Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0644

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2003 li tistabbilixxi garanziji addizzjonali fir-rigward tas-salmonella għal konsenji lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta’ tjur tar-refgħa u flieles ta’ jum biex jiġu introdotti ġo qatgħat ta’ tjur tar-refgħa jew qatgħat ta’ tjur produttivi (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3190)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 228, 12/09/2003, p. 29–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/644/oj

    32003D0644



    Official Journal L 228 , 12/09/2003 P. 0029 - 0034


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-8 ta’ Settembru 2003

    li tistabbilixxi garanziji addizzjonali fir-rigward tas-salmonella għal konsenji lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta’ tjur tar-refgħa u flieles ta’ jum biex jiġu introdotti ġo qatgħat ta’ tjur tar-refgħa jew qatgħat ta’ tjur produttivi

    (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3190)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2003/644/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis [1], l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9a(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/160/KE tal-21 ta’ April 1995 li tistabbilixxi garanziji addizzjonali fir-rigward tas-salmonella għal konsenji lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta’ tjur tar-refgħa u flieles ta’ ġurnata għall-introduzzjoni f’qatgħat ta’ tjur tar-refgħa jew qatgħat ta’ tjur produttivi [3], ġiet emendata sostanzjalment [4]. Fl-interess ta’ ċarezza u razzjonalità id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi kodifikata.

    (2) Il-Kummissjoni approvat il-programmi operazzjonali sottomessi mill-Finlandja u l-Isvezja fir-rigward ta’ kontrolli fuq is-salmonella. Dawn il-programmi jinkludu miżuri speċifiċi għal tjur tar-refgħa u għal flieles ta’ jum għall-introduzzjoni f’qatgħat ta’ tjur tar-refgħa jew qatgħat ta’ tjur produttivi.

    (3) Garanziji għandhom jiġu stabbiliti ekwivalenti għal dawk implimentati mill-Finlandja u l-Isvezja fil-programmi operazzjonali tagħhom.

    (4) Il-garanziji dettaljati jridu jiġu bbażati partikolarment fuq eżami mikrobijologiku tat-tjur li jkunu se jintbagħtu l-Finlandja u l-Isvezja.

    (5) F’dan il-kuntest regoli differenti għandhom jiġu stabbiliti għal tjur tar-refgħa u flieles ta’ jum.

    (6) Regoli għandhom jiġu stabbiliti għal dan l-eżami mikrobijologiku ta’ kampjuni billi jiġi stabbilit il-metodu tat-tehid ta’ kampjuni, in-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u l-metodi mikrobijologiċi għall-eżaminazzjoni tal-kampjuni.

    (7) Dawn il-garanziji m’għandhomx japplikaw għal kull qatgħa li tkun suggetta għal programm rikonoxxut bħala ekwivalenti għal dak implimentat mill-Finlandja u l-Isvezja.

    (8) Fir-rigward ta’ konsenji li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-Finlandja u l-Isvezja għandhom japplikaw htiġiet għall-importazzjoni stretti minn ta’ l-anqas daqs dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

    (9) Il-metodi deskritti f’din id-Deċiżjoni iqisu l-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-ikel.

    (10) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Tjur tar-refgħa li jintbagħtu l-Finlandja u l-Isvezja għandu jsirilhom test mikrobijologiku, li jiġi effettwat bit-teħid ta’ kampjuni mill-qatgħa ta’ oriġini.

    Artikolu 2

    It-test mikrobijologiku riferit fl-Artikolu 1 għandu jsir kif stabbilit fl-Anness 1.

    Artikolu 3

    1. Tjur tar-refgħa li jintbagħtu l-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikun akkumpanjati biċ-ċertifikat li jidher fl-Anness II.

    2. Iċ-ċertifikat provdut fil-paragrafu wieħed jista:

    - ikun akkumpanjat bil-mudell ta’ ċertifikat 3 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE,

    - jew ikun inkorporat fiċ-ċertifikat riferit fl-ewwel inċiż.

    Artikolu 4

    Flieles ta’ jum li jintbagħtu l-Finlandja jew l-Isvezja għall-introduzzjoni f’qatgħat ta’ tjur tar-refgħa jew qatgħat ta’ tjur produttivi jridu jiġu minn bajd tat-tfaqqis minn tjur tar-refgħa li jkunu ġew issuggettati għat-test provdut fl-Artikolu 2.

    Artikolu 5

    1. Flieles ta’ jum li jintbagħtu l-Finlandja jew l-Isvezja għall-introduzzjoni f’qatgħat ta’ tjur tar-refgħa jew qatgħat ta’ tjur produttivi jrid ikun akkumpanjat b’ċertifikat kif muri fl-Anness III.

    2. Iċ-ċertifikat provdut fil-paragrafu wiehed jista’:

    - jkun akkumpanjat bil-mudell ta’ ċertifikat 2 li jidher fl-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE,

    - jew jiġi inkorporat fiċ-ċertifikat riferit fl-ewwel subparagrafu.

    Artikolu 6

    Il-garanziji addizzjonali provduti f’din id-Deċiżjoni m’għandhomx japplikaw għal qatgħat suggetti għal programm rikonoxxut, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 90/539/KEE, bħala ekwivalenti għal dak implimentat mill-Finlandja u l-Isvezja.

    Artikolu 7

    Deċiżjoni 95/160/KE hija abrogata.

    Referenzi għad-Deċiżjoni abrogata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Settembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 303, tal-31.10.90, p. 6.

    [2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1.

    [3] ĠU L 105, tad-09.05.95, p. 40.

    [4] Ara l-Anness IV.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    1. Regoli Ġenerali

    Il-qatgħa ta’ oriġini trid tiġi iżolata għal hmistax il-jum.

    It-test bijologiku irid ikopri s-serotipi kollha tas-salmonella.

    2. Il-metodu tat-tehid ta’ kampjuni u n-numru ta’ kampjuni li jridu jittiehdu

    Il-metodu tat-tehid ta’ kampjuni jrid ikun kif stabbilit fl-Anness III, taqsima I, punt II A(2)(b) u (ċ) u punt II B tad-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE [1].

    3. Metodi mikrobijologiċi għall-eżaminazzjoni tal-kampjuni

    - It-testjar mikrobijologiku tal-kampjuni għas-salmonella għandu jsir skond l-istandard ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni ISO 6579:1993 jew edizzjonijiet riveduti, jew bil-metodu deskritt mill-Kumitat Nordiku għall-Analiżi ta’ l-Ikel (metodu NMKL Nru 71, ir-raba’ edizzjoni, 1991) jew edizzjonijiet riveduti.

    - Fejn ir-riżultati ta’ l-analiżi jiġu kkontestati bejn Stati Membri l-istandard ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni ISO 6579:1993 jew edizzjonijiet riveduti għandhom jitqiesu bħala l-metodu ta’ referenza.

    [1] ĠU L 62, tal-15.03.93, p. 38.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    Id-Deċiżjoni abrogata u l-emenda tagħha

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/160/KE (ĠU L 105, tad-9.5.1995, p. 40) | |

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/278/KE (ĠU L 110, tas-26.4.1997, p. 77) | L-Artikolu 1 biss |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS V

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Id-Deċiżjoni 95/160/KE | Din id-Deċiżjoni |

    L-Artikolu 1 sa 6 | L-Artikolu 1 sa 6 |

    L-Artikolu 7 | — |

    — | L-Artikolu 7 |

    L-Artikolu 8 | L-Artikolu 8 |

    L-Anness I | L-Anness I |

    L-Anness II | L-Anness II |

    l-Anness III | l-Anness III |

    — | l-Anness IV |

    — | l-Anness V |

    --------------------------------------------------

    Top