunju sa l-14 ta’ Ġunju fil-każ tal-prodotti pproċesati mit-tadam u l-prodotti pproċessati mill-ħawħ;

    (b) mill-15 ta’ Lulju sa l-14 ta’ Lulju fil-każ tal-prodotti pproċessati mil-lanġas;

    (ċ) mill-1 ta’ Awissu sal-31 ta’ Lulju fil-każ tat-tin imqadded;

    (d) mill-15 ta’ Awissu sa l-14 ta’ Awissu fil-każ tal-prun.

    2. Il-għajnuna għandha tiġi konċessa biss għall-prodotti kkunsinnati lill-industrija tal-proċessar fil-perjodi taż-żmien li ġejjin tal-kunsinna:

    (a) it-tadam: bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Novembru;

    (b) il-ħawħ: bejn il-15 ta’ Ġunju u l-25 ta’ Ottubru;

    (ċ) il-lanġas: bejn il-15 ta’ Lulju u l-15 ta’ Diċembu;

    (d) it-tin imqadded: bejn l-1 ta’ Awissu u l-15 ta’ Ġunju;

    (e) il-prun miksub mill-għanbaqar "d’Ente": bejn il-15 ta’ Awissu u l-1ċ5ta’ Jannar.

    3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammont tal-għajnuna, iffissata skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq u mhux iktar tard minn:

    (a) il-31 ta’ Jannar għat-tadam;

    (b) il-31 ta’ Mejju għall-ħawħ;

    (ċ) il-15 ta’ Ġunju għal-lanġas.

    Il-KAPITOLU II IL-KUNTRATTI

    Artikolu 4

    Il-Għamla tal-Kuntratti

    1. Il-Kuntratti riferiti fl-Artikoli 3 u 6a tar-Regolament (KE) Nru 22001/96 (minn issa ‘l quddiem imsejħa kuntratti) għandhom jiġu konklużi bil-kitba. Il-Kuntratti għandhom iġorru numru ta’ l-identifikazzjoni.

    2. 1 Il-Kuntratti jistgħu jieħdu waħda minn dawn il-għamliet:

    (a) kuntratt bejn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi,

    (b) u proċessur

    (b) impenn li jforni/u, meta l-organizzazzjoni tal-produtturi taġixxi wkoll bħala proċessur. Jista’ jiġi ffirmat kuntratt wieħed biss bejn organizzazzjoni tal-produtturi u proċessur.

    Artikolu 5

    L-approvazzjoni tal-proċessuri tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas.

    1. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, il-kuntratti jistgħu jiġu konklużi biss mal-proċessuri approvati.

    2. Il-proċessuri tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema tal-għajnuna għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru qabel data li trid tiġi stabbilita minn dan ta’ l-aħħar. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista tal-proċessuri approvati mill-inqas xahar qabel id-data finali tal-firma tal-kuntratti kull sena.

    3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ħtiġiet għsll-approvazzjoni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni.

    Artikolu 6

    Id-data tal-firma tal-kuntratti

    1. Kull sena, il-kuntratti għandhom jiġu ffirmati mhux iktar tard minn:

    (a) il-15 ta’ Frar fil-każ tat-tadam;

    (b) il-15 ta’ Lulju, u sebat ijiem tax-xogħol qabel ma jridu jibdew il-kunsinni, fil-każ tal-ħawħ;

    (ċ) il-31 ta’ Lulju, u sebat ijiem qabel ma jridu jibdew il-kunsinni, fil-kaħ tal-lanġas;

    (d) qabel il-bidu tas-sena tas-suq, fil-każ tal-prodotti l-oħra.

    L-Istati Membri jistgħu jipposponu d-data ffissata fil-(a) hawn fuq sal-10 ta’ Marzu.

    2. Jekk l-ammont tal-għajnuna għat-tadam ma tkunx ġiet ippubbikata fil-Ġurnal Uffiċjail ta’ l-Unjoni Ewropea sad-data stabbilita fl-Artikolu 3(3)(a), id-data ffissata fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu għandha tiġii posposta għall-15-il jum wara d-data tal-pubblikzzjoni attwali.

    3. Jekk il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produtturi għall-prun jew it-tin imqadded ma jkunx ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea sa 15-il jum qabel id-data pprovvduta fil-paragafu 1(d), din id-data għandha tiġi posposta għal sal-15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni attwali.

    Artikolu 7

    Il-Kontenut tal-kuntratti

    1. Il-kuntratti jridu jipeċifikaw b’mod partikolari:

    (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi;

    (b) l-isem u l-indirizz tal-poċessur;

    (ċ) il-kwantitajiet tal-materji prima li jridu jiġu kkunsinnati għall-proċessar;

    (d) l-obbligu fuq il-proċessuri li jipproċessaw il-kwantitajiet ikkunsinnati skond il-kuntratt interessat f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, li jrid jissodisfa l-istandards stabbiliti skond l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

    (e) il-prezz li jrid jitħallas għall-materji prima, li jista’ jvarja skond il-varjetà u/jew il-kwalità u/jew il-perjodu taż-żmien tal-kunsinna;

    (f) il-kumpens li jrid jistħallas jekk il-waħda jew l-oħra miż-żewġ partijiet jonqsu milli jwettqu l-obbligi kontrattwali tagħhom, b’mod partikolari rigward it-temmiet taż-żmien tal-ħlas u l-obbligu li jikkunsinnaw u jaċċettaw il-kwantitajiet koperti bil-kuntratt.

    Fil-każ tat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, il-kuntratt għandu jindika wkoll l-istadju tal-kunsinna li għalih japplika l-prezz riferit fil-punt (e) u l-kondizzjonijiet tal-ħlas. Kull temma taż-żmien għall-ħlas ma tistax taqbeż ix-xahrejn mit-tmiem tax-xahar tal-kunsinna ta’ kull kunsinna.

    Fil-każ tal-prun u tat-tin imqadded, il-kuntratti għandhom jispeċifikaw il-prezz massimu ffissat mill-Kummissjoni.

    2. Fil-każ tal-prun u t-tin imqadded, il-prezz riferit fil-paragrafu 1(e) ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 9(3) ma għandux jinkludi, b’mod partikolari, l-ispejjeż konnessi mal-pakkjar, it-tagħbija, il-ħatt u l-ħlas tat-taxxi, li għandhom ikunu indikati separatament meta japplikaw.

    Artikolu 8

    Dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali

    L-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet addizzjonali li jkopru l-kuntratti, b’mod partikolari, rigward il-kumpens li jrid jitħallas mill-proċessuri jew mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jonqsu milli jwettqu l-obbligi kontrattwali tagħhom.

    Artikolu 9

    L-emendi għall-kuntratti

    1. Il-partijiet jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-kwantitajiet stabbiliti oriġinalment f’kuntratt tal-proċessar permezz ta’ emenda bil-miktub għalih.

    Dawn l-emendi għandhom juru n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li jkollu x’jaqsam miegħu, u għandhom jiġu ffirmati mhux iktar tard minn:

    - il-15 ta’ Awissu għall-ħawħ.

    - il-15 ta’ Settembru għat-tadam u l-lanġas,

    - il-15 ta’ Novembru għall-prun miksub mill-għanbaqar "d’Ente" u għat-tin imqadded.

    2. L-emendi riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jżidu l-kwantità stabbilita oriġinalment fil-kuntratt b’mhux iktar minn 0 %.

    Madankollu, sat-tmiem tas-sena tas-suq 2003/2004, l-emendi għall-kuntratti għat-tin imqaded mhux ipproċesat maħsub għall-produzzjoni tal-pejstijiet tat-tin jistgħu jiġu konklużi mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju u jistgħu jżidu l-kwantitajiet stabbiliti oriġinarjament fil-kuntratti b’mhux iktar minn 100 %.

    3. Il-prezz tal-kwantità addizzjonali stbbit fl-emenda jista’ jiddifferixxi mill-prezz riferit fl-Artikolu 7(e).

    Artikolu 10

    Il-konklużjoni tal-kuntrati fil-każ ta’ impenn għall-forniment

    Fil-każ ta’ impenn għall-forniment fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(2)(b), il-kuntratti li jkopru l-produzzjoni tal-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi intressati għandhom jitqiesu li ġew konklużi wara li jkunu ntbagħtu l-partikolaritajiet li ġejjin lill-awtoritjiet kompetenti:

    (a) l-isem u l-indirizz u d-data tar-riferiment u ż-żoni tal-qatgħat ta’ l-art li fuqhom kull produttur jikkultiva l-materji prima;

    (b) il-wiċċ miġbur totali stmat;

    (ċ) il-kwantità maħsuba għall-proċessar;

    (d) impenn mill-organizzazzjoni tal-produtturi li tipproċessa l-kwantitajiet ikkunsinnati skond il-kuntratt fil-kwistjoni.

    Dan it-tagħrif irid jintbagħat qabel il-31 ta’ Mejju fil-każ tat-tadam u fiż-żmien limitat stabbilit fl-Artikolu 11(3) fil-każ tal-prodotti l-oħra.

    Artiklu 11

    It-trasmissjoni tal-kuntratti lill-awtoritajiet kompetenti

    1. Fil-każ tat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jiffirmaw il-kuntratti għandhom jibagħtu kopja ta’ kull kuntratt u kull emenda għalihom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun lokat l-uffiċċju ewlieni tagħha. Meta japplika, għandhom jibagħtu kopja wkoll lill-awtoritaiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn isir il-proċessar.

    Il-kwantità totali koperta bil-kuntratti kollha ffirmati minn organizzazzjoni tal-produtturi mogħtija ma tistax taqbeż, għal kull prodott, il-kwantità maħsuba għall-proċessar indikat minn din l-organizzazzjoni tal-produtturi skond l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(1).

    2. Il-proċessuri tal-prun u tat-tin imqadded għandhom jibagħtu kopja ta’ kull kuntratt u kull emenda għalih lill-korp innominat mill-Istat Membru meta jsir il-proċessar.

    3. Il-kopji riferiti fil-paragrafi 1 u 2 iridu jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti mhux iktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol wara l-konklużjoni tal-kuntratt jew ta’ emenda għalih u mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-kunsinni skond il-kuntratt jew l-emenda.

    4. F’każijiet eċċezzjonali u każijiet iġġustifikati kif mistħoqq, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw kuntratti u emendi għalihom li jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti wara l-limitu taż-żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu, sakemm il-wasla tard ma tfixkilx il-kontrolli tagħhom.

    Fil-każ ta’ l-emendi għall-kuntratti tat-tadam, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, għal raġunijiet iġġustifikati kif mistħoqq, limitu taż-żmien iqsar mill-ħamest ijiem stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, sakemm dan ma jfixkilx il-kontrolli effettivi dwar l-iskema tal-għajnuna fuq il-produzzjoni.

    Artikolu 12

    It-twassil tat-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti

    1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jiffirmaw il-kuntratti tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas għandhom jibagħtu t-tagħrif li ġej lill-awtoritajiet kompetenti riferiti fl-Artikolu 11(1) imqassam skond il-prodott:

    (a) l-isem u l-indirizz ta’ kull poduttur kopert bil-kuntratti;

    (b) l-informazzjoni dwar ir-referenzi u ż-żoni tal-qatgħat ta’ l-art li fuqhom kull produttur jikkultiva l-materji prima;

    (ċ) il-ġbir totali stmat tal-wiċċ;

    (d) il-kwantità maħsuba għall-proċessar;

    (e) fil-każ tat-tadam, il-wiċċ medju miġbur għal kull ettaru u/jew it-tadam bżenguli prodott mill-organizzazzjoni matul is-sentejn ta’ qabel tas-suq.

    L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw b’mod esklussiv l-informazzjoni disposnibbli mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 rigward it-tagħrif riferit fil-punt (b) ta’ dan il-paragafu, sakemm dan ma jfixkilx il-kontrolli effettivi dwar l-iskema tal-għajnuna.

    2. Fil-każ tal-ħawħ u tal-lanġas, it-tagħrif riferit fil-paragrafu 1 għandu jiġi inkluż fin-notifika riferita l-Artikolu 11(1).

    Fil-każ tat-tadam, it-tagħrif meħtieġ fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkomunikat sal-31 ta’ Mejju. Wara din id-data, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet iġġustifikati kif mistħoqq, jawtorizzaw iż-żieda tal-qatgħat ta’ l-art mhux iddikjarati qabel jew bidliet għall-użu maħsub tagħhom. Dawn iż-żidiet jew bidliet għandhom jiġu kkomunikati bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti sat-30 ta’ Ġunju.

    3. Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi riferiti fil-paragrafu 1 iqiegħdu fis-suq il-kwantitajiet maħsuba għall-proċessar prodotti minn organizzazzjonijiet oħra tal-produtturi skond it-tieni u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 11(1)(ċ)(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, dawn l-oganizzazzjonijiet tal-podutturi għandhom ifornu t-tagħrif meħtieġ fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-organizzazzjonijiet tal-podutturi li jiffirmaw il-kuntratt.

    Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi riferiti fil-paragrafu 1 jghaddu l-benefiċċju ta’ l-iskema tal-għajnuna lill-produtturi individwali skond l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 6a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, dawn il-produtturi individwali għandhom ifornu t-tagħrif meħtieġ fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-orgnizzazzjoni tal-podutturi li tiffirma l-kuntratt.

    4. L-organizazzjonijiet tal-produtturi li ma jiffirmawx il-kuntratti u l-produtturi individwali tiferiti fil-paragrafu 3 għandhom jiffirmaw il-kuntratti ma’ l-organizzazzjonijiet tal-produrruri kif riferit fil-paragrafu 1.

    Dawn il-ftehimijiet għandhom ikopru l-produzzjoni kollha tal-prodott interessat ikkunsinnat għall-proċesar mill-organizazzjonijiet imsemmija tal-produtturi u l-produtturi individwali u jridu jispeċifikaw mill-inqas dan li ġej:

    (a) in-numru tas-snin tas-suq koperti bil-ftehim;

    (b) il-kwantitajiet li jridu jiġu kkunsinnati għall-proċessar, imqassma skond il-produttur u skond il-prodott;

    (ċ) il-konsegweni tan-nuqqas li jitħares il-ftehim.

    Kopja tal-ftehimijiet għandha tiġi mehmuża mat-tagħrif li jrid jintbagħat skond l-Artikolu 11(1).

    Artikolu 13

    L-identifikazzjoni tal-qatgħat ta’ l-art

    Fil-każ tat-tadam, għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(2), is-sistema ta’ l-identifikzjoni tal-qatgħat ta’ l-art għandha tkun dik il-waħda riferita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3508.92. Iż-żoni jridu jiġu ddikjarati f’ettari sa żewġ postijiet deċimali. L-Artikolu 22 tar-Regolament 2419/2001 għandu japplika għall-għanijiet sabiex tiġi stabbilita l-firxa tal-plottijiet matul il-kontrolli kif ipprovvdut fl-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament.

    Fil-każ tal-ħawħ u tal-lanġas, ir-referenzi għall-qatgħat ta’ l-art għandhom ikunu r-referenzi tar-reġistru ta’ l-artijiet jew kull referenza oħra magħrufa bħala ekwivalenti mill-aġenzija ta’ l-ispezzjon.

    Il-KAPITOLU III IT-TAGĦRIF LI JRID JIĠI PPROVVDUT LILL-ISTATI MEMBRI

    Artikolu 14

    It-tagħrif dwar il-parteċipazzjoni fl-iskema tal-għajnuna

    Il-proċessuri u l-oganizzazzjonijiet tal-produtturi li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema tal-għajnuna għandhom jgħarrfu b’dan lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri sa data li trid tiġi stabbilita minn dawn l-awtoritajiet, fejn jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ mill-Istati Membri sabiex jamministraw u jimmonitojaw l-iskema tal-għajnuna. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi dan it-tagħrif għandu:

    (a) jiġi nnotifikat biss lill-parteċipanti l-ġodda;

    (b) ikopri sena tas-suq waħda, numru ta’ snin tas-suq jew perjodu mhux limitat taż-żmien.

    Artikolu 15

    Il-tagħrif dwar il-bidu tal-kunsinni jew il-proċessar

    1. Mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-kunsinni jew tal-proċesar ta’ kull sena tas-suq, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-proċessuri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-iskema tal-għajnuna għandhom jinnotifikaw il-ġimgħa li fiha jridu jibdew il-kunsinni kontrattwali jew il-proċessar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih isir il-proċessar. Għandhom jitqiesu li jkunu wettqu dan l-obbligu meta jipprovdu prova illi bagħtu dan it-tagħrif mill-inqas tmint ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-kunsinni kontrattwali jew tal-proċessar.

    2. F’każijiet eċċezzjonali u ġġusatifikati kif mistħoqq, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw in-notifiki mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-proċessuri wara l-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1. Madankollu, f’dawn il-każijiet, l-ebda għajnuna ma għandha tingħata għall-kwantitajiet diġà kkunsinnati jew fil-kors tal-kunsinna għajr jekk il-kontrolli meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-eligibbiltà għall-għajnuna tkun tista’ tiġi kondotta għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

    Artikolu 16

    It-tagħrif dwar il-frott imħallat u z-zlazi mħejjija

    Il-proċessuri li jixtiequ jiffabbrikaw il-frott imħallat u z-zlazi mħejjija kif riferit fl-Artikolu 2(3) u (15) għandhom jinnotifikaw il-komposizzjoni tal-prodotti li jridu jsiru, billi jispeċifikaw il-piż nett ta’ kull ingredjent lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq. Din il-komposizzjoni ma tistax titbiddel wara l-bidu tas-sena tas-suq. Kull bidla bħal din għandha tiġi nnotifikata bil-quddiem lil-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru, skond temma taż-żmien li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru fejn ikun lokat l-ufiċċju ewlieni.

    Artikolu 17

    It-tagħrif dwar il-kwantitajiet tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas

    1. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, mhux iktar tard mill-1 ta’ Frar ta’ kull sena, il-proċessuri għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dan li ġej:

    (a) il-kwantità tal-materji prima pproċessata fil-prodotti mlestija elenkati fl-Artikolu 2 imqassma skond:

    (i) il-kwantitajiet irċevuti skond il-kuntratt,

    (ii) il-kwantitjiet mhux koperti b’kuntratti;

    (b) il-kwantità tal-prodotti mlestija miksuba minn kull waħda mill-kwantitajiet riferiti fil-(a);

    (ċ) il-kwantità tal-prodotti mlestija fil-ħażna fit-tmiem tas-sena tas-suq ta’ qabel.

    2. Fil-każ tal-prodotti pproċessati mit-tadam, il-kwantità tal-prodotti mlestija li jridu jiġu nnotifikati skond il-paragrafu 1(b) u (ċ) għandhom jitqassmu fi:

    (a) konċentrat/kunserva tat-tadam ta’ kuntenut niexef ta’ 28 % jew iktar imma inqas minn 30 %;

    (b) it-tadam sħiħ imqaxxar ippriservat tal-varjetajiet bżengulin;

    (ċ) il-prodotti l-oħra pproċessati tat-tadam, murija separatament.

    Il-kwantità tal-prodotti pproċessati mit-tadam fil-ħażna riferiti fil-paragrafu 1(ċ) għandhom ukoll jiġu mqassma fi prodotti mibjugħa u prodotti mhux mibjugħa.

    Il-kwantitajiet tal-meraq tat-tadam u tal-konċentrat/kunserva tat-tadam miżjuda mat-tadam ippriservat għandhom jiġu inklużi fil-kwantitajiet tat-tadam sewwa jekk imqaxxar u sewwa jekk le.

    3. In-notifiki skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiddikjaaw separatament il-kwantitajiet tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) użati sabiex jiffabbrikaw il-prodotti riferiti fit-(3) u l-(15) ta’ dan l-Artikolu.

    In-notifiki riferiti fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu għandhom jiddikjaraw separatament il-kwantitajiet miksuba tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 2() u (15), imqassma skond il-prodotti wżati riferiti fil-(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 18

    It-tagħif dwar il-prun u t-tin imqadded

    Fil-każ tal-prun u t-tin imqadded, mhux iktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, il-proċessuri għandhom jgħarrfu lil-awtoritajiet kompetenti b’dan li ġej:

    (a) il-kwantità tal-materja prima wżata fl-1 ta’ Mejju;

    (b) il-kwantità tal-prodotti mlestija miksuba mill-materji prima riferiti fil-(a), imqassma skond il-prodotti li fuqhom titħallas il-għajnuna u l-prodotti li fuqhom ma titħallasx il-għajnuna u skond il-klassi tal-kwalità;

    (ċ) il-kwantità tal-prodotti kif riferiti fil-(a) u (b) hawn fuq fil-ħażna fl-1 ta’ Mejju.

    Il-KAPITOLU IV IL-MATERJI PRIMA

    Artikolu 19

    Il-kwalità tal-materji prima

    Mingħajr preġudizzju għal kull kriterju minimu tal-kwalità stabbilit jew li jrid jiġi stabbilit skond l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-materji prima kkunsinnati lill-proċessuri skond il-kuntratti għndhom ikunu ta’ kwalità ta’ merkanzija b’saħħitha u tajba u xierqa għall-proċessar.

    Artikolu 20

    Iċ-ċertifikati tal-kunsinni

    1. Għandu jinħareġ ċertrifikat tal-kunsinna għal kull kunsinna tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas ikkunsinnati skond il-kuntratt u aċċettati għall-proċessar fl-impjant tal-proċessar, li jispeċifika:

    (a) id-data u l-ħin tal-ħatt;

    (b) l-identifikazzjoni preċiża tal-meżż/i tat-trasport użat/i;

    (ċ) in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li miegħu jkollha x’jaqsam il-kunsinna;

    (d) il-piż gross u l-piż nett;

    (e) meta japplika, ir-rata tat-tnaqqis ikkalkolata skond l-Artikolu 2(3) tar-Rwgolament (KE) Nru 217/2002 [15].

    Iċ-ċertifikati tal-kunsinna għandhom jiġu ffirmati mill-proċessuri jew mir-rappreżentanti tagħhom u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mir-rappreżentanti tagħhom. Kull ċertifikat għandu jġorr numru ta’ l-identifikazzjoni.

    2. Il-proċessuri u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom it-tnejn iżommu kopja taċ-ċertifikati tal-kunsinni.

    L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tibgħat ukoll kopja jew telekomunikazzjoni miktuba jew e-mail li jkun fihom it-tagħrif riferit fil-paragrafu 1 mhux iktar tard mill-ħames jum tax-xogħol ta’ wara l-ġimgħa tal-kunsinna, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun lokat l-uffiċċju ewlieni tagħha u, meta japplika, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jitwettaq il-proċessar, sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli.

    3. Jistgħu jintużaw id-dokumenti meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, sakemm ikun fihom it-tagħrif kollu riferit fil-pagrafu 1.

    4. Meta l-kunsinna kollha jew parti minnha tappartjieni lill-produtturi riferiti fl-Artikolu 12(3), l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tibgħat kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill kull waħda mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lil kull produttur individwali interessat.

    Artikolu 21

    In-notifika tal-kunsinni fi Stat Membru ieħor

    1. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, meta l-proċessar isir fi Stat Membru ieħor minn dak fejn tkun saret il-produzzjoni, mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-jum tal-kunsinna, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tinnotifika kull kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun lokat l-uffiċċju ewlieni tagħha u lill-awroritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn isir il-proċessar.

    Din in-notifika għandha tinkludi l-kwantità li trid tiġI kkunsinnata, l-identifikazzjoni preċiża tal-mezz/i tat-trasport użat/i u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li jkollu x’jaqsam mal-kunsinna fil-kwistjoni. Għandha tintbagħat b’mod elettroniku u l-korp li lilu tkun indirizzata għandu omm kopja tagħha bil-miktub għal mill-inqas tliet snin.

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu kull tagħrif ieħor addizzjonali li jikkunsidraw meħtieġ għal kontroll fiżiku tal-kunsinni.

    Jekk l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu tiġi emendata wara li tkun ġiet innotifikata, l-informazzjoni emendata trid tiġi nnotifikata bl-istess mod tan-notifika tal-bidu, qabel ma tibda l-kunsinna. In-notifika tal-bidu tista’ tiġi emendata darba biss.

    2. Wara analiżi tar-riskju ta’ l-orgnizzazzjonijoiet tal-produtturi u tal-proċessuri mwettqa fl-Istat Membru fejn isir il-proċessar, l-Istati Membri jitgħu jiddeċiedu li jeżentaw lill-organizzazzjoni tal-podutturi mill-ħtiġiet tan-notifika skond l-ewwel subparagafu ta’ dan l-Artikolu.

    L-Istati Membri jistgħu wkoll, fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, jiddeċiedu li jkunu jeħtieġu inqas tagħrif, sakemm dan ma jfixkilx il-kontrolli effettivi fuq l-iskema tal-għajnuna.

    Artikolu 22

    Il-Ħlasijiet

    1 Il-ħlasijiet li ġejjin għall-materji prima għandhom isiru bi trasferiment bankarju jew postali:

    (a) il-ħlasijiet mill-poċessuri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

    (b) il-ħlasijiet mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-membri tagħhom u lill-produtturi kif riferit fl-Artikolu 12(3);

    (ċ) meta l-membri ta’ organizzazzjni tal-produtturi jkunu huma nfushom organizzazzjonijiet b’personalità legali magħmula minn prodotturi, il-ħlasijiet minn dawn il-persuni legali lill-produtturi.

    Madankollu fil-każijiet riferitifl-Artikolu 4(2)(b), il-ħlas jista’ jsir bil-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu.

    2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu t-termini u, meta applikabbli, il-limiti taż-żmien għall-ħlasijiet riferiti fil-paragrafu 1(b) u (ċ) hekk illi jkunu kompatibbli mal-ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu mal-kontrolli, b’mod partikolari rigward l-Artikolu 31(1)(b) u (ċ).

    Fil-każ tal-prun u tat-tin imqadded, il-ħlasijiet għandhom ikopru l-ammont intier tal-ħlas riferit fil-paragafu 1(a).

    Il-KAPITOLU V L-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJUNA U L-ĦLAS TAL-GĦAJNUNA

    Artikolu 23

    Is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna

    1. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikun lokat l-uffiċċju ewlieni tagħhom, sakemm dan l-Istat Membru jkollu għatba tal-proċessar għall-prodott interessat kif iddefinit fl-Anness III mar-Rgolament (KE) Nru 2201/96. Il-kwantitajiet applikati għalihom għandhom jingħaddu skond l-għatba ta’ l-Istat Membru.

    Il-proċessuri tal-prun u tat-tin imqadded għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jitwettaq il-proċessar.

    2. Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, applikazzjoni waħda biss tista’ tiġi ssottomessa għall-għajnuna kull sena tas-suq. L-applikazzjonijiet iridu jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti mhux iktar tard mid-dati li ġejjin tas-sena tas-suq interessata:

    - it-30 ta’ Novembru għat-tadam. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu d-data għad-depożitu ta’ l-applikazzjonijiet sal-15 ta’ Diċembru,

    - il-31 ta’ Jannar għall-ħawħ u l-lanġas.

    L-applikazzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem tal-għajnuna jistgħu jiġu ssottomessi skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25.

    3. Fil-każ tal-prun, il-proċessuri jistgħu jissottometi tliet applikazzjonijiet għall-għajnuna f’kull sena tas-suq:

    (a) l-ewwel waħda għall-prodotti pproċessati sal 15 ta’ Jannar,

    (b) it-tieni għall-prodotti pproċessati mis-16 ta’ Jannar sat-30 ta’ April, u

    (ċ) it-tielet għall-prodotti pproċessati mill-1 ta’ Mejju sat-tmiem tas-sena tas-suq interessata.

    L-applikazzjonijiet għall-għajnuna riferiti fil-(a) u fil-(b) għandhom jiġu ssottomessi fi żmien 30 jum mill-iskadenza tal-perjodu taż-żmien intressat tal-proċessar u l-applikaqzzjonijiet riferiti fiċ-(ċ) sa l-14 ta’ Awissu tas-sena tas-suq fil-progress.

    4. Fil-każ tat-tin imqadded, il-proċessuri jisgħu jissottomettu tliet applikazzjonijiet għall-għajnuna f’kull sena tas-suq:

    (a) l-ewwel waħda għall-prodotti pproċessati sat-30 ta’ Novembru,

    (b) it-tieni għall-prodotti pproċessati mill-1 ta’ Diċembru sa l-aħħar ta’ Frar, u

    (ċ) it-tielet għall-prodotti pproċesati mill-1 ta’ Marzu sat-tmiem tas-sena tas-suq interessata.

    L-applikazzjonijiet għall-għajnuna riferiti fil-(a) u fil-(b) għandhom jiġu ssottomessi fi żmien 30 jum mill-iskadenza tal-perjodu interessat taż-żmien tal-proċessar u l-applikazzjonijie riferiti fiċ-(ċ) sal-31 ta’ Ottubru tas-sena tas-suq ta’ wara.

    5. Jekk l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jiġu ssottomessi wara t-temmiet taż-żmien speċifikati fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-għajnuna għandha titnaqqas b’1 % kull jum tad-dewmien u l-ebda għajnuna ma għandha tingħata jekk l-applikazzjoni tkun iktar tard minn 15-il jum tard.

    6. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif mistħoqq, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw applikazzjonijiet għall-għajnuna wara dawn it-temmiet taż-żmien, sakemm dan ma jfixkilx il-kontrolli effettivi fuq l-iskema tal-għajnuna għall-produzzjoni. F’dan il-każ il-paragrafu 5 ma għandux japplika.

    Artikolu 24

    Il-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-każ tat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas

    L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għat-tadam, għall-ħawħ u għal-lanġas għandhom jagħtu mill-inqas it-tagħrif li ġej għal kull prodott:

    (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi;

    (b) il-kwantità koperta bl-applikazzjoni għall-għajnuna, li fiha din il-kwantità, imqassma skond il-kuntratt, ma tistax taqbeż il-kwantità aċċettata għall-proċessar, wara t-tnaqqis ta’ kull rata ta’ tnaqqis applikata;

    (ċ) il-prezz medju tal-bejgħ għall-kwantità kkunsinnata skond il-kuntratt;

    (d) il-kwantità kkunsinnata matul l-istess perjodu taż-żmien xorta oħra milli taħt il-kuntratt, u l-prezz medju tal-bejgħ.

    L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ħtiġiet addizzjonali rigward it-tagħrif li jrid jiġi ssottomess ma’ l-applikazzjonijiet.

    Artikolu 25

    Il-ħlas bil-quddiem tal-għajnuna fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas

    1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi l-applikazzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem tal-għajnuna jistgħu jiġu ssottomessi sat-30 ta’ Settembri, fejn ikopru l-kwantità tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas ikkunsinnati għall-proċesar sal-15 ta’ Settembru.

    2. L-applikazzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu t-tagħrif riferit fl-Artikolu 24(a) u (b).

    3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom iħallsu l-ammont mistħoqq bejn is-16 u l-31 ta’ Ottubru, wara li jiċċekkjaw l-applikazzjoni b’mod speċjali maċ-ċertifikati tal-kunsinni riferiti fl-Artikolu 20.

    4. Il-għajnuna għandha titħallas bil-quddiem sakemm tiġi ddepożitata garanzija egwali għal 110 % tal-għajnuna.

    Fejn jinstab illi l-ħlas bil-quddiem applikat għalih jaqbeż l-ammont mistħoqq, għandu jintilef id-dritt mill-garanzija għal ammont egwali għad-doppju tal-qbiż.

    Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagafu ta’ dan il-paragrafu, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata meta l-awtorità kompetenti tħallas il-għajnuna, imsejsa fuq l-applikazzjoni riferita fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(2).

    5. Meta tiġi ssottomessa applikazzjoni għall-ħlas bil-quddiem, il-kwantitajiet riferiti fl-Artiklu 24(b) u (d) għandhom jiġu mqassma f’żewġ perjodi taż-żmien, jiġifieri sal-15 ta’ Settembru u mis-16 ta’ Settembru.

    Artikolu 26

    Il-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-każ tal-prun u t-tin imqadded

    L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-prun u t-tin imqadded għandhom jagħtu mill-inqas it-tagħrif li ġej għal kull prodott;

    (a) l-isem u l-indirizz tal-proċessur;

    (b) il-kwantità tal-prodotti koperti bl-applikazzjoni għall-għajnuna, imqassma skond ir-rati tal-għajnuna applikabbli, flimkien mal-kwantità tal-prodotti mhux koperti bl-iskema tal-għajnuna miksuba matul l-istess perjodu taż-żmien;

    (ċ) il-kwantità tal-materja prima wżata, skond il-kuntratt, sabiex tinkiseb kull kategorija tal-prodotti riferita fil-(b);

    (d) dikjarazzjoni mill-poċessur bl-effett illi l-prodotti mlestija jikkonformaw ma’ l-istandards tal-kwalità stabbiliti skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96;

    (e) kopji ta’ l-ordnijiet tat-trasferiment kif riferit fl-Artikolu 22(1)(a).

    Fil-każ ta’ l-impenji dwar il-provvista, dawn il-kopji jistgħu jinbidlu b’dikjarazzjoni mill-produttur bl-effett illi l-proċessur ikkreditah bi prezz mill-inqas egwali għall-prez minimu. Dawn il-kopji jew dikjrazzjonijiet għandhom jikkwotaw ir-referenzi tal-kuntratti rilevanti. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu ammissibbli biss jekk il-prezz minimu jkun tħallas għal kollox għall-materji prima wżati fil-prodott imlesti kopert bl-applikazzjoni għall-għajnuna.

    Artikolu 27

    Il-ħlas tal-għajnuna

    1. Il-għajnuna għat-tadam, il-ħawħ u l-lanġas għandha titħallas mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi li tiffirma l-kuntratt ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha, hekk kif dawn l-awtoritajiet ikunu ċċekkjaw l-applikazzjoni għall-għajnuna u stabbilew illi l-prodotti koperti b’din l-applikazzjoni ġew ikkunsinnati u aċċettati għall-proċessar, fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-kontrolli pprovvduti fl-Artiklu 31(1)(a).

    Meta l-proċessar isir fi Stat Membru ieħor, dan l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi li tiffirma l-kuntratt ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha bi prova illi l-prodott kien fil-fatt ikkunsinnat u aċċettat għall-proċessar.

    Fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara li yiġI rċewvuta l-għajnuna, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tħallas għal kollox l-ammonti rċevuti, bi trasferiment bankarju jew postali, lill-membri tagħha u, meta japplika, lill-produtturi riferiti fl-Artikolu 12(3). Fil-każijiet koperti l-Artikolu 42(2)(b), il-ħlas jista’ jsir bil-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu.

    Meta organizzazzjoni tal-produtturi tkun magħmula fl-intier tagħha jew f’parti minnha minn mmbri li huma nfushom huma organizzazzjonijiet b’personalità legali magħmula minn produtturi, il-ħlasijiet ipprovvduti fit-tielet subparagrafu għandhom jitħallsu minn dawn l-organizzazzjonijiet membri lill-produtturi fi żmien 15-il jum.

    2. Il-għajnuna għall-prun u t-tin imqadded għandha titħallas mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-prodott jiġi pproċesat, ġaladarba dawn l-awtoritajiet ikunu stabbilew illi ġew sodisfatti l-ħtiġiet għall-konċessjoni tal-għajnuna.

    Meta l-proċessar isir ‘il barra mill-Istat Membru li fih ikun ġie mkbbar il-prodott, dan l-Istat Membru għandu jforni prova lill-Istat Membru li jħallas il-għajnuna illi jkun tħallas il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produttur. Meta dan il-prezz jitħallas fiż-żona ta’ l-euro, tista’ tiġi fornita prova tal-ħlas mill-proċessur permezz ta’ konferma tat-trasferiment bankarju.

    3. Ma għandha tingħata l-ebda għajnuna fuq il-kwantitajiet li rigward tagħhom ma jkunu ġew kondotti l-ebda kontrolli dwar l-intitolament għall-għajnuna.

    4. Il-għajnuna għandha titħallas lill-organizzazzjoni tal-produtturi u lill-proċesuri mhux iktar tard minn:

    (a) 60 jum wara d-data li fiha tiġi ssottomessa l-applikazzjoni, inkluż it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikoli 24 u 26 ta’ dan ir-Regolament, fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ, tal-lanġas u tat-tin imqadded;

    (b) 90 jum wara d-data li fiha l-applikazzjoni tiġi ssottomessa, fil-każ tal-prun.

    Il-KAPITOLU IV IL-KONTROLLI U L-PENALI

    Artikolu 28

    Il-miżuri nazzjonali tal-kontroll

    1. Mingħajr preġudizzju għat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex:

    (a) jiżguraw illi jitħares dan ir-Regolament;

    (b) jipprevjienu u jħarrku l-irregolaritajiet u japplikaw il-penali pprovvduti f’dan ir-Regolament;

    (ċ) jirkupraw is-somom mitlufa bħala riżultat ta’ l-irregolaritajiet jew in-negliġenza;

    (d) jivverifikaw ir-reġistri pprovvduti fl-Artikoli 29 u 30, billi jiżguraw illi jaqblu mal-mod tal-kontijiet meħtieġ mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-proċessuri skond il-liġijiet nazzjonali;

    (e) iwettqu kontrolli mhux imħabbra kif riferit fl-Artikoli 31 u 32 matul il-perjodi approprjati taż-żmien;

    (f) iwettqu kontrolli fuq iż-żoni miżrugħa t-tadam kif riferit fl-Artikolu 31 wara ż-żrigħ u qabel il-ġbir.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprogrammaw il-qbil tagħhom dwar il-kontrolli kif riferit fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, fl-Artikolu 31(1)(a), (b) u (ċ), l-Artikolu 31(2)(ċ) u l-Artikolu 32(1), fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju li jqis, fost ħwejjeġ oħra:

    (a) l-osservazzjonijiet magħmula matul il-kontrolli kondotti fis-snin ta’ qabel;

    (b) l-iżviluppi mis-sena ta’ qabel;

    (ċ) il-produzzjoni tal-materja prima għal kull żona omoġenja tal-produzzjoni;

    (d) ir-relazzjoni bejn il-kwantitajiet ikkunsinnati u l-wiċċ totali stmat;

    (e) il-produzzjoni tal-materja prima f’termini tl-prodott imlesti.

    Għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari l-kriterji ta’ l-analiżi tar-riskju.

    3. Meta jinstabu irregolaritajiet jew anomaliji, l-Istati Membri għandhom iżidu l-frekwenza u l-perċentwali tal-kontrolli riferiti fl-Artikoli 31 u 32 filwaqt li jqisu l-gravità tas-sejbiet.

    Artkolu 29

    Ir-reġistri u t-tagħrif li jridu jinżammu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1. L-organizzazzjomijiet tal-produtturi għandhom iżommu reġistri għal kull wieħed mill-prodotti kkunsinnati għall-proċessar skond ir-Regolament (KE) Nru 2201/96. li jkun fihom mill-inqas it-tagħrif li ġej:

    (a) fil-każ tal-kwantitajiet ikkunsinnati skond il-kuntratti:

    (i) il-kunsinni kkunsinnati kull jum, u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li jkollu x’jaqsam magħhom;

    (ii) il-kwantità ta’ kull kunsinna kkunsinnata u, fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, il-kwantità aċċettata għall-proċessar, wara t-tnaqqis ta’ kull riduzzjoni, u n-numu ta’ l-identifikazzjoni taċ-ċertifikat rilevanti tal-kunsinni;

    (b) fil-każ tal-kwantitajiet ikkunsinnati xorta oħra milli skond il-kuntratt:

    (i) il-kunsinni kkunsinnati kull jum, u l-identità tal-proċessur interesat;

    (ii) il-kwantità ta’ kull kunsinna konsinnata u aċċettata għall-proċessar.

    (ċ) il-kwantitajiet mibjugħa fuq is-suq ta’ l-oġġetti friski, dawk irtirati mis-suq u l-ħażniet tal-prodotti interessati.

    2. L-organizzazzjoniet tal-produtturi għandhom iżommu disponibbli lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-ispezzjon it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiġi ċċekkjat illi jitħares dan ir-Regolament.

    Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, dan it-tagħrif irid jagħmilha poissibbli li tiġi identifikata, għal kull wieħed mill-produtturi, ir-rabta bejn iż-żoni, il-kwantitajiet ikkunsinnati, iċ-ċertifikati tal-kunsinni, u l-ħlas tal-għajnuna u l-prezzijiet.

    3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema għamla għandhom jieħdu r-reġistri u t-tagħrif riferiti fil-paragrafi 1 u 2.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi r-reġitri riferiti fil-paragrafi 1 u 2 iridu jkunu ċċertifikati bl-istess mod bħar-reġistri jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali.

    4. Ir-reġistri jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonli jistgħu jintużaw għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, sakemm ikun fihom it-tagħrif kollu riferit fil-pragrafu 1.

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet u l-kontrolli meqjusa meħtieġa mill-Istat Membru u għandhom iżommu r-reġistri addizzjonali kollha meħtieġa mill-Istat Membru għall-għanijiet tal-kontrolli meqjusa meħtieġa.

    Artikolu 30

    Ir-reġistri u t-tagħrif li jrid jinżamm mill-proċessuri

    1. Il-Proċessuri għandhom iżommu reġistri li mill-inqas juru t-tagħrif li ġej:

    (a) fil-każ tal-kwantitajiet mixtrija skond il-kuntratt:

    (i) il-kunsinni mixtrija u aċċettati fl-azjenda għall-proċessar kull jum, u n-numri ta’ l-identifikazzjoni tal-kuntratt li jkollom x’jaqsmu miegħu;

    (ii) il-kwantità ta’ kull kunsinna aċċettata għall-proċessar u, fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, in-numru ta’ l-identifikazzjoni taċ-ċertifikat rilevanti tal-kunsinna;

    (b) fil-każ tal-kwantitajiet mixtrija xorta oħra milli skond il-kuntratt:

    (i) il-kunsinni rċevuti kull jum, u l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;

    (ii) il-kwantità ta’ kull kunsinna aċċettata għall-proċessar;

    (ċ) il-kwantitajiet għal kull wieħed mill-prodotti mlestija, fejn jispeċifikaw il-kwantitajiet miksuba mill-kunsinni aċċettati skond il-kuntratt;

    (d) il-kwantitajiet u l-prezz ta’ kull prodott imlesti mixtri mill-proċessur kull jum, fejn jingħata l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ. Dan it-tagħrif jista’ jiġi rreġistrat b’referenza għad-dokumenti ta’ appoġġ, sakemm dawn ta’ l-aħħar ikun fihom il-partikolaritajiet imsemmija hawn fuq;

    (e) il-kwantitajiet u l-prezz ta’ kull prodott imlesti li jħalli l-fond tal-proċessur kull jum, fejn jingħata l-isem u l-indirizz tad-destinatarju. Dan it-tagħrif jista’ jiġi rreġistrat b’referenza għad-dokumenti ta’ appoġġ, sakemm dawn ta’ l-aħħar ikun fihom il-partikolaritajiet imsemmija hawn fuq.

    Fil-każ tal-prun u t-tin imqadded, it-tagħrif meħtieġ fiċ-(ċ) hawn fuq għandu jiċċertifika separatament il-kwantità tal-prodott imlesti li fuqu trid titħallas il-għajnuna.

    2. Il-proċessuri għandhom iżommu reġistri separati għall-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) użati sabiex jiġu ffabbrikati l-frott imħallat u z-zlazi mħejjija kif riferit fl-Artikolu 2(3) u (15), li juru t-tagħrif li ġej, b’żieda ma’ dak ipprovdut fil-paragrafu 1(a), (b), (ċ) u (d) ta’ dan l-Artikolu:

    (a) il-kwantitajiet tal-frott imħallat u z-zlazi mħejjija miksuba kull jum, imqassma skond il-komposizzjoni tal-prodott fit-tifsira ta’ l-Artikolu 16;

    (b) il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-frott imħallat u z-zlazi mħejjija li jħallu l-fond tal-proċessur, skond il-kunsinna, bid-dettalji tad-destinatarju;

    (ċ) il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(1), (2),(9), (11), (12), (13) u (14) mixtija u li jidħlu fl-istabbiliment kull jum, bid-dettalji tal-bejjiegħ.

    3. Il-proċessuri għandhom jaġġornaw kuljum ir-reġistri tagħhom tal-ħażna rigward il-prodotti riferiti fil-paragrafu 1(ċ), (d) u (e) u l-paragafu 2(a), (b) u (ċ) għal kull fabbrika.

    4. Il-proċessuri għandhom iżommu prova tal-ħlas tal-materji prima kollha mixtrija skond il-kuntratt u prova tal-ħlas għall bejgħ u x-xiri kollu tal-prodotti mlestija għal ħames snin mit-tmiem tas-sena interessata tal-proċessar.

    5. Il-proċessuri għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet u l-kontrolli mejusa meħtieġa u għandhom iżommu r-reġistri kollha addizzjonali meħtieġa minnhom għall-għanijiet tal-kontrolli meqjusa meħtieġa.

    6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar liema għamla għandhom jieħdu r-reġistri riferiti fil-paragafi 1 u 2.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi r-reġistri riferiti fi-lparagafi 1 u 2 iridu jiġu ċċertifikati fl-istess manjiera bħar-reġistri jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali.

    7. Ir-reġistri jew id-dokumenti tal-kontijiet meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali jistgħu jintużaw għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, sakemm ikun fihom it-tagħrif kollu riferit fil-paragrafi 1, 2 u 3.

    Artikolu 31

    Il-kontrolli fuq it-tadam, il-ħawġ u l-langas

    1. Għall kull waħda mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jikkunsinnaw it-tadam, il-ħawħ u l-lanġas, għandhom jiġu kondotti l-kontrolli li ġejjin għal kull wieħed mill-prodotti u f’kull sena tas-suq:

    (a) kontrolli fiżiċi fuq:

    - mill-inqas 5 % taż-żoni riferiti fl-Artikoli 10 u 12,

    - mill-inqas 7 % tal-kwantitajiet ikkunsinnati għall-proċessar, sabiex jiġi ċċekkjat li jaqblu maċ-ċertifikati riferiti fl-Artikolu 20 u jħarsu l-ħtiġiet mimnimi tal-kwalità;

    (b) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas 5 % tal-produtturi koperti bil-kuntratti, sabiex jiġi ċċekkjat illi d-dettalji dwar kull produttur, b’mod partikolari ż-żoni, il-ġbir kollu tal-wiċċ, il-kwantità mqiegħda fis-suq mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-kwantità kkunsinnata għall-proċessar u l-kwantità indikata fiċ-ċertifikati tal-kunsinni, huma konsistenti mal-prezzijiet imħallsa kif ipprovvdut fl-Artikolu 22(1) u l-għajnuna mħallsa kif ipprovvdut fl-Artikolu 27(b);

    (ċ) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet sabiex jiġi vverifikat illi l-kwantitajiet totali tal-prodotti kkunsinnati lill-organizzazzjoni tal-produtturi mill-produtturi kif riferit fl-Artikolu 12(1) u (3), il-kwantitajiet totali kkunsinnati għall-proċessam, iċ-ċertifikati kollha tal-kunsinni riferiti fl-Artikolu 20 u l-kwantitajiet totali kollha ddikjarati fl-applikazzjoni għall-għajnuna jaqblu mal-prezzijiet imħallsa kif ipprovvdut fl-Artikolu 2(1) u l-għajnuna mħallsa kif ipprovvdut fl-Artikolu 17(1);

    (d) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet fuq mill-inqas 5 % tal-ftehimijiet riferiti fl-Artikolu 12(4)

    (e) il-kontrolli fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna u d-dokumenti ta’ appoġġ u, fil-każ tat-tadam, kontrolli inkroċjati fuq il-qatgħat kollha ta’ l-art iddikjarati.

    2. Għall-proċessuri tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, għandhom jiġu kondotti kontrolli fuq kull fabbrika, prodott u sena tas-suq:

    (a) checks on at least 5 % of finished products to verify that the applicable minimum quality standards have been complied with; (a) kontrolli fuq mill-inqas 5 % tal-prodotti mlestija sabiex jiġi vverifikat illi tħarsu l-istandards minimi applikabbli tal-kwalità;

    (b) il-konrolli fiżiċi u tal-kontijiet fuq mill-inqas 5 % tal-prodotti mlestija sabiex jiġi vverifikat illi l-produzzjoni mil-ġbir tal-materji prima pproċessati f’termini tal-prodott imlesti miksub skond il-kuntratt u xorta oħra milli skond il-kuntratt;

    (ċ) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontijiet sabiex jiġi vverifikat, fuq il-bażi tal-fatturi maħruġa u rċevuti u fuq il-bażi ta’ l-informazzoni tal-kontabbiltà, illi l-kwantità tal-prodott imlesti miksuba mill-materji prima rċevuti u l-kwantitajiet tal-prodotti mlestija mixtrija jaqblu mal-kwantitajiet tal-prodotti mlestija mibjugħa;

    (d) il-kontrolli fiżiċi u tal-kontabbiltà fuq il-ħażniet kollha tal-prodotti mlestija mill-inqas darba fis-sena, sabiex jiġi żgurat illi jaqblu mal-prodotti mlestija ffabbikati, mixtrija u mibjugħa;

    (e) il-kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà fuq mill-inqas 10 % tal-ħlasijiet tal-prezzijiet riferiti fl-Artikolu 22(1).

    Fil-każ ta’ l-azjendi approvati ġodda, il-kontrolli riferiti fid-(d) għandhom ikunu kondotti mill-inqas darbtejn fl-ewwel sena.

    Artikolu 32

    Il-kontrolli fuq il-prun u t-tin imqadded

    1. Għal kull organizzazzjoni tal-produtturi li tikkunsinna l-prun u t-tin imqadded, il-kontolli amministrattivi u tal-kontabbiltà għandhom ikunu kondotti fuq mill-inqas 5 % tal-produtturi koperti b’kuntratti sabiex jiġi vverifikat li dan li ġej jaqbel:

    (a) il-materji primi kkunsinnati minn kull wieħed mill-produtturi għall-proċessar; u

    (b) il-ħlasijiet ipprovvduti fl-Artikolu 2(1).

    2. Għal kull fabbrika, prodott imlesti u sena tas-suq, għandhom jiġu kondotti l-kontrolli li ġejjin:

    (a) kontrolli fiżiċi mhux imgħarrfa bil-quddiem;

    (b) kontrolli amministrattivi u tal-kontabbiltà.

    Il-kontrolli fiżiċi mhux imgħarrfa bil-quddiem għandhom jiġu kondotti fuq mill-inqas 5 % tal-prodotti mlestija eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni, sabiex jiġi vverifikat illi jħarsu l-ħtiġiet minimi tal-kwalità applikabbli. Meta r-riżultati ta’ l-analiżi tal-kampjuni uffiċjali jvarjaw mill-partikolaritajiet imdaħħla fir-reġistri tal-proċessuri u jindikaw illi l-ħtiġiet minimi Komunitarji tal-kwalità ma ġewx imħarsa, ma għandha titħallas l-ebda għajnuna għall-ħidmiet interessati tal-poċessar.

    Għandhom jiġu kondotti kontrolli fiżiċi u tal-kontabbiltà sabiex jiġi vverifikat illi:

    (a) il-kwantitajiet tal-materji prima wżati għall-proċessar jikkorrispondu ma’ dawk indikati fl-applikazzjoni għall-għajnuna;

    (b) il-prezz imħallas għall-materji prima pproċessati fil-prodotti kif riferit fil-(a) huwa mill-inqas daqs il-prezz minimu stabbilit;

    (ċ) l-ordnijiet tat-trasferiment riferiti fl-Artikolu 22(10ż).

    Artikolu 33

    It-tnaqqis fil-għajnuna fl-eventwalità ta’ diskrepanzi bejn il-għajnuna applikata għaliha u l-ammont mistħoqq

    1. Meta jkun aċċertat, għal prodott mogħti, illi l-għajnuna għal prodott applikat għalih rigward kull sena tas-suq jaqbeż l-ammont mistħoqq, għalhekk dan l-ammont għandu jitnaqqas, għajr jekk id-differenza tkun biċ-ċar minħabba żball. It-tnaqqis għandu jkun daqs id-differenza. Jekk il-għajnuna tkun diġà tħallset, il-benefiċjarju għandu jħallas lura darbtejn id-differenza, flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat fuq iż-żmien li jgħaddi bejn il-ħlas u r-rifużjoni mill-benefiċjarju.

    Ir-rata ta’ l-imgħax għandha tkun dik applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew lill-ħidmiet ewliena tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, fis-seħħ fid-data tal-ħlas mhux mistħoqq, bi tliet punti perċentwali miżjuda.

    2. Jekk id-differenza riferita fil-paragafu 1 tkun iktar minn 20 %, il-benefiċjarju għandu jitlef l-intitolament għall-għajnuna u, jekk il-għajnuna tkun diġà tħallset, jirrifondi l-għajnuna totali flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat skond il-paragafu 1.

    Jekk id-differenza tkun iktar minn 30 %, l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-proċessur għandhom jitilfu wkoll id-dritt għal kull intitolament rigward il-għajnuna għall-prodott interessat għat-tliet snin tas-suq ta’ wara.

    3. L-ammonti rkuprati u l-imgħax skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu lill-aġenzija kompetenti tal-ħlas u jitnaqqsu min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji.

    Artikolu 34

    It-tnaqqis fil-għajnuna li tirriżulta mill-kontrolli fuq iż-żoni

    1. Fil-każ tat-tadam, jekk il-kontrolli taż-żona riferiti fl-Artikolu 31(1)(a) u (e) jiżvelaw illi ż-żona ddikjarata hija ikbar minn dik attwalment stabbilita, fil-livell taż-żona totali ċċekkjata, il-għajnuna li trid titħallas lill-organizzazzjoni tal-podutturi għandha tiġi mnaqqsa, għajr jekk id-differenza tkun biċ-ċar minħabba zball:

    (a) bil-perċentwal tad-diskrepanza stabbilita, jekk tkun iktar minn 5 % imma inqas minn 20 % taż-żona stabbilita,

    (b) bi 30 % jekk id-diskrepanza tkun iktar minn 20 % taż-żona stabbilita.

    Meta ż-żona ddikjarata tkun inqas miż-żona attwalment stabbilita, u d-diskrepanza hija iktar minn 10 % taż-żona stabbilita, il-għajnuna li trid titħallas lill-organizzazzjoni tal-produtturi għandha titnaqqas b’nofs ta’ perċentwal tad-diskrepanza stabbilita.

    2. It-tnaqqis ipprovvdut fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta l-organizazzjoni tal-produtturi tkun issottomettiet tagħrif korrett fattwalment jew tista’ turi xorta oħra li ma għandhiex żball.

    It-tnaqqis ipprovvdut fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-informazzjoni li l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-membri tagħha jgħarrfu lill-awtorità kompetenti bil-miktub li mhix korretta jew saret mhux korretta minn mindu ntbagħat it-tagħrif riferit fl-Artikolu 12(1), sakemm l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-membri tagħha ma jkunux ġew imgħarrfa bil-ħsieb ta’ l-awtorità kompetenti li twettaq kontroll fuq il-post u li ma kenux imgħarrfa mill-awtorità kompetenti dwar kull irregolarità misjuba.

    3. Meta organizzazzjoni tikkommetti ksur ripetut, l-Istat Membru għandu jirtira l-għarfien ta’ l-orgnizzazzjoni, jew il-għarfien preliminari fil-każ ta’ grupp tal-produtturi konċess għarfien preliminari.

    Artikolu 35

    Il-penali fl-eventwalità ta’ diskrepanzi bejn il-kwantitajiet aċċettati għall-proċessar u l-kwantitajiet attwalment ipproċessati

    1. Għajr fil-każijiet ta’ forza maġġuri, meta jinstab illi l-kwantità sħiħa tad-tadam, tal-ħawħ jew tal-lanġas aċċettata għall-proċessar skond il-kuntratt ma tkunx ġiet ipproċessata f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 6a(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u fl-Anness I ta’ miegħu, il-proċessur għandu jħallas lill-awtoritajiet kompetenti ammont egwali għal darbtejn l-ammont ta’ l-unità immoltiplikat bil-kwantità tal-materja prima interessata li ma tkunx ġiet ipproċessata, flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat skond l-Artikolu 33(1).

    B’żieda ma’ dan, għajr fil-każijiet iġġustifikati kif mistħoqq għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru, għandha tiġi sospiża l-approvazzjoni tal-proċessur kif ipprovvdut fl-Artikolu 5:

    (a) għas-sena tas-suq ta’ wara s-sejba, jekk id-differenza misjuba bejn il-kwantità aċċettata għall-proċessar u l-kwantità attwalment ipproċessata tkun iktar minn 10 % iżda mhux iktar minn 20 % tal-kwantità aċċettata għall-proċessar;

    (b) għal sentejn tas-suq wara s-sejba, jekk id-differenza tkun iktar minn 20 %.

    Għall-għanijiet sabiex jiġu applikati l-ewwel u t-tieni subparagrafi, kull kwantità ta’ materji prima wżati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti mlestija li ma jħarsux il-ħtiġiet minimi tal-kwalità, f’eċċess ta’ tollernza ta’ 8 %, għandhom jiġu ttrattati bħala kwntitajiet mhux ipproċesati.

    2. Meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-approvazzjoni riferita fl-Artikolu 5 trid tiġi rtirata minn għand il-proċessuri fil-każijiet li ġejjin:

    (a) meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tagħmel dikjarazzjoniet foloz bil-kollaborazzjoni tal-proċessur,

    (b) meta l-proċessur jonqos milli jħallas il-prezz riferit fl-Artikolu 7(1)(e),

    (ċ) meta l-proċessur jonqos milli jħallas il-penali pprovvduti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

    L-Istat Membru għandu jiddeċiedi dwar it-tul taż-żmien li għalih il-proċesur ma jkunx jista’ jissotometti applikazzjoni ġdida għall-approvazzjoni wara li titqies il-gravità tal-każ.

    3. L-ammonti rkupati u l-imgħax skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu lill-aġenzija kompetenti tal-ħlas u mnaqqsa min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji.

    Artikolu 36

    L-eżami tal-konformità ma’ l-għetiebi tal-proċessar

    Fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, il-konformità mal-għetiebi nazzjonali u Komunitarji tal-proċessar kif riferit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/95 għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri kollha interessati fuq il-bażi tal-kwantitajiet li għalihom tkun konċessa l-għajnuna matul l-aħħar tliet snin tas-suq li għalihom tkun disponibbli informazzjoni definittiva.

    Fil-każ ta’ irregolaritajiet ippruvati jew issuspettati u meta jkunu ġew varati investigzzjonijiet amministrattivi jew kriminali sabiex jiġi stabbilit jekk l-applikazzjonijiet għall-għajnuna kenux iġġustifikati, il-kwantitajiet fil-kontroversja ma għandhomx jitqiesu mal-għetiebi fl-eżami tal-konformità.

    Artikolu 37

    Il-penali nazzjonali

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jiżguraw illi kemm il-prezzijiet u kemm il-għajnuna jitħallsu skond l-Artikoli 22 u 27 rispettivament. Għandhom jipprovdu b’mod partikolari l-penalitajiet li jridu jiġu imposti fuq l-uffiċjali ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi skond il-gravità ta’ kull irregolarità.

    Artikolu 38

    Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jistabbilixu kooperazzjoni amministrattiva reċiproka għalbiex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi applikat kif xieraq.

    Il-KAPITOLU VII IN-NOTIFIKA LILL-KUMMISSJONI

    Artikolu 39

    In-notifika

    1. Qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq, kull wieħed mill-Istati Membri interessati għandu jinnotifika lill-Kummissjoni jekk kellu rikors għall-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u bil-kwantitajiet ta’ kull waħda mill-għetiebi interessati.

    2. Mhux iktar tard mill-15 ta’ April fil-każ tat-tadam, u tal-ħawħ, mhux iktar mill-15 ta’ Mejju fil-każ tal-lanġas u mhux iktar mill-1 ta’ Ġunju filkaż tal-prun u tat-tiu imqadded, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej:

    (a) il-kwantità tal-materji prima li li għaliha tkun ġiet konċessa l-għajnuna, inkluża l-kwantità tal-materji prima ppoċessati fi Stat Membru ieħor, meta japplika mqassma f’sub-għetiebi;

    (b) il-kwantità tal-prodotti mlestija riferiti fl-Artikolu 2 minn (1) sa (15), imqassma skond il-kantitajiet koperti bil-kuntratti u l-kwantitajiet mhux koperti bil-kuntratti fil-każ tat-tadam, tal-ħawħ u tal-lanġas, u bil-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-kwantitajiet mhux koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna il-każ tal-prun u tat-tin imqadded;

    (ċ) il-kwantità tal-materji prima wżati għall-fabbrikazzjoni ta’ kull wieħed mill-prodotti riferiti fil-(b), inkluża l-kwantità tal-materji prima pproċessati fi Stat Membru ieħor;

    (d) il-kwantità tal-prodotti riferiti fil-(a) fl-aħħar tas-sena tas-suq ta’ qabel fil-każ tal-prodotti pproċessati mit-tadam, mill-ħawħ u mil-lanġas, imqassma fil-każ tat-tadam skond il-prodotti mibjugħa u l-prodotti mhux mibjugħa.

    (e) il-kwantità fil-ħażna fl-1 ta’ Mejju, fil-każ tal-prun u tat-tin imqadded;

    (f) fil-każ tat-tadam:

    - il-firxa totali f’ettari imħawla matul is-sena tas-suq,

    - il-produzzjoni medja tal-ġbir, espressa f’tunnellati metriċi għal kull ettaru, għas-sena tas-suq,

    - il-firxa u l-produzzjoni tal-ġbir, imqassma skond il-varjetajiet bżengulin u l-varjetajiet ċatti,

    - il-kontenut medju tal-materjal niexef solubbli wżat sabiex jagħmel il-konċentrat/kunserva tat-tadam;

    (g) il-kwantità totali magħmula minn kull wieħed mill-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(3) u (15), imqassma skond il-prodotti riferiti fil-(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) ta’ dan l-Artikolu wżati għalbiex jagħmluhom.

    It-tagħrif riferit fil-punti (b), (ċ) u (d) għandhom jinkludn l-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(1), (2), (9), (11), (12), (13) u (14) użati sabiex jagħmlu l-prodottin riferiti fil-(3) u l-(15) ta’ dan l-Artikolu.

    3. Mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar il-kontrolli magħmula matul is-sena tas-suq fil-progress, fejn jispeċifika n-numru tal-kontrolli u r-riżultati tagħhom, imqassma skond it-tip li jkunu nstabu.

    4. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tat-tadam kopert bil-kuntratti, mhux iktar tard minn 60 jum wara d-data finali tal-firma tal-kuntratti.

    Il-KAPITOLU VIII DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

    Artikolu 40

    L-eżami tal-konformità mal-għetiebi tal-proċessar għas-sena tas-suq 2004/2005

    Fil-każ tat-tadam u għall-għanijiet biex tiġi ffisata l-għajnuna għas-sena tas-suq 2004/2005, għandha tiġi stabbilita l-konformità mal-għetiebi nazzjonali u Komunitarji fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2002/2003 u l-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna matul is-sena tas-suq 2003/2004.

    Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mill-10 ta’ Diċembru 2003, bil-kwantità totali tat-tadam koperta bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, imqassma, meta japplika, skond is-sub-għatba.

    Artikolu 41

    It-tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 449/2001 huwa hawnhekk imħassar. Madankollu, l-Artikolu 12(2) tiegħu għandu jissokta japplika għas-sena tas-suq 2003/2004.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 42

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Awissu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

    [2] ĠU L 72, ta’ l-14.3.2002, p. 9.

    [3] ĠU L 64, tas-6.3.2002, p. 16.

    [4] ĠU L 206, tat-3.8.2002, p. 4.

    [5] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 49.

    [6] ĠU L 262, tat-2.10.2001, p. 6.

    [7] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    [8] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64.

    [9] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p.1.

    [10] ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6.

    [11] ĠU L 327, tat-12.12.2001, p.11.

    [12] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 105.

    [13] ĠU L 153, tas-7.6.1986, p. 1.

    [14] ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 58.

    [15] ĠU L 35, tas-6.2.2002, p. 11.

    --------------------------------------------------

    Top